Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
18 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 K ultant nistagħġeb b'kemm dam il- bniedem biex jiskopri prinċipji politiċi u ċivili li llum mingħajrhom ma ngħaddux. Prinċipji li, jekk xi ħadd jipprova jilgħabilna magħhom, mill-ewwel noqomsu fuqu. Id-demokrazija, is-suffraġju universali, is-separazzjoni bejn Stat u Knisja, il-Parlament u taxxi skont il-liġi, is-saltna tal-liġi u d-dritt li kulħadd huwa meqjus innoċenti sakemm ma jigix ipprovat il-kuntrarju huma fost il-lista twila tad-drittijiet li pajjizi moderni ma jistgħux jgħaddu mingħajrhom. Il-ġenerazzjoni tiegħi, meta twelidna sibnihom. Ma kellniex għalfejn nagħmlu bhal ta' qabilna u noqgħodu niġġieldu għalihom. Għalhekk kultant dawn id-drittijiet nieħduhom kif jgħidu l-Ingliżi "for granted" u kultant ftit nirrealizzaw li dawn huma drittijiet li ġew akkwistati bl-għasir tal-għaraq, demm u imwiet. Drittijiet li nibtu minn qalb il-ħamrija tas-sagrifiċċji u imwiet ta' nies onesti u ġusti. Iżda anke meta twelidt jiena, dawn kienu drittijiet pjuttost riċenti. Biżżejjed ngħid li Ħmistax-il sena biss qabel ma twelidt jiena, dittaturi bħal Hitler, Mussolini u Franco kienu fl-aqwa tagħhom. Dan tal- aħħar kien għadu jsaltan sal-bidu ta-sebgħinijiet. Ħmistax-il sena biss qabel ma twelidt jiena, il-kampijiet ta' konċentrament nażisti kienu għad kellom iċ-ċmieni tal-fran idaħħnu. Għalhekk meta llum nara xi film tagħhom b'pellikola antika, għalkemm jidhru xi ħaġa tal- imgħoddi fiż-żmien u distanti mil-lum, fir-realtà huma fenomini storiċi riċenti li huma strambi u krudili. Ħmistax-il sena huma biss leħħa ta' berqa. Biex wieħed jifhem x'irrid ngħid, jekk bil-kejl tal-lum kellna immorru lura 15-il sena lura, il-Partit Laburista kien ilu fl- oppożizzjoni sentejn wara li dam ftit anqas fil-gvern. Is-sena 2000 hija bieb u għatba mal-memorja tal-lum! Li l-bniedem dam ħafna biex jagħmel l-iskoperti tekonlogiċi, bhalma huma l-magni li jaħdmu bil-fwar, l-elettriku, l-ajruplan, il-telekommunikazzjonijiet moderni u dak kollu li llum ma ngħaddux mingħjaru, nifhimha. Sfortunatment ir-reliġjonijiet kienu l-kawża prinċipali li żammew lura dawn l-iskoperti. Il-Knisja kienet tibza' wisq mill- innovazzjoni. Galileo ra l-martirju f 'din id-dinja għax qal verità tal-fiżika. Meta fl-Italja riedu jintroduċu il-ferrovija, il-Papa ta' dak iż–żmien mill-ewwel ħareġ jgħid "Chemin de fer, Chemin d'infer!"- it-triq tal-ferrovija twassal għall- infern! Għall-Knisja flok il-progress fisser il-kobor t'Alla fl-għerf tal-bniedem, l-għerf f 'idejn il- bniedem kien il-biza' ta' dawk li ma ridux jitilfu l-ħakma tagħhom fuq l-imħuħ tal-fidili. Sa ċertu punt ir-reżistenza li wera Martinu Luteru lejn ċertu preċetti tal-Knisja kienet imnissla minn din il-frustrazzjoni. Il-liberaliżmu intelletwali tal-Protestantiżmu mmanifesta lilu nnifsu fl-avvanzi politiċi u ċivili li għamlu ħafna pajjiżi li ħaddnu t-tagħlim ta' Luteru paragunat ma' dak tal-Knisja Kattolika magħluqa fil-fodsqa tal- Vatikan. L-injoranza u l-għeluq tal-moħħ sa waslu li jsiru atroċitajiet anke fil- każ ta' persuni morda mentalment. L-istorja tal-kaċċa għas-sħaħar u persuni "imxjatna" hija waħda li titfa' dawl fuq l-intolleranza ta' min dejjem ried jaħkem flok jeħles l-imħuħ mill-ktajjen tal-injoranza. Kull min kien affettwat minn xi kundizzjoni mentali kien meqjus saħħar. Illum nitkażaw b'dak li jiġri fl-Afrika fil-każ ta' persuni albino, sa 300 sena fil-qalba tal-Ewropa kien hemm sitwazzjoni simili jekk mhux agħar. Tant kien hawn fissazzjoni fuq dawn is-sħaħar, li saħansitra kien inkiteb manwal biex tagħraf saħħar, x'għandek tagħmel jekk tiltaqa' miegħu, u kif iggiegħlu jammetti li huwa saħħar bit-tortura u kif l-aħjar teħles minnu billi jew taqtalu rasu jew taħarqu f 'nofs ta' pjazza. Ovvjament wara li jkun ammetta u kif tant kienet tiddelitta tagħmel l-Inkwiżizzjoni Spanjola. Il-ktieb kellu isem li jixraq lill-mument "Malleus Malifiċarum" li jfisser il-martell tal-ħażen, f 'dan il-każ tas-sħaħar Iżda fil-qalba tad-dlam tal- injoranza dejjem ikun hemm xi xemgħa; ta' tama tixgħel li maż- żmien tikber u issir ħuġġieġa li teqred l-għeluq tal-moħħ u tal- injoranza. Kellu jkun ċertu Johannes Weyer, tabib li kellu l-"wiċċ tost" li jgħid li dawn ma kienu sħaħar xejn, iżda persuni b'mard mentali. Flok kien isejjaħlu mard mentali kien isejħilhom nies malenkoliċi. Nies li mhux il-ħuġġieġa kellha tkun is- soluzzjoni iżda il-komprensjoni u r-riċerka għall-fejqan tagħhom. M'għandix għalfejn ngħid - dan Weyer kellu jseffaq wiċċu mal- kundanna ta' dawk li ttimbrawh bħala apostata. Inkredibbilent iżda veru, Jean Bondin, li kien fost wieħed mill-iprem filosofi politiċi tal-mument, saħansitra akkużah li kien f 'konfoffa max-xitan! Daqstant kien kbir dan il-preġudizzju. Illum Johannes Weyer huwa meqjus bħala missier il-psikjatrija. Forsi ġustament qegħdin tistaqsu, iżda dan kollu x'għandu x'jaqsam ma' dak li qiegħed jiġri llum? Għandu x'jaqsam għaliex sal-lum għad hawn ħafna pajjiżi li għadhom jippersegwitaw "sħaħar" moderni. Drittijiet tan-nisa f 'pajjiżi fejn għad hemm pregudizzji kbar sal-punt li jħaġġruhom sal-mewt. Omosesswali mitfugħa l-ħabs jekk mhux ukoll mgħallqa pubblikament. Meta ftit jiem ilu għaddiet il-liġi dwar il-ġeneru f 'Malta qtilna għal kollox jew kważi għal kollox il- persekuzzjoni persuni li qatt ma setgħu jsibu posthom f 'pajjiżna. Mal-introduzzjoni tad-dritt għad-divorzju u għall-unjoni ċivili bdejna naħarqu l-kotba tal- persekuzzjoni ta' persuni li għall- mijiet ta' snin ilhom jinħarqu, jekk mhux fil-pjazezm, f 'moħħna mimli pregudizzji. Madanakollu, għad hemm xi jsir għal dawk li huma eterosesswali u jgħixu barra l-istituzzjoni taż-żwieġ. Iżda lanqas tilħaq toqtol inkwiżitur, li ma jitwelidx ieħor. Meta dan l-aħħar fil-media soċjali telgħu ritratt ta' wieħed emigrant rieqed taħt bankina eżatt wara karozza, ma ridtx nemmen il-kummenti li nkitbu. Riedu li tirriversja l-karozza u tgħaffġu. Oħrajn sejħulu borza taż-żibel u ma kienx li tgħaddi l-iscammel u tiġbru. Sensiela ta' kummenti u xewqat anti-umanisti li tal-kwalità tagħhom issibhom biss fil-ktieb medjovali Malleus Malificarum! Forsi fil- pjazez ma naħarquhomx, iżda xorta nixtiequ noqtluhom! Malleus Malificarum TONI ABELA Johannes Weyer qal li dawn dawk magħrufa bħala 'sħaħar' kienu fil-verità persuni b'mard mentali. Illum huwa meqjus bħala missier il-psikjatrija Il-Knisja kienet tibża' wisq mill- innovazzjoni. Galileo ra l-martirju f 'din id-dinja għax qal verità tal-fiżika. Meta fl-Italja riedu jintroduċu il- ferrovija, il-Papa ta' dak iż-żmien mill- ewwel ħareġ jgħid li l-ferrovija twassal għall-infern!