Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 11 sa frejjeġ fil-pjazza jemmnu li bdiet fl-1923, meta fl-ewwel paġna ta' ħafna gazzetti bdew jintefgħu riklami ta' kotba ta' misteru li kienu jidhru qishom xi storja vera – b'tali mod li ħafna mill-qarrejja ma ndunawx li din kienet biss forma ta' pubbliċità. Jidher imma li ħadmet, hekk kif din l-użanza bdiet tinfirex – tant li maż-żmien wasslet biex il-pubblikaturi joħorġu kotba simili fi żmien l-Għid apposta, żmien li fih il-bejgħ tagħhom jiżdied b'50%. Nhar Sibt il-Għid jaqbillek ma tkunx għaddej minn taħt xi tieqa f 'Korfù, hekk kif jaf tispiċċa b'xi daqqa ta' qasrija fuq rasek. Tradizzjonalment, f 'Korfù, in-nies tal-post jitfaw qsari, u kull tip ta' fajjenza 'l barra mit-tieqa – tradizzjoni li xi wħud jgħidu ġejja mill-Venezjani li kienu jitfgħu l-affarijiet antiki tagħhom 'l barra mit- tieqa fl-Ewwel Jum tas-Sena l-Ġdida. Oħrajn jgħidu li din it-tradizzjoni tissimbolizza r-rebbiegħa – simbolu tal- pjanti l-ġodda li ħa jinżergħu fil-qsari l-ġodda. Għal aktar minn 130 sena, il-White House l-għada tal- Għid issir l-hekk magħrufa 'egg roll' fejn it-tfal li jkunu qed jipparteċipaw jimbuttaw bajda fuq il-ħaxix permezz ta' imgħarfa bil-manku twil. Il-bqija taċ-ċelebrazzjonijiet jinbidlu minn sena għal sena, fejn din is-sena intagħżlet it-tema #GimmeFive – fejn huma mistennija jattendu 35,000 persuna f 'attivitajiet li jinkludu żoni għal sports, tisjir, mużika live kif ukoll qari ta' stejjer lit-tfal. L-egg rolling hija tradizzjoni wkoll fir-Renju Unit, aktar magħrufa bħala pace-egging – fejn tradizzjonalment il-bajd jiġi imgeżwer fil- ġilda tal-basla u mgħollija sakemm ikollhom kulur dehbi. Illum il-ġurnata normalment jinżebgħu għall- istess effett. Interessanti kif fil-mużew tal-poeta Wordsworth f 'Grasmere, hemm kollezzjoni ta' bajd imżejjen li dan il-poeta kien għamel biex jagħti lit-tfal. It-tfajliet fl-Ungerija ġiethom tajba hekk kif tradizzjoni li fiha kienu jintefgħu bramel sħaħ ta' ilma fuq t-tfajliet, issa saret tradizzjoni fejn fiha l-ġuvintur issa jfexfxu l-fwieħa fuq it-tfajliet. Wara dan jistaqsu għal bewsa. Tradizzjonalment in-nies kienu jemmnu li l-ilma kien inaddaf, jikkura u kien iżid il-fertilità. Jidher li hemm tradizzjoni simili wkoll fil-Polonja – tradizzjoni msejħa Smingus-Dyngus fejn is-subien u l-ġuvintur jitfgħu bramel tal-ilma, jew ixarbu permezz ta' pistoli tal- ilma lil kollox u lil kulħadd. Il-leġġendi jsostnu li tfajliet li jsiru għasra jkunu ħa jiżżewġu f 'sena. L-oriġini ta' din it-tradizzjoni tingħata lill-magħmudija tal-Prinċep Pollakk Mieszko, l-għad tal- Għid tas-sena 966 AD. Jekk b'xi mod tinzerta f 'Haux fi Franza, l-għada tal-Għid lesti ruħek għal biċċa froġa – hekk kif tiġi servuta froġa enormi fil- pjazza prinċipali ta' dan ir-raħal. Din il-froġa tuża aktar minn 4,500 bajda u titma aktar minn 1,000 persuna. Il-leġġenda tgħid li meta Napuljun u l-armata tiegħu kienu qed jivvjaġġaw min-nofsinhar ta' Franza, waqfu f 'dan ir-raħal żgħir u kielu froġa. Napuljun jingħad li tant għoġbitu li ordna lir-raħħala biex l-għada, jagħmlu froga enormi għall-armata tiegħu bil-bajd kollha li kien hemm fir-raħal. Tradizzjoni mfittxija, anke fostna l-Maltin hija l-Urbi et Orbi tal-Papa – fejn il-Papa jagħti t-tberik tiegħu, kif ukoll ix-xewqat għal Għid tajjeb b'bosta lingwi – inkluż bil-Malti. Din hija biss waħda mit- tradizzjonijiet mifruxa mad-dinja Kattolika – liema tradizzjonijiet żgur li m'għandhomx bżonn ta' introduzzjoni. Il-quċċata tal-Ġimgħa l-Kbira jintleħaq illum, Ħadd il-Għid fejn mhux biss jittieklu tunnellati ta' ċikkulata madwar id-dinja kollha, imma wkoll isservi ta' okkażjoni sabiex il-familji, kemm jekk minħabba raġunijiet reliġjużi, u kemm le, jinġabru biex iqattgħu l-ġurnata flimkien. L-Għid it-Tajjeb ! 3ROLF\JƫDOO$ƥƥXVWDPHQWWDO/LPLWD]]MRQL WDO*ƫROLJƫDO'MDUWDO$Q]MDQL /$ZWRULWD WD 0DOWDJƫDOO$PEMHQWXO,SSMDQDU0(3$ƥLHW PLWOXEDPLOO*YHUQELH[WLQWURGXƛLSROLF\JƫDOODƥƥXVWDPHQW WDOOLPLWD]]MRQLWDOJƫROLWDOELQLJƫDGGMDUWDODQ]MDQLVDELH[ MLƥLLQNRUDƥƥLWOLQYHVWLPHQWXMLĪGLGXORSSRUWXQLWDMLHWJƫDO ĪYLOXSSWD GDZQLOIDƛLOLWDMLHWI ĪRQLXUEDQLVSHƛMDOPHQWPLV VHWWXUSULYDW 4DEHOLOIRUPXOD]]MRQLWD GLQLOSROLF\VNRQWO$WWWDO$PEMHQWX O,SSMDQDUWDO,ĪYLOXSSLO0(3$THJƫGDWLSSXEEOLNDJƫDO NRQVXOWD]]MRQLSXEEOLNDORƥƥHWWLYSURSRVWOLVHMVHUYLWD JZLGD JƫDWWIDVVLOWDOSROLF\ /RƥƥHWWLYWD GLQLOSROLF\MLQVDEIXTLVVLWHOHWWURQLNXWDO $ZWRULWD ZZZPHSDRUJPWSXEOLFFRQVXOWDWLRQ ,QGLYLGZLXRUJDQL]]D]MRQLMLHWKXPDPLVWLHGQDVDELH[MLEDJƫWX VVRWWRPLVVMRQLMLHW WDJƫKRP UHODWDW PD GDQ ORƥƥHWWLY ,U UDSSUHĪHQWD]]MRQLMLHWJƫDQGKRPMLQWEDJƫWXELOPLNWXEOLG 'LUHWWXUWDO,SSMDQDU 3ROLF\JƫDOO$ƥƥXVWDPHQWWDO/LPLWD]]MRQLWDO*ƫROLJƫDG'MDU WDO$Q]MDQL 0(3$6W)UDQFLV5DYHOLQ)ORULDQD MHZSHUPH]]WDOLPHMOUHWLUHGKRPHVSROLF\#PHSDRUJPW ,VVRWWRPLVVMRQLMLHWJƫDQGKRPMDVOXO$ZWRULWD VDPKX[DNWDU WDUGPLQQQKDUOWD $SULO Fl-Ewropa tal-Lvant jitfgħulek xi barmil ilma!