Illum previous editions

illum 29 March 2105

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/487057

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 29 ta' Marzu 2015 | illum 9 kelb żgħir irnexxielu jevita l-attenzjoni tal-Pulizija u wasal sa ħdejn il-katavru ta' Cassar li kien mitluq wiċċu 'l fuq ħdejn bieb ta' residenza faċċata tal- garaxx tiegħu. Seta' kien qed jistenna lil xi ħadd "Ngħaddi kemm ngħaddi minn hemm, dak il-garaxx dejjem magħluq ikun. Anke jekk kien ikun qed jaħdem fih, il-bieb qatt ma rajtu miftuħ," kienet kwotata li qalet waħda mill-ġara ta' Pietru Cassar. "Kont narah għaddej bir-rota daqqa 'l hawn u daqqa 'l hemm. Imma l-garaxx dejjem kien ikun bil-bieb magħluq," qalet ġara oħra. Dan kollu wassal biex tqum il-mistoqsija jekk dakinhar li seħħ il-qtil, "Pietru l-Ħaqqa" kienx qed jistenna lil xi ħadd li kien sejjer għandu, u kif ħabtulu l-bieb u mar jiftaħ, sab lill- qattiela ma' wiċċu. Il-Pulizija mxew fuq diversi teżi dwar il-mottiv ta' dan il-qtil. Jidher li l-investigazzjonijiet iffukaw fuq xi telefonati li saru fosthom dakinhar stess tal-każ biex jaraw jekk Cassar kienx irċieva xi telefonati li setgħu jindikaw jekk dan kellux xi appuntament ma' xi ħadd. Splussiv u armi fil-garaxx ta' Cassar Għalkemm "Pietru l-Ħaqqa" kien magħruf mal-Pulizija, persuni li kienu jafu sew lil Cassar u li huma midħla taż- Żejtun, kienu qaluli li fil-passat Cassar kien ġie arrestat fuq xi reati u anke fuq suspetti ta' reati serji bħal hold-ups. Iżda, saħqu l-istess sorsi, "il-Ħaqqa" minn dejjem kien bniedem fin u intelliġenti u qatt ma kien faċli għall-Pulizija li jkollhom każ sod kontrih fil-Qorti dwar dawn ir-reati gravi. Erba' xhur qabel ma nqatel, nhar is-Sibt, 20 ta' Ottubru 2013, il-Pulizija kienu għamlu tfittxija fl-istess garaxx li fih inqatel Cassar. Dakinhar il-Pulizija kienet waslitilhom informazzjoni li fil-garaxx ta' Cassar seta' kien hemm oġġetti suspettużi b'konnessjoni mal-isplussiv. Il-Pulizija kellhom ukoll suspett li Cassar seta' kellu x'jaqsam mal-attentat fuq il-ħajja ta' Paul Degabriele, magħruf bħala 's-Suldat' meta fil-bidu ta' Ottubru 2012 xi ħadd poġġa bomba taħt il-vettura tiegħu li kienet ipparkjata qrib ir- residenza tiegħu fi Triq 14 ta' Diċembru 1945. Din kienet tneħħiet mill-membri tal- Explosive Ordinance Disposal (EOD) tal-Forzi Armati ta' Malta. Għaldaqstant qabel ma bdiet it-tfittxija fil-garaxx ta' Cassar, bħala prekawzjoni, is-suldati mit-Taqsima tal-EOD kienu għamlu tfittxija intensiva. Waqt din it-tfittxija l-Pulizija u s-suldati kien sabu oġġetti perikolużi u mhux biss dak li marru jfittxu. Fil-fatt, fil-garaxx kien sabu wkoll bomba taż- żmien it-Tieni Gwerra Dinjija fejn kien allegat ukoll li nstab ukoll materjal li jintuża biex isiru l-bombi li ma kienx biss materjal pirotekniku. Waqt l-istess tfittxija nstabu wkoll armi tan-nar fosthom żewġ revolvers u pistola kif ukoll xi munizjon mhux liċenzjati. Għaldaqstant meta l-Pulizija kienu se jibdew jinvestigaw il-qtil ta' Pietru Cassar, kemm minħabba l-passat tiegħu u l-fatt li erba' xhur qabel kien instab materjal splussiv, reġgħu ssejħu l-membri tal-EOD tal-Forzi Armati ta' Malta, kif ukoll mit- Taqsima tal-Klieb tal-Pulizija qabel ma l-investigaturi daħlu biex jispezzjonaw il-garaxx. Il-karozza tal-vittma wkoll ġiet elevata mill-Pulizija. Tfittxijiet intensivi fiż-Żejtun u Wied il-Għajn Fil-jiem ta' wara l-qtil ta' Cassar il-Pulizija, l-aktar dawk tal-Forensika, komplew jiflu kull rokna tal-garaxx tal-vittma. Meta reġgħu marru fi Triq Santa Marija, l-Pulizija ħarġu kulma kien hemm fil-garaxx. Fost l-affarijiet li stajna naraw kien hemm roti tat-tfal, għodda, sett tat-televiżjoni, imqadef tad-dgħajjes u diversi oġġetti oħrajn. L-uffiċjali tax-Xena tar-reat eżaminaw kull biċċa li kien hemm anke diversi kaxxi tal-kartun u laned. Meta t-tfittxija kompliet tintensifika, instabu oġġetti li qajmu interess fil-Pulizija. Dawn kienu partijiet li kienu jindikaw li Cassar kien jagħmel armi tan-nar. Sorsi li tkellmu miegħi qaluli li Pietru kien bniedem li kif ngħidu bil-Malti – "Dak li jaraw għajnejh, jagħmlu b'idejh". Kien intelliġenti - u mix-xejn kien jaf jagħmel arma. L-investigaturi dehru wkoll fi Triq Roża f 'Wied il-Għajn jagħmlu tfittxija f 'garaxx. Għalkemm il-Pulizija ma kinux ikkonfermaw jekk dawn it-tfittxijiet f 'Wied il-Għajn kinux marbuta mal-qtil ta' Pietru Cassar u jekk kinux sabu xi ħaġa li setgħet tgħinhom fl-investigazzjonijiet tagħhom, sorsi qalulna li fil-fatt din kienet parti mill-operazzjoni. F'rapporti li dehru fil-media kien intqal li waqt it-tfittxija fil-garaxx fi Triq ir-Roża, x'aktarx li kienet instabet arma. Din l-aħbar la qatt kienet ikkonfermata u lanqas miċħuda. Ma ntqalx anqas jekk l-arma kinitx marbuta mal-qtil fiż- Żejtun jew xi qtil ieħor. Anke hawn kienu ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha fejn l-ewwel saret tfittxija kemm mis-suldati tal-EOD kif ukoll mill-klieb tal-Pulizija għal xi splussiv li seta' kien hemm. Mhux eskluża konnessjoni ma' omiċidji oħrajn Fl-istess rapporti kien intqal ukoll li l-Pulizija ma kinitx eskludiet li l-qtil ta' "Pietru l-Ħaqqa" seta' kien marbut ma' sensiela ta' omiċidji oħrajn li kienu seħħew qabel – liema omiċidji huma simili. Fost dawn kien hemm dak ta' Ġużeppi Galea magħruf bħala "l-Ġilda", li nqatel tmint ijiem qabel Cassar, fl-4 ta' Frar quddiem ir-residenza tiegħu fil-Marsa. L-omiċidji l-oħra li seħħew fi spazju ta' ftit sigħat kienu ta' Yosef Grech, "il-Yo Yo" f 'Baħar iċ-Ċagħaq, ta' Joseph Cutajar magħruf bħala "l-Lion" fil- Mosta nhar it-12 ta' Frar 2012 u dak ta' Paul Degabriele magħruf bħala "s-Suldat" li nqatel fil-31 ta' Mejju 2013 fil-Marsa. F'dawn l-omiċidji dejjem intużaw armi tan-nar. Difna Minkejja li kienet saret l-awtopsja fejn irriżulta dak li kien ovvju, ċioè li Cassar miet kawża ta' feriti gravi kkawżati minn arma tan-nar, il-katavru tiegħu baqa' jinżamm fil-kamra mortwarja. Kien aktar minn xahrejn wara li l-Maġistrat inkwerenti rrilaxxat il-katavru biex setgħet issir id-difna ta' Pietru Cassar "il-Ħaqqa". Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nap- pellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull infor- mazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Ray Attard Uffiċjal tax-Xena tar-Reat jeleva skartoċċ ta' bullet "Il-Ħaqqa" waqt tfittxija li kienet saret fil-garaxx tiegħu f'Ottubru 2013 sparawlu diversi tiri "Il-Ħaqqa" minn dejjem kien bniedem fin u intelliġenti u qatt ma kien faċli għall- Pulizija li jkollhom każ sod kontrih fil-Qorti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 29 March 2105