Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 All-In Translations tikteb isimha fil-Pentasia Clubs League Finnair b'titjiriet minn Helsinki MA tantx hawn attivitajiet tal- isports f 'Malta li jiġbdu nies daqs il-Pentasia Clubs League. It-tmien logħba tal-futbol five- a-side ġiet mirbuħa b'rebħa ċara minn All-In Translations. Il-Pentasia Clubs League ġie stabbilit bħala istituzzjoni fl-industrija tal-online gaming f 'Malta. B'xogħlijiet fejn il-ħaddiema jqattgħu ħafna mill-ħin tagħhom bilqegħda quddiem il-kompjuters, il-logħob ta' kull ġimgħa organizzati minn Pentasia huwa mezz ta' kif wieħed jista' jiltaqa' mal-kollegi tiegħu u jilgħab logħba futbol kontra kumpaniji kompetittivi. "L-idea bdiet minn konversazzjonijiet f 'ikliet ma' xi kollegi mill-industrija tal- gaming f 'Malta. Dak iż-żmien ridna nagħmlu xi ħaġa fejn inkunu nistgħu nlaqqgħu n-nies minn kumpaniji differenti flimkien", qal Christopher Vella, Group Managing Director f 'Pentasia. Tinstema' sitwazzjoni ġentili iżda tħallihiex tqarraq bik: il-Pentasia Clubs League huwa kompetittiv ħafna, b'34 tim u 525 plejers imqasmin f 'żewġ kategoriji fejn kollha jissiltu sabiex jiksbu t-titlu tagħhom fl-istaġun tal-2014/2015. It-titlu bl-ikbar trofew huwa dak tad-diviżjoni A, u din is-sena ma kien hemm l-ebda dubju għand min kien se jmur dan it-trofew. All- In Translations, industrija li tipprovdi servizz tal-lingwi u li ġiet stabbilita f 'Malta fl-2008, tilfet biss 5 punti minn 48 u rebħet il-league b'9 punti aktar minn Enetsport. Casumo spiċċaw fit-tielet post, filwaqt li FXGM rebħu d-diviżjoni B. "Dejjem konna viċin li nirbħu iżda qatt ma rnexxielna. Imma dan l-istagun l-ebda tim ma seta' jħabbatha magħna. Fl-aħħar nista' ngħid li t-titlu tal-league huwa tagħna. Kien sforz qawwi min-naħa tat-tim kollu!", qal il- Captain tat-tim u CEO ta' All-In Translations, Roy Pedersen. "Fl-aħħar, it-tim ta' All-In Translations irnexxielu jirbaħ 14-il logħba mingħajr xkiel. Nemmnu li dan hu rekord", qal Dione Bugeja, koordinatur tat- tim. Żied jgħid li huma ħerqana għal stagun ieħor ta' logħob. 16 minn 34 tim li jipparteċipa, jikkwalifikaw għat-tazza li tibda fl-20 ta' April. DIN il-ġimgħa l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta laqa' l-linja Finnair b'salut tal-ilma u b'ċerimonja żgħira b'kejk. Finnair hi l-akbar linja tal-ajru tal-Fillandja, u se tibda topera titjiriet darbtejn fil-ġimgħa minn u lejn Helsinki mil-lum. Abbord l-ewwel titjira kien hemm is-Sur Michael Zammit Tabona, l-Ambaxxatur Malti tal-Fillandja. Il-linja tal-ajru għażlet lil Malta bħala parti mill- espansjoni tagħha tas-sajf lejn destinazzjonijiet Ewropej u se tibda ttir direttament lejn u mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'ħinijiet magħmula apposta għal konnessjonijiet tal-Finnair f 'destinazzjonijiet fl-Ażja. Alan Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, qal, "Aħna ferm kuntenti li qed nilqgħu lil Finnair b'destinazzjoni ġdida u mill-isbaħ fl-iskeda tagħna - Helsinki. Iż-żieda fin-numru tal-linji tal-ajru tgħinna biex inkomplu niżviluppaw ir- retikolat tagħna u niżguraw konnettività sigura u mill- aqwa għall-Gżejjer Maltin." Finnair toffri rotta veloċi għat-Tramuntana lejn retikolat estensiv ta' destinazzjonijiet, inklużi 15-il belt fl-Ażja (Tokjo, Osaka, Nagoya, Beijing, Chongqing, Shanghai, Xian, Hong Kong, Bangkok, Delhi, Seoul u Singapore) u aktar minn 60 destinazzjoni fl-Ewropa. Fis-sajf ta' din is-sena Finnair se topera wkoll titjiriet lejn Chicago u Toronto. "Aħna nemmnu li Malta hi destinazzjoni attraenti kemm għall-klijenti Fillandiżi u dawk Baltiċi, kif ukoll għall- klijenti Ażjatiċi," qal Pekka Vauramo, Kap Eżekuttiv ta' Finnair. "Aħna ferm kuntenti li qed ngħaqqdu l-Gżejjer Maltin mar-retikolat estensiv ta' destinazzjonijiet Ażjatiċi u Ewropej." Il-Ministru tat-Turiżmu, Dr. Edward Zammit Lewis laqa' lil Finnair fit-titjira inawgurali lejn Malta u qal li dan is-servizz dirett minn Helsinki joqgħod eżatt mal- istrateġija l-ġdida ta' Malta fit-turiżmu, u partikolarment mal-għanijiet li nkomplu niżviluppaw is-suq Skandinavu. "Għandi wkoll il-pjaċir ngħid li l-ħinijiet ta' dawn it-titjiriet il-ġodda kienu ddiżinjati għall-aqwa konnessjonijiet mar-retikolat ta' Finnair f 'destinazzjonijiet fl-Ażja, partikolarment il- Ġappun. Dan jawgura tajjeb għad-destinazzjoni tagħna peress li dawn huma swieq li qed infittxu li niżviluppaw bħala parti mill-istrateġija tar- riklamar tat-titjiriet long haul. It-titjiriet diretti ta' Finnair għandhom ukoll il-potenzjal li jġibu aktar negozju mir- reġjun Baltiku," qal il- Ministru Zammit Lewis. Il-Ministru rringrazzja lill- Awtorità Maltija tat-Turiżmu, lill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u persuni oħra involuti, tal-isforzi kontinwi biex il-pajjiż jara riżultati mill-aqwa fl-industrija tat- turiżmu. L-ewwel gradwazzjoni tal-Ableman Drilling Careers Academy ILFLOORHAND Workforce Certificate li jaqa' taħt il- Programm WADI (Workforce Attraction Development Initiative), wasal fi tmiemu b'suċċess b'ċerimonja ta' gradwazzjoni fil-Palazz Verdala, il-Buskett, nhar it-Tnejn, 30 ta' Marzu, 2015. Dan kien l-ewwel programm b'ċertifikat mill-Ableman Drilling Careers Academy (ADCA) f 'Malta. L-24 student li attendew il- kors, li dam seba' ġimgħat, ġie żviluppat u mogħti minn Lone Star College ta' Houston, Texas, fl-Istati Uniti tal-Amerika, fil-faċilitajiet speċjalizzati ta' taħriġ tal-Akkademja f 'San Ġwann. Fid-diskors tiegħu waqt il-gradwazzjoni, Paul Abela, chairman ta' Ablecare Oilfield Services Group, il-kumpanija li hi sid tal-Akkademja, ħabbar li l-istudenti li attendew għall- programm f 'Malta kienu l-ewwel fid-dinja li ħadu dan it-tip ta' ċertifikat akkreditat, li hu rikonoxxut madwar id-dinja mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Kontratturi ta' Tħaffir għaż-Żejt (IADC). Ingħata ġieħ lill-imsieħba tal-Akkademja, Lone Star College, u lill-IADC talli għarfu l-viżjoni tal-ADCA li joħolqu ċentru ta' eċċellenza għat-taħriġ fuq l-industrija taż- żejt u l-gass fil-Mediterran, li fuqu ħadmu għal dawn l-aħħar sentejn. Ħabbar ukoll li sal-aħħar tlett xhur ta' din is-sena, l-Akkademja se tinvesti f 'Drilling u Well Control Simulator Suite li hi state of the art, li fuqha jistgħu jitħarrġu 12-il kandidat f 'kull kors, u Offshore Crane Operator Training Simulator li fih integrat sessjonijiet ta' taħriġ ta' banksmen u slinger. It-tim ta' All-in-Translations L-istudenti waqt il-gradwazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015