Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
12 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 Is-Sindku li jmexxi l-vapur t'Għawdex JOE Cordina twieled, trabba u għex ix-Xagħra, Għawdex għal dawn l-aħħar 52 sena. Miżżewweġ lil Carmen u missier Kenneth ta' 26 sena u Anthony ta' 22 sena. Accountant bħala professjoni, Sindku tax-Xagħra u Chairman tal-Gozo Channel. Hu kap tad-delegazzjoni Maltija fil-Kumitat tar- Reġjuni fl-Ewropa u Chairman tal-Gozo Action Group Foundation. Dan kollu juri li Cordina hu attiv ferm fil-gżira Għawdxija. Cordina hu l-persuna li jieħu d-deċiżjonijiet importanti tal-uniku mezz li wieħed jista' jmur u jitlaq mill-gżira tat-tliet għoljiet - Għawdex. Jekk ma jkunx dak li aħna l-Maltin insejħulu l-vapur ta' Għawdex wieħed jista' jara biss lil Għawdex minn fuq il-blata Maltija u viċi versa. Isir ħafna diskors, negattiv aktar minn pożittiv dwar il-Gozo Channel, iżda hu fatt ukoll li ħafna ma jafux xi tfisser li tmexxi u taħdem fuq vapur li jagħti servizz ta' 24 siegħa sebat ijiem fil-ġimgħa matul is-sena kollha. U għalhekk iddeċidejt li nitkellem dwar dan ma' Joe Cordina li qalli li din kienet l-ewwel intervista li qatt għamel ma' xi ħadd jew mal-mezzi tax-xandir. Cordina ilu chairman eżekuttiv tal-kumpanija għal dawn l-aħħar sentejn. Taħt il-gwida tiegħu kumpanija li kienet qed titlef €1.6 miljun fis-sena, irnexxilu jwassalha biex fl-aħħar ta' din is-sena li għaddiet kienet break even - la tilfet u lanqas qalgħet. "Kienet l-akbar sfida ta' ħajti. Kif dħalt, billi jien accountant interessani li nara l-kontijiet tal- kumpanija fejn il-baġit tal-2012 ħaseb għal telf ta' €1.6 miljun u l-istess kien maħsub għas-sena ta' wara. Ma stajtx naċċettaha u bdejt nara fejn kienu qed imorru l-flus. Ma stajtx nifhem pereżempju kif kafetterija fuq vapur setgħet taħdem bit-telf. Investigajna u sibna li kien hemm rapporti ta' xi ħaddiema li kienu qed jabbużaw u qatt ma ttieħdet azzjoni fuqhom. Jien min-naħa tiegħi għaddejt dawn ir-rapporti lill-Pulizija. Sibna li kull siegħa kienu qed jisparixxu bejn €5 u €15 u dan wara investigazzjoni ta' ġimgħa wara li dħalt jien. 9 ħaddiema ammettew u telqu weħidhom mill-kumpanija, wieħed minnhom m'ammettiex u jinsab sospiż fuq nofs paga sa ma jinqata' l-każ li għadu għaddej." Cordina qalli li hu jemmen fil-ħaddiema u jaqbel mal- benefiċċji li jieħdu, "iżda sibt quddiemi ftehim kollettiv abbundanti wisq mal- ħaddiema. Dan kien ġie ffirmat eżatt qabel l-elezzjoni u ma stajtx nifhem kif kumpannija li qed titlef €1.6 miljun tagħti pagi eżorbitanti lill-ħaddiema tagħha. Dan ma kienx jagħmel ġid lill-kumpanija u lanqas lill- istess ħaddiema għax jekk tfalli kumpanija jfallu huma." Qalli li ħadem bla heda flimkien mal-ħaddiema responsabbli biex naqqsu l-ħela u fl-aħħar tas-sena li għaddiet it-telf waqaf. Joe Cordina qalli li mhux kulħadd jaf kif taħdem eżatt il-kumpanija. Ftit jafu li l-vapuri mhumiex tal-Gozo Channel iżda tal-kumpannija Gozo Ferries Ltd li taqa' taħt il-MIMCOL. It-trasport għal Għawdex hu regolat mill-PSO fejn il-Gozo Channel jieħdu ħsieb l-operat u l-Gozo Ferries jieħdu ħsieb l-ispiża kapitali tal-vapuri. Dan ifisser ukoll li filwaqt li l-Gozo Channel waqqfu t-telf li kien qed isir, il-Gozo Ferries titlef €1 miljun minħabba t-telf fil-valur tal- vapuri. Barra hekk Cordina qal li wieħed irid jifhem li li twaqqaf it-telf jiswa aktar minn qatt qabel. Qabel il-Gvern kien iħallas lill-PSO €4.6 miljun fis-sena li l-Gozo Channel tuża bħala għajnuna biex iżżomm l-prezzijiet baxxi. Dan il-ftehim isir kull seba' snin, u ħames snin ilu l-Gvern kien taha biss €600,000 - jiġifieri naqqas €4 miljun. "Dan ifisser li jien kelli naħdem biss 1ċ sussidju fuq kull persuna li jaqsam." Staqsejtu jekk jaqbilx mal- privatizzazzjoni tal-kumpanija, "naqbel li jista' jkun hemm sħubija mal-privat, iżda mhux kollha. Għalkemm irrid nammetti li din hi opinjoni personali tiegħi u ma tfissirx li l-Gvern jew il-Ministeru għal Għawdex qed jaħseb fuq dawn il-linji. Servizzi essenzjali bħal Air Malta u Gozo Channel, b'din tal-aħħar tkun l-uniku triq għal Għawdex, m'għandhomx jingħataw lill-barrani għal kollox. "Il-Gozo Channel hu servizz soċjali għal Għawdex u trid fl-istess ħin tagħmel il-profitt u għalhekk break even hu aċċettabli. Ftit jafu li l-prezzijiet huma kkontrollati mill-PSO u fl-istess ħin trid tassorbi xi żidiet li jkun fil-fuel." Sadattant sew il-Gvern Laburista, kif ukoll l-ħaddiema u studenti Għawdxin ilhom illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Il-Gozo Channel – kumpanija li fl-2014 m'għamlitx telf • Kienu jisparixxu €15 kull siegħa mill-kafetterija • Hemm abbuż kbir minn dgħajjes li jwasslu turisti lejn • Malta wara li jkunu marru Għawdex bil-Gozo Channel Ma stajtx nifhem kif kafetterija fuq vapur setgħet taħdem bit- telf. Investigajna u sibna li kien hemm xi ħaddiema li kienu qed jabbużaw u qatt ma ttieħdet azzjoni fuqhom Il-Gozo Channel jaħdem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem l-ġimgħa, 365 ġurnata s-sena