Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 13 t'Għawdex Il-mezz'asta Kien għaddej Louis Grech minn ħdejn Mater Dei u ra l-bnadar mezz'asta. Kien Sibt il-Għid, iddeċieda biex icempel il-Prim Ministru. "Hello, Joseph?" "Iva hawn Louis. X'qasmek?" rrisponda Joseph. "Joseph, jaqaw miet xi ħadd, għax qed nara il-bnadar mezzasta." "U ejja Louis mela ma tafx li fl-Għid nfakkru l-mewt ta' Kristu!" "Ostra, Ġuż insejt!" Ma nistax niċċaqlaq "Hello Simon, Hello Simon!" "Għidli David?" "Mela insejt li kellna l-gender bill il-lejla?" "Issa qiegħed party ma nistax niċċaqlaq!" "Ma tistax tiċċaqlaq, mela weġġajt?" "Le David kemm inti tuba, ma nistax niċċaqlaq minn fejn qiegħed. U wara kollox dawn il-gays qatt mhu ser jivvutawli!" Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Miet xi ħadd! Simon's Party Sorry Lino! Love - Kathleen L-għasfur ta' Joseph jitolbu l-fast ferry service u dan għadu ma sarx. Mistoqsi x'inhuma l-problemi li qed jiffaċċja l-Gozo Channel fuq din il-wegħda elettorali tal- Gvern, iċ-chairman tal-Gozo Channel qal, "Interessanti li wieħed ikun jaf li hawnhekk il-PSO ma tagħtix flus għal Gozo Fast Ferry u għalhekk dan ma jkunx jista' jiġi megħjun finanzjarjament u l-prezz jiġi għoli ħafna. Irridu naraw il-pjan b'mod ħolistiku. Barra hekk, jekk tidħol kumpanija privata, il-vapuri tagħhom fejn se jitrakkaw? Għax post għalihom ħadd ma ħaseb fiż-żewġ terminals. Jista' pereżempju jinkera vapur jgħaġġel mill-Gozo Channel, iżda jrid isir bi pjan tajjeb għax irridu nifhmu li dan se jintuża mill-ħaddiem Għawdxi." Wara li tkellimt ma' Joe Cordina dwar dak li sab u dwar kif miexja din il-kumpannija li taqa' taħt il-Ministeru għal Għawdex qalli dwar sfidi ġodda li għandu quddiemu. Semma l-abbużi kbar li qed isiru minn dgħajjes privati li minn Għawdex qed iwasslu lill-passiġġieri barranin li jaslu Għawdex bil-Gozo Channel mingħajr ma jħallsu, għax is-sistema ta' biljetti qiegħda li jħallsu huma u sejrin lura. Huma imbagħad taparsi joffrulhom li jgħadduhom minn Kemmuna. Dawn qed jieħdu rikba tajba fuq il-Gozo Channel. "Din il-problema kkumplikat ruħha meta tara li terminal ġdid fiċ-Ċirkewwa li sewa €15-il miljun, ma ħasibx għal sistema tal-biljetti. Issa rridu nerġgħu nagħmlu investiment kbir biex noħolqu sistema ta' biljetti bir-ritorn minn Malta u nwaqqfu l-abbużi tad-dgħajjes privati." Il-parkeġġ fil-Port tal-Imġarr ukoll iqajjem tgergir fost il-ħaddiema Għawdxin meta dan jimtela bil-karozzi tal- kiri mingħajr ma jħallsu xejn. "Ifhimni ħadd ma jrid iħallas għall-parkeġġ u fil-fatt dan il-parkeġġ hu bla ħlas. Iżda issa neħħejna l-abbuż li l-postijiet jimtlew bil-karozzi tal-kiri għax għamilna regola li kull karozza ma tistax tiġi pparkjata aktar minn 24 siegħa, inkella għax tiġi ttowjata. Anke ċ-Ċirkewwa hemm bżonn li ssir sistema ta' parkeġġ għall-ħaddiema Għawdxin li jħallu t-tieni karozza ċ-Ċirkewwa - biex jiffrankaw il-flus tal-qsim ta' kuljum." Cordina hu favur li wieħed iħallas ftit iżjed biex jitla' qabel – il-priority boarding, u qal li jħossu sorpriż kif il-Kamra għan-Negozju f 'Għawdex (GBC) huma kontriha meta dawn l-aktar li jistgħu jieħdu vantaġġ minnu. "Il-GBC kienu l-akbar tfixkil li minħabba fih l-priority boarding ma sarx." Dwar il-messaġġ negattiv li l-ħaddiema jitrasmettu mal-klijenti li jaqsmu kuljum, Cordina qal li hemm bżonn li l-ħaddiema jitbissmu ftit aktar, ikunu aktar ġentili mal-klijenti. Iżda wieħed irid jifhem ukoll li l-karattru Għawdxi hu dak li hu li jibqa' pass lura u forsi dan qed jidher negattiv vis-a-vis il-ħaddiema. Il-klijenti jridu jifhmu wkoll li dawn in-nies jagħtu servizz ta' 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa u 365 ġurnata fis-sena." Joe Cordina hu wkoll is- sindku tax-Xagħra għal dawn l-aħħar tmien snin filwaqt li ilu fil-Kunsill 14-il sena. Kien hu fil-fatt li qaleb il-maġġoranza lejn il-Partit Laburista fix- Xagħra. Cordina jgħid li hu jħobb ix-Xagħra ħafna u minkejja l-fatt li hu joħroġ f 'isem il-Partit Laburista, iħoss li hu sindku ta' kulħadd u l-interess tiegħu huma x-Xagħrin kollha - inkluż dawk Maltin li huma residenti ix-Xagħra. Mitlub jgħidilna għaliex jemmen li għandu jerġa' jsir sindku tax-Xagħra Cordina qal, "Għax ix-Xagħrin jafu li qatt ma raw xogħol infrastrutturali daqs kemm saru f 'dawn it-tliet snin. Ħdimna ħafna biex qatt ma tlifna ċans wieħed li nakkwistaw fondi Ewropej. Nisperaw li kulmin japprezza x-xogħol li sar, liema xogħol li kulħadd jista' jarah b'għajnejh, jerġgħa jagħtina l-fiduċja." Sadattant il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem ħafna biex jirbaħ is-sindakat tiegħu. Barra hekk qed jissemma l-fatt li minħabba li l-elezzjonijiet lokali se jsiru f 'April, meta t-temp ikun aħjar, dan ħa jgħin lil Partit Nazzjonalista. Dan għax jitilgħu dawk il-Maltin li għandhom il-vot fuq ix- Xagħra u li għandhom tendenzi Nazzjonalisti. "Il-PN qatt ma niżżilha li tilef ix-Xagħra minn taħt idejh u jaf li x-Xagħrin jivvutaw lill-kandidati tal-PL. Għalhekk qed jittamaw f 'dawk il-Maltin li għandhom il-karta tal-identità fuq ix-Xagħra li iżda ma jafux x'qed isir għax- Xagħra. B'hekk dawn jivvutaw għall-partit li jħaddnu, u mhux għal min qed jaħdem. Iżda xorta nemmen li dan l-ostaklu se negħlbuh u nerġgħu nirbħu x-Xagħra." Mistoqsi jekk għadux interessat li jerġa' jkun kandidat Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali Cordina wieġeb, "jekk il-Partit jitlobni, hemm inkun." Kathleen miskina Diskors bejn Lino u Kathleen "Hello Kathleen, inti ġejja għall-konferenza stampa?" "Le, le, le, u le?" "Imma għaliex Kathleen?" "Għax Lino jiena ma nistax nimmaġina dak il-povru għasfur jinqatel!" "U ejja Kathleen, tgħidlix li sirt bħalhom?" "Iva Lino, jien ukoll għandi qalb u jien ukoll inħobb l-għasfur!" "Kathleen u ejja għax ser nitlifha!" "Ara Lino, who do you think you are?" "U ejja Kathleen please, għax jekk nidhru jien u Joe żgur ħa ngħidu xi ċuċata!" "Sorry Lino, leave me alone!" L-għasfur ta' Joseph Hmm, Ġużepp kien fil-kamra l-baxxa. Hmm, kelma rurali li tirreferi għal dik il-kamra fejn wieħed jagħmel dak li qatt ma tara fil-films, għax allajbierek ħadd ma jagħmel fil-films. Insomma hemm fil-ħemda ta' dik il-kamra, ġie għasfur tal- bejt fil-ventilatur. "Hawn Ġużepp!" qallu l-għasfur. "Għidli a rixu?" qallu. "Imma inti kif ser tivvota?" "U issa, kif dejjaqtuni, jien ha nivvota iva, imma bejnietna naf ħafna ħbieb tiegħi li ser jivvotaw le!" "Il-ostra," qal l-għasfur. "U Ġużepp inti ma tħobbx l-għasafar?" "Ajma, mela ma nħobbx l-għasfur, u kemm inħobbu, imma f 'mumenti bħal dawn fejn nħobb inkun għal kwiet u fil-paċi t'Alla, ma nħobb lil ħadd. Ħallini." U b'dawk il-kliem iebes u b'qalb miksura l-għasfur tal-bejt telaq. U f 'qalbu qal, "Imnalla tlaqt, għax ma flaħtx dik ir-riħa!" "David kieku nista' naħsillek ruħek! Imma m'għandix biżżejjed ilma u sapun." "Grazzi ta. Imma jimpurta ma tgħajjatx għax jisimgħu sħabi!"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015