Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 3 Wirja ta' Strumenti Mużikali Antiki f 'Malta APPELL Fondazzjoni Patrimonju Malti qed taħdem fuq wirja ta' strumenti mużikali antiki. Din il-wirja, li se tkopri strumenti minn zmien il-qedem sa l-aħħar tas-seklu 19, se tagħmel parti minn proġett kbir bl-isem A Musical Journey through the Mediterranean. Dan il-proġett ser iseħħ tul l-2018, meta il-belt Valletta ser tkun Kapitali Ewropea tal-Kultura. Qegħdin nagħmlu appell lil kull min jixtieq isellna oġġetti għal din il-wirja. Qed inttxu kull tip ta' strument mużikali, strumenti tan-nifs, tal-kordi, tat-tastieri, strumenti tar-ram u perkussjoni fosthom tnabar, qniepen, ċuqlajti, ċekċieki u sfafar kif ukoll kaxxi tad-daqq u strumenti oħra folkloristiċi u artiġ janali. Aħna interessati wkoll f 'oġġetti li għandhom x'jaqsmu mal-mużika bħal partituri u pitturi b'tema mużikali. Min hu interessat għandu jikkuntattja lil Angela Ghirxi fuq 21231515 jew fuq info@patrimonju.org. Kull informazzjoni mogħtija tibqa' kundenzjali. Grazzi. www.patrimonju.org ngħixu f 'soċjetà fejn għal xi raġuni jew oħra xi wħud bħal donnhom iddejqu bil- fenomenu reliġjuż. "Huwa evidenti li wħud għandhom fehmiet żbaljati dwar Alla; oħrajn għandhom għatx kbir għal Alla bit-tama li jsibu t-tweġibiet għall-mistoqsijiet profondi li għandhom. Barra minn hekk f 'dinja globalizzata, qed jikber id- djalogu kulturali u reliġjuż." L-Isqof Grech kompla jgħid f 'dan il-kuntest hu jara l-proġett bħala wieħed interessanti ħafna u li dak li qed jagħmel il-Perit Richard England fid-diżinn tiegħu hu li jqarreb flimkien il-Kristjani, il-Lhud u l-Musulmani. "Għalkemm tlett religjonijiet differenti, aħna lkoll 'aħwa' għax it- tlieta li aħna nirrikonoxxu lil Alla Ħallieq. Bħala Kattoliċi għandna stima u rispett lejn ir-reliġjonijiet kollha, imma b'mod partikulari dawn it- tnejn." Temm jgħid li l-Koncilju Vatican II tana d-dokument Nostrae Aetate dwar ir- relazzjonjiet tal-Knisja mar- reliġjonijiet mhux insara. "Wieħed jittama li dan il- monument propost b'xi mod jew ieħor jgħin lill-bniedem jimla l-vojt eżistenzjali tiegħu." L-Isqof Mario Grech Il-pjan għall-proġett li qed jingħad li ħa jinbena barra x-Xewkija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015