Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 7 €29 miljun f 'Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd "Dan il-fond huwa kważi tliet darbiet aktar mill-ammont allokat fil- perjodu preċedenti waqt li pajjiżna huwa t-tieni Stat Membru tal-UE li vara dan il-programm." Dan qalu d-Deputat Prim Ministru Louis Grech waqt it-tnedija tal-Fond Ewropew għall- affarijiet Marittimi u tas- Sajd. Id-Deputat Prim Ministru Louis Grech u s-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg elenkaw kif dan il-fond ta' €29 miljun huwa primarjament immirat għas- sajjieda sabiex jingħelbu l-isfidi u nippromovu sajd sostenibbli. Louis Grech spjega kif il-Gvern qiegħed iħares biex jindirizza l-isfidi f 'dan is-settur b'numru ta' proġetti u inċentivi li ser iħallu impatt pożittiv fuq il-kommunità tas-sajjieda. "Partikolarment, is-sajjieda ser jibdew jibbenifikaw minn kumpens f 'dawk il-perjodi meta ma jkunux jistgħu joħorġu jistagħdu minħabba l-maltemp, filwaqt li ser ikollhom l-opportunità li jinvestu fil-magni tal- bastimenti tagħhom." Id-Deputat Prim Ministru tenna wkoll kif dan l-intervent huwa maħsub li jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku akbar u għall- ħolqien ta' aktar impjiegi, fil-kuntest ta' strateġija li tinkludi l-iżvilupp tal- industrija marittima u l-blue economy. Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li l-Gvern huwa kommess li meta jasal l-istadju t'applikazzjoni titnaqqas l-burokrazija u saħaq ukoll kif inhu importanti li jkun hemm żmien adekwat ddedikat għall-implimentazzjoni tal- proġetti. Huwa kkonkluda billi qal li l-ewwel sejħiet mistennija jiġu maħruġa aktar tard din is-sena. Ian Borg u Louis Grech elenkaw kif il-fond ta' €29 miljun huwa primarjament immirat għas-sajjieda Is-suq tal-Belt se jħaddem 130 persuna – Jason Micallef "KUntEnt ħafna li l-arkadia rebħu din l-offerta għax kienet offerta li tagħmel sens sew kummerċjalment, soċjalment u ekonomikament u dawn se jieħdu ħsieb il-proġett mill- bidu sal-aħħar." Dan qalu iċ-Chairman tal-V18, Jason Micallef li qal li jinsab ferm kuntent li l-konsorzju li rebaħ l-offerta hu mmexxi minn kumpanija b'esperjenza kbira fin- negozju bħalma hi dik ta' Mizzi Organization. Jason Micallef qal li l-Grupp Arkadia se jħaddmu 130 persuna fil-proġett il- ġdid tagħhom – proġett li se jibdel is-suq tal-Belt, li ilu abbandunat għal snin twal f 'ċentru kummerċjali ta' ikel, kultura u divertiment. "Dan hu proġett li żgur se jkompli jsebbaħ lil Belt billi jiġi restawrat dan il-wirt storiku mingħajr ma jitwaqqa' xejn minnu u ma jinbena xejn." Micallef spjega li s-suq tal-Belt se jinbidel f 'ċentru kummerċjali ta' ikel, kultura u divertiment immexxi mill- grupp Arkadia. XXXX

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105