Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
14 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 L -ILLUM iltaqgħet ma' Alex Mangion, li f 'din l-intervista rrakkonta minn dak li għaddha minnu, għaliex daħal fil-politika u fejn irid jasal fil-qasam politiku. Alex beda biex jgħidli kif u meta nduna li hu tifel u mhux tifla. "Minn dejjem ħassejtni differenti mill-bniet l-oħra. Meta kont inħares fil-mera kont nara persuna differenti minn dak li turi l-mera. Ġo fija kont inħoss li jien mhux tifla, iżda tifel. Kont nattendi skola privata fejn fil-klassi konna mħaltin subien u bniet u dejjem kont miġbud lejn il-bniet bħal kull tifel ieħor. Qatt ma kelli ġibda lejn is-subien." Staqsejtu ta' liema età beda jħossu tifel u mhux tifla fejn qalli li dan kien iħossu minn dejjem, iżda kien aktar konxju meta kellu bejn sitta u seba' snin. Għalkemm hi età kemxejn żgħira iżda, hu beda jgħidli li minn tfulitu ħass xi ħaġa differenti fis-sesswalità tiegħu. "Kont inħoss ġibda lejn il-bniet iżda jien mhux liżbjana, jien raġel minn ġewwa. Meta kont l-iskola batejt ħafna fejn kont niġi mgħajjar liżbjana, ġieli anke 'she male' (mara b'organi sesswali ta' raġel) meta ma kontx. U dawn kienu jgħajruni hekk meta kellna madwar seba' snin. Dan wassal biex minn ta' età żgħira kont inħossni waħdi. Darba minnhom għamilt kuraġġ u tkellimt ma' ħabiba dwar kif kont inħossni u fiha sibt ħabiba kbira li kienet tifhimni, allavolja konna t-tnejn li aħna tfal." Hawnhekk induna li anke jien kont kemxejn imħawwad bis- sitwazzjoni quddiemi u qalli, "nitolbok tifhem din ħalli tkun tista' twassalha lil ħaddieħor. Jien għandi l-ġeneru u s-sess ma jaqblux. Il-ġeneru hu dak li jien u dak li nħoss: maskili; filwaqt li s-sess hu dak li jidher fuq barra: ġismi hu femminili. Jien raġel maqbud f 'ġisem ta' mara." Alex fil-fatt sentejn ilu meta kellu 23 sena għamel operazzjoni u neħħa sidru biex ikollu dehra aktar ta' dak li hu - raġel. Qalli wkoll li għadu qed jistudja lilu nnifsu għal operazzjonijiet akbar għax irid ikun ċert li ma joħolqulux problemi ta' saħħa. "Naċċetta dak li jien - transgender." Alex bħalissa qiegħed f 'relazzjoni ma' tfajla u anke jekk għadhom bidu jinsab kuntent ħafna. Tkellimna wkoll dwar akbar problema - meta ġie biex itarraf il-ġeneru sesswali tiegħu lil ġenituri tiegħu. "Kelli disa' snin meta ddeċidejt li ngħid lil ommi u lil missieri. Mort quddiemhom Alex Mangion twieled r-Rumanija bħala tia -1 ta' April 1990. Ta' sena ġie adottat mill- koppja Mangion minn Ħ'Attard. Iggradwa n- Negozju u l-Kummerċ u jaħdem bħala direttur maniġerjali mal-kumpanija tal- familja. Sena ilu daħal l-forum tal-PN l- grupp tal-FOI (Forum Opportunitajiet Indaqs) li hu forum dwar orjentazzjoni sesswali. Alex hu transgender u jqis ruħu bħala raġel. Qed jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f'isem il-PN fuq il-lokalità ta' Ħ'Attard. Alex Mangion Twieled fir-Rumanija Ġie adottat ta' sena minn koppja Maltija minn Ħ'Attard Qed jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f 'isem il-Partit Nazzjonalista f 'Ħ'Attard John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Twelidt tifel maqbud