Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Din il-ġimgħa ġie mniedi l-proġett Yachting Malta Ltd li hi joint venture bejn ir-Royal Malta Yacht Club u l-Gvern, permezz ta' Projects Malta Ltd. L-iskop ewlieni ta' Yachting Malta hi li titkabbar l-industrija tal-yachting u li Malta ssir destinazzjoni unika. Fis-sentejn li ġejjin, Yachting Malta se tkun iffukata biex tiżviluppa pjan ta' negozju biex Malta tattira lejha iżjed attivitajiet ta' yachting li jħallu frott fl- ekonomija tal-pajjiż. Waqt din l-attività, il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna kemm huwa importanti li l-yachting ma jkunx meqjus biss bħala delizzju iżda bħala industrija sħiħa. Muscat qal li hemm bżonn li dan is-settur jiġi sfruttat iżjed u saħaq li s-settur marittimu kollu, partikolarment il- yachting, jista' joħloq impjiegi ġodda u tkabbir ekonomiku. Tenna wkoll li permezz ta' Yachting Malta, pajjiżna jista' jeċċella bħala destinazzjoni internazzjonali ta' kwalità għal yacthing u dan iseħħ permezz ta' proġett komplut li jinkludi l-aspett loġistiku, finanzjarju u fuq kollox, infrastrutturali. Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett huwa ta' vantaġġ għat-turiżmu, għall-yacthing, għas-settur marittimu u għall-industrija kollha kemm hi. "Kif isostnu nies mill- industrija nnifisha, minkejja li neċċellaw f 'ħafna servizzi, jeżistu wkoll xi nuqqasijiet u l-iskop ta' Yachting Malta hu li jkun hemm punt ċentrali bejn il-gvern u l-privat biex jikkordina ministeri differenti biex jintlaħaq għan ewlieni." Żied jgħid li l-attivitajiet ta' yachting f 'Malta jgħinu ħafna l-ekonomija u semma l-RC44 Valletta Cup, li qed tittella' f 'dawn il-ġranet f 'pajjiżna. Hu stmat li din it-tiġrija se tħalli madwar €1.6 miljun fl- ekonomija tal-pajjiż. Fi tmiem id-diskors tiegħu l-Prim Ministru rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Chris Agius tal-ħidma tiegħu fuq dan il-proġett, kif ukoll lill-Ministri Joe Mizzi, Edward Zammit Lewis u Konrad Mizzi li għenu biex jitnieda dan il-proġett. Temm jgħid li dan huwa biss il-bidu tal- potenzjal enormi li għandha din l-isħubija bejn il-pubbliku u l-privat. Tkellem ukoll Godwin Zammit, Commodore tar- Royal Malta Yacht Club esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-fiduċja li wera l-Gvern biex il-Club ikun is-sieħeb ewlieni f 'din l-isħubija. Hu assigura l-impenn assolut tar-Royal Malta Yacht Club biex Malta tkun tassew destinazzjoni unika. 6 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Notice of meeting to be held in public e Malta Environment & Planning Authority will meet on ursday 2 nd April 2015 at 10:00 hours at the MEPA boardroom, St. Francis Ravelin, Floriana, to discuss the following: DETERMINATION OF DEVELOPMENT CONTROL APPLICATIONS: PA 2461/14: Site at, Ix- Xatt Tal- Birgu, Vittoriosa (Birgu). e proposed extension of the quay and superyacht berths on St Angelo Wharf, including moorings required for the additional berth; and the proposed extension to the existing substation and switchroom and connecting service culverts. PA 4400/10: Site at, ta` L-Ibragg o, Triq L-Ibragg, Gharghur. To sanction existing buildings and additions and alterations to form an area for open storage. PA 3365/14: Site at, Multiple, Triq il-Kanun, Santa Venera, Triq Farsons, Triq San Gejtanu, Triq Joseph Abela Scolaro, Hamrun. To amend PA06237/08, by reducing building mass, volume and number of residential units to 60 terraced houses and one apartment block. Proposal also includes Class4b shops and Class4a oce block with underlying parking facilities. e facades of the Quarters Building and of buildings along Farsons Street are to be retained while part of the façade (internal) is to be dismantled and reconstructed in same location. PA 3349/14: Site at, Marsa Power Station, Triq Belt il-Hazna / Il-Moll Tal- Pont / Moll Tal- Knisja, Sqaq Sannat, Marsa. To decommission, dismantle and demolish Marsa power station. Subject to the maximum seating capacity, seats can be reser ved on request for the applicant and registered objectors. Remaining seating is lled on a rst come rst served basis. RESERVATIONS: 2290 2018 27 th March, 2015 www.mepa.org.mt Pass importanti biex Malta ssir destinazzjoni tal-Yachting Approvata l-Istrateġija Ewropea għas-Sigurtà tal-Enerġija iL-MeMbri tal-Kumitat tal-Parlament ewropew dwar l-Ambjent (enVi) approvaw l-istrateġija ewropea għas- Sigurtà tal-enerġija. L-MeP Maltija Miriam Dalli, li irrappreżentat lill-grupp tas- Soċjalisti u d-Demokratiċi fin-negozjati dwar din l-istrateġija, laqgħet b'sodisfazzjon dan il-vot bħala sinjal qawwi favur enerġija iktar nadifa u sigura li tindirizza ir-realtajiet ta' stati membri li huma iżolati mill-grid ewropew bħalma hi Malta. L-għan ta' din l-istrateġija hu li jkun assigurat li l-Ewropa jkollha aċċess għall-enerġija issa u fil-futur, li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija, tiġi iġġenerata aktar produzzjoni tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea stess, li jkunu diversifikati s-sorsi u r-rotot minn fejn l-Ewropa timporta l-enerġija, li s-suq intern tal-enerġija jitkompla u li jsiru proġetti infrastrutturali meħtieġa. Miriam Dalli qalet li din l-istrateġija hija importanti għal Malta għaliex tirreferi direttament għal-Istati Membri li mhumiex parti mill-grid Ewropew. Malta hija eżempju konkret ta' dan. "Personalment tkellimt kemm-il darba dwar il-ħtieġa li l-Kunsill u l-Kummissjoni jindirizzaw l-Istati Membri li huma iżolati f 'dak li għandha x'taqsam l-enerġija. Sħaqt li hemm bżonn li nagħtu l-importanza meħtieġa u niddedikaw finanzi meħtieġa favur il-Proġetti ta' Interess Komuni li jinkludi l-iżvilupp ta' pipeline tal-gas bejn Malta u Sqallija. Dan il-fatt kien maqbul mill-mexxejja Ewropej fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Ottubru u issa jinsab inkluż ukoll f 'din l-istrateġija," qalet Dalli. In-negozjati bejn id-diversi gruppi politiċi fil-Kumitat tal-Ambjent wasslu għal kompromess finali li jinkludi tlett kisbiet li kienet qed tmexxi 'l quddiem l-MEP Maltija. Il-kisba ewlenija kienet dik li jkunu indirizzati l-istati Membri iżolati mill-grid tal- enerġija Ewropea billi jsiru proġetti li jagħqdu l-dawn l-partijiet tal-Unjoni mal-grid Ewropew. Efnasi qawwija tpoġġiet fuq il-ħtieġa ta' interkonnessjonijiet fin-naħa t'isfel tal-Ewropa. Punt ieħor importanti u li kien approvat mill-kumitat kien il-bżonn li l-Ewropa tiffoka iktar fuq enerġija li tiġġedded u tekonoloġiji ġodda li jistgħu jassiguraw provvista tal-enerġija bi prezz tajjeb għaċ-ċittadini u għan- negozji. It-tielet punt li ressqet 'il quddiem Miriam Dalli kien li l-użu tal-gas naturali huwa essenzjali fil-ġenerazzjoni tal-enerġija, anke fit-trasport bl-ajru u bil-baħar, biex naslu f 'punt fejn il-pajjiżi tal- Ewropa jeliminaw l-użu tal- faħam jew żjut li jħammġu. "Id-diskussjonijiet ma kinux faċli imma l-fatt li ħdimna ħafna fl-istadji tan- negozjati u l-kompromess dwar l-emendi wassal biex għandna pożizzjoni finali soda. Sodisfatta bil-pożizzjoni li ġiet approvat mill-Kumitat tal-Ambjent li żgur se tgħinna nifformulaw il-politika tagħna dwar l-Enerġija," temmet tgħid l-MEP Dalli. Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna kemm huwa importanti li l-yachting ma jkunx meqjus biss bħala delizzju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105