Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 15 u għidtilhom hekk: "Ma, pa, jiena tifel u mhux tifla." Hawnhekk iddeċieda li jitkellem missieru, li kien preżenti għall- intervista wkoll, li għaddha minn din l-esperjenza li forsi qatt ma ħolom. "Aħna bgħatnih skola privata u mill-iskola kienu wrewna li hu differenti minn tfal oħra. Iżda meta qalilna hekk, nammetti li m'aċċetajnihiex b'xi ferħa. Għall- ewwel ħsibna li kien għadu żgħir wisq biex ikun jaf x'qed jgħid u x'ried ifisser. Ħadnih għand psikologu u qalilna biex nagħtuh ċans għax hu ma kien qed jara xejn stramb. Iżda ddeċidejna li nieħdu iżjed opinjonijiet, fejn psikologu minnhom qalilna, 'jekk qed tbatu intom aħseb u ara kemm qed ibati aktar minnkom hu li għaddej minn din it-trawma.' Kompla jgħidilna li t-tifel bħalissa qed iħossu għaddej minn Strada Rjali għarwien ħuta.' U bil-mod bdejna naċċettaw ir-realtà - għax aħna lil Alex aċċettajnih meta ġibnih id-dar mir-Rumanija." Kien hawn li Alex ħares lejja u qal, "Meta kelli 15-il sena, jiġifieri 6 snin wara li kont għidtilhom li jiena tifel u mhux tifla għajtuli quddiemhom u ommi qaltli, 'se jkollna tifel!' u jien ħsibt li ommi kienet tqila u bqajt iċċassat, iżda hi ħarset lejja u qaltli, "qed inħarsu lejh issa". Kien il-mument li aċċettaw is-sesswalità tiegħi. Dak il-ħin ħassejt xibka titqatta'." Hawn John reġa' intervjena fl- intervista u qal, "Inħossni kburi b'Alex u flimkien ma' ommu llum nħarsu lejh bħala grazzja minn Alla." Storja ta' kuraġġ, storja ta' gladjatur li ma ċeda qatt sa ma wera l-ġeneru vera tiegħu. U dan wasslu biex joħroġ fuq barra jirrakkonta l-istorja tiegħu ħalli jkun jista' jgħin lil dawk li jitwieldu differenti minn ħaddieħor li jaċċettaw lilhom infushom kif inhuma u ma jibżgħux jaħbu l-identità vera tagħhom. "Irrid ngħin lin-nies fejn nista', għalkemm dejjem inżomm f 'moħħi li rrid dejjem noqgħod attent li ma nħallix min jagħtini xi daqqa ta' stalett f 'dahri." Mistoqsi kif għażel li jimmilita fil-partit li astjena fil-liġi tal- Unjoni Ċivili Alex wieġeb, "weġġajt dakinhar, ħafna weġġajt għax dakinhar għidt fil-pubbliku li 'mhix għażla li tastjeni' u bdejt naħseb li dawn se jagħmlu l-istess meta niġu għall-liġi tal-identità tal-ġeneru. Iżda wara li ħsibtha sew iddeċidejt li flok nabbanduna dan il-partit, nidħol fih u ngħin fil- bidla tal-mentalità. Rajt li Simon Busuttil hu bniedem aktar miftuħ u ried jibdel u jġedded il-partit u fil-fatt illum il-PN ivvota favur il-liġi tal-identità tal-ġeneru. Illum inħoss li kontra dak li kien hemm fl-amministrazzjoni ta' qabel, li ma tantx kont naqbel magħha, hemm partit liberali u partit miftuħ. "Kont tkellimt fil-Konvenzjoni tal-Partit dwari u dwar l-esperjenzi tiegħi bħala transgender u kont ferm eċitat. Il-membri laqgħuni tajjeb ħafna - iżda mbagħad fl- aħħar Kunsill Ġenerali ingħatajt standing ovation fejn kien mument mill-aktar emozzjonanti." Alex iddeċieda li joħroġ bħala kandidat għal Kunsilli Lokali fuq Ħ'Attard - "jien l-iżgħar wieħed fil- lokalità, iżda ma rridx li jivvutawli għax jien transgender. Ma rridx nilgħab il-logħba tal-vittma. Irridhom jivvutawli għax nista' nagħmel id-differenza. Irrid nara lil Ħ'Attard dejjem titjieb. Li jien transgender tgħini biex nifhem aktar lil dawk diskriminati u lil dawk li jiddefendu l-minoranza." Nawguraw suċċess lil dan iż- żagħżugħ, iżda Alex se jieqaf hawn fil-karriera politika li qabad? Jiġifieri li jkun membru fil-kunsill lokali hu biżżejjed għal Alex? "Ma nixtieqx nieqaf hawn. Inħares lil hinn mill-kunsilli lokali fejn tidħol politika. Irrid inkun politiku li ngħin lin-nies u mhux għal xi gwadann finanzjarju iżda biex ngħin. Ma nħossx li nkun prużuntuż jekk ngħid li iva se naħdem biex jirnexxili nimxi iżjed fil-politika - ħalli nkun nista' nagħmel differenza fil-ħajja tan- nies. Għandi viżjoni li l-politika ma tibqax tal-kuluri iżda tal-valuri u prinċipju. " "Dak kien il- mument li aċċettaw is- sesswalità tiegħi. Dak il-ħin ħassejt xibka titqatta'" maqbud f 'ġisem ta' tifla "Ma rridx li jivvutawli għax jien transgender. Ma rridx nilgħab il-logħba tal-vittma. Irridhom jivvutawli għax nista' nagħmel id-differenza" Ritratt: Ray Attard