Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057
8 illum | Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 Il-kwIet ta' waranofsinhar fi triq Santa Marija fiż-Żejtun, inkiser bi ħsejjes ta' tiri ta' arma tan-nar u ftit tal-ħin wara b'għajjat ta' nies meta raw anzjan mitluq fl-art mejjet. Pietru Cassar, għażeb ta' 67 sena miż-Żejtun magħruf bħala "Pietru l-Ħaqqa", inqatel b'żewġ tiri ta' arma tan-nar, x'aktarx pistola semi-awtomatika kalibru 0.9mm nhar l-Erbgħa 12 ta' Frar 2014. Il-qtil kiesaħ u biered ta' Cassar kien it-tielet omiċidju fi spazju ta' ftit aktar minn ġimgħa. Minn dawn wieħed biss huwa solvut, dak li seħħ fil-11 ta' Frar meta Kristic Dragoljub minn Grocka fis-Serbja ta' 27 sena nqatel b'daqqa ta' mus f 'qalbu f 'appartament fil-Qawra. Il-Pulizija akkużaw lil Emil Atanasov, Bulgaru ta' 27 sena b'dan il-qtil. L-omiċidju l-ieħor huwa dak ta' Ġużi Galea fl-4 ta' Frar, każ li ppubblikajna l-Ħadd li għadda. Il-qattiela x'aktarx kienu fuq mutur Il-qtil ta' "Pietru l-Ħaqqa" seħħ għall-ħabta tas-2.10pm, meta Cassar kien fil-garaxx tiegħu fi Triq Santa Marija fiż-Żejtun. Cassar kien jgħix f 'dan il-garaxx fejn kien iqatta' l-maġġoranza tal-ħin jaħdem bil-bieb magħluq jew imbexxaq biex ma jagħti l-ebda sodisfazzjon lil ħadd x'kien qiegħed jagħmel. Dak il-ħin persuna jew persuni waqfu quddiem il- garaxx tal-anzjan. Mhux qed ikun eskluż li marru fuq il-post b'mutur minħabba li t-triq hija dejqa u ma kinux se jsibu ostaklu biex jaħarbu. Din it-triq tinsab viċin ħafna tal-Għassa tal-Pulizija u għalhekk il-qattiela ma ssugrawx li jsibu xi karozza ma' wiċċhom u jeħlu. Peress li kif qalulna diversi persuni li Cassar kien iżomm il-bieb tal-garaxx magħluq, il-qattiela b'xi mod ġibdulu l-attenzjoni u kif resaq lejn il- bieb ġew sparati tlieta jew erba' tiri fid-direzzjoni tiegħu. "Il-Ħaqqa" ntlaqat minn żewġ tiri, wieħed f 'sidru u l-ieħor f 'għonqu. Minn hemm il-qattiel jew qattiela ħarbu minn fuq il- post u ma dehrux aktar. Minkejja li kien midrub, Cassar irnexxielu joħroġ mill-garaxx biex isejjaħ għall- għajnuna mingħand il-ġirien. Huwa niżel bilqegħda fuq għatba tad-dar li hemm faċċata tal-garaxx tiegħu fejn ħa l-aħħar nifsijiet ta' ħajtu u ftit wara waqa' fl-art u miet. Kif xi ġirien raw lil Cassar ferut mal-art ċemplu għall- ambulanza. L-għajnuna medika ma damitx biex waslet fejn fuq il-post marret ambulanza b'infermiera. Fuq il-post kienu diġà marru l-Pulizija mill- Iskwadra tar-Rapid Intervention Unit, immexxijin mill-Ispettur Antoine Cilia u dawk tad- Distrett mill-Għassa taż-Żejtun. Informati diversi uffiċjali B'żewġ omiċidji fi ftit jiem, dak ta' Galea fil-Marsa u dak ta' Dragoljub fil-Qawra, il-Pulizija kienu f 'sitwazzjoni xi ftit stressanti. Fuq il-post tal-qtil fiż-Żejtun ftit ftit bdew jaslu diversi uffiċjali fosthom l-Assistent Kummissarju Neville Aquilina, is-Supretendent Sandro Gatt flimkien mal-Ispetturi tad- Distrett Johann Fenech u Carol Fabri. Marru wkoll iż-żewġ Deputati Kummissarji Pierre Calleja u Raymond Zammit, l-Assistent Kummissarju Silvio Valletta u l-Ispettur Chris Pullicino, li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Iskwadra tal- Omiċidji u l-Ispettur Joseph Mercieca mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Aktar tard mar ukoll l-Ispettur Keith Arnaud ukoll mill- Iskwadra tal-Omiċidji li fil-ħin li seħħ dan il-qtil kien għadu l-Qorti b'konnessjoni mal-qtil ta' Dragoljub fil-Qawra. Jinġabru n-nies fosthom dawk qrib tal-vittma Minkejja li t-12 ta' Frar kienet ġurnata kiesħa u anke bi ftit xita, ma naqsux in-nies li nġabru biex jaraw x'ġara. Fost dawn kien hemm nies li kienu qrib ta' Cassar. Ftit metri 'l bogħod minn fejn seħħ id-delitt kien hemm ħuh kif ukoll Ġuża Saliba ta' 66 sena li għal xi żmien kienet tgħix mal-vittma kif ukoll Maria Grech ta' 38 sena, it-tnejn miż-Żejtun. "Kien iħobbni qisni bintu," instemgħet tgħid Maria Grech b'rogħda fuqha kemm minħabba x-xokk li kellha fuqha, kif ukoll bil-bard. Min-naħa tagħha Ġuża Saliba qaltli li l-aħħar li kienet rat lil Pietru kienet il-ġurnata ta' qabel, it-Tlieta 11 ta' Frar, ftit qabel it- 8.00am. Hija xtaqet tmur tarah imma dan ma kienx possibbli minħabba l-investigazzjonijiet li kienu għaddejjin. Il-Pulizija għalqu l-aċċess għat- triq biex tkun preservata x-xena tar-reat fejn l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat bdew jelevaw kull traċċa fosthom skrataċċ. Il-Maġistrat tal-Għassa, Dr Claire Stafrace Zammit, marret personalment fuq il-post tal- omiċidju fejn mexxiet l-aċċess u ħatret diversi esperti fosthom lill-Perit Richard Aquilina, lit- Tabib Forensiku Mario Scerri u lill-espert ballistiku l-Brigadier Maurice Calleja. Għalkemm il-Pulizija ma ħallew lil ħadd jgħaddi, John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-katavru ta' Pietru Cassar waqt l-aċċess L-omiċidju ta' "Pietru l-Ħaqqa" fiż-Żejtun fl-2014 Resqu b'mutur u sparawlu L-Ispettur Chris Pullicino flimkien mal-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat jeżaminaw il-kadavru tal-anzjan