Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 25 GasanMamo tikkonferma l-appoġġ tagħha lejn l-atleta veteran Malti ILĠIRI hu sport tajjeb ħafna għal dawk li jkunu qed jikbru fl-età peress li jipprovdi benefiċċji notevoli li jibbilanċjaw l-effetti ta' meta wieħed jikber fl-età. Hawn min jibda jiġri biex iżomm ruħu b'saħħtu u jżomm attiv meta jieqaf jipprattika sport ieħor bħal futbol, basketball u rugby. L-età ġġib magħha intoppi imma ġġib ukoll soluzzjonijiet. Għal kull żvantaġġ hemm vantaġġ. Għal kull telfa hemm kisba bla qies. Għalhekk GasanMamo Insurance għażlet li terġa' tagħti l-appoġġ tagħha lil Alfred Debono, atleta veteran ta' 66 sena, li għadu kif ħa sehem fis-17-il edizzjoni tal-Logicom Cyprus Marathon li ttellgħet aktar kmieni dan ix-xahar u issa ħa sehem ukoll fil-Bratislava 10K Marathon li saret fid-29 ta' Marzu. Is-sena li għaddiet il- kumpanija daħlet fi ftehim mas- Sur Debono, wieħed mill-atleti veterani Maltin, biex tgħinu meta jieħu sehem f 'maratoni internazzjonali, inklużi dawk li jsiru barra minn Malta. Mark Mamo, General Manager ta' GasanMamo, qal, "Nammira ħafna lis-Sur Debono li fl-età tiegħu jwettaq sport b'impenn kbir. Barra hekk hu ta' eżempju eċċellenti ta' perseveranza u qlubija li l-atleti juru meta jikkompetu. Għal dan il-għan erġajna tajna l-appoġġ tagħna lis-Sur Debono meta din is- sena ħa sehem fil-maratona ta' Ċipru." F'Ċipru s-Sur Debono ġera l-maratona kollha u ġie fit-52 post minn 120 atleta fil-ħin ta' 4 sigħat, 4 minuti u 43 sekonda. "Kuntent li fil-maratona ta' Ċipru ta' din is-sena rnexxieli nikseb ħin tajjeb. Dan ir-riżultat jispirani biex fil-futur qrib nieħu sehem f 'aktar maratoni," qal Alfred Debono. B'aktar minn 700 parteċipant u ferm aktar spettaturi, il- maratona ta' Ċipru kienet organizzata b'suċċess nhar il-Ħadd 8 ta' Marzu f 'Pafos. It- tliet distanzi, il-Full Marathon, il-Half Marathon u r-road races ta' 10km, kollha spiċċaw viċin tal-Forti Medjeval ta' Pafos, fejn il-parteċipanti kienu milqugħa b'atmosfera mill-aktar ferriħija. Il-maratona ta' din is-sena kienet dedikata lil simbolu kbir tal-isport Grieg u Ċiprijott, Stelios Kyriakides, ir-rebbieħ tal-maratona ta' Boston fl-1946. Is-Sur Debono hu l-ewwel Malti li ġera fil-ħames World Marathon Majors kollha, inklużi ċ- Chicago Marathon, in-New York Marathon, il-London Marathon, il-Boston Marathon u l- Berlin Marathon. "Nixtieq nirringrazzja lil GasanMamo għall-appoġġ li tawni. Ksibt il-ħolma tiegħi li niġri l-ħames maratoni l-kbar u jekk Alla jrid jirnexxieli nilħaq il-ħolma l-oħra li niġri fl-aħjar 10 maratoni tad-dinja," temm jgħid is-Sur Debono. NHAR il-ġimgħa l-Air Malta nediet promozzjoni ta' tmiem il-ġimgħa li biha qed toffri 19-il destinazzjoni bi prezzijiet imraħħsa li jibdew minn €44 lejn/ minn Katanja u prezz inizjali ta' massimu €99 lejn/ minn Moska. L-offerta hija disponibbli għal vjaġġi bejn April u Ġunju. Il-biljetti jistgħu jinxtraw biss fil-jiem ta' tmiem il-ġimgħa tal-Għid, sal-lum il-Ħadd il-5 ta' April, minn fuq www.airmalta. com, l-Uffiċċju tal-Bejgħ tal-linja tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta u l-call centre fuq 21662211. Il-postijiet huma limitati. Il- prezzijiet tal-biljetti huma għal titjira f 'direzzjoni waħda inklużi t-taxxi u t-tariffi. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. L-Uffiċjal Kap Kummerċjali tal-Air Malta, Ursula Silling qalet, "Tassew kuntenti li qed inniedu l-Easter Specials tagħna. Din hija opportunità kbira oħra sabiex issib titjira bi prezz irħis lejn/minn 19-il destinazzjoni tal-Air Malta. Il-prezzijiet tagħna jinkludu t-titjira u bagalja ta' 20kg. B'din l-offerta qed nerġgħu noffru valur tajjeb bi prezzijiet imraħħsin fuq it- titjiriet tagħna. Fiduċjużi li din l-offerta ser tkun suċċess kbir ieħor!" Il-promozzjoni hija disponibbli għal titjiriet lejn Amsterdam, Ateni, Brussell, Katanja, Frankfurt, Ġinevra, Londra - Heathrow, Londra - Gatwick, Marsilja, Milan, Moska, Munich, Pariġi – Charles De Gaulle, Pariġi – Orly, Praga, Ruma, Venezja, Vjenna u Zurich. L-Air Malta topera skeda ta' titjiriet f 'ħinijiet konvenjenti lejn ajruporti tal-ibliet ewlenin, sabiex toffri aċċess u konnessjonijiet faċli bi skeda ta' titjiriet li tista' toqgħod fuqha. Flimkien mal-linji tal-ajru msieħba tagħha, l-Air Malta toffri iktar minn 100 destinazzjoni. Il-linja tal-ajru Maltija impenjata li toffri prezzijiet li jagħtu valur għall-flus u servizz superjuri, kemm fil-kabini tal-klassi economy, kif ukoll dik business tagħha. Il-linja tal-ajru toffri wkoll lill-klijenti tagħha l-possibbiltà li jtellgħu abbord hand luggage waħda ta' 10kg u bagalja ta' 20kg b'xejn lill- passiġġieri tal-klassi economy tagħha. Il-passiġġieri Club Class jistgħu jtellgħu żewġ hand luggages li f 'daqqa jiżnu sa 15kg kif ukoll bagalja ta' 30kg. Għal iktar tagħrif, żur www. airmalta.com, jew idħol fuq www.facebook.com/AirMalta L-Air Malta tniedi l-Easter Specials Middlesea Insurance tappoġġja is-St John Rescue Corps MIDDLESEA Insurance ffirmat ftehim li permezz tiegħu se tkun qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lis-St John Rescue Corps għat-tliet snin li ġejjin. Permezz ta' dan l-appoġġ is-St John's Rescue Corps tkun tista' tħarreġ iktar voluntiera. Middlesea se tassisti wkoll fil- ħtiġijiet tal-assigurazzjoni tal- għaqda fir-rigward tal-vetturi tagħhom u assigurazzjoni għar-responsabbiltà pubblika, fil-manutenzjoni kontinwa tat- tagħmir ta' salvataġġ eżistenti u tal-vetturi, kif ukoll fl-akkwist ta' tagħmir ta' salvataġġ ġdid. Middlesea Insurance se tisponsorja wkoll xi xogħlijiet ta' rinnovazzjoni. Is-St John Rescue Corps hija organizzazzjoni volontarja li tipprovdi servizzi ta' salvataġġ matul avvenimenti tal- komunità u operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq skala nazzjonali. Dawn jinkludu avvenimenti bħal l-Isle of MTV, Notte Bianca, il-Beer Fest kif ukoll eżerċizzji ta' salvataġġ nazzjonali organizzati mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Middlesea Insurance P.l.c. (C- 5553 ) hija awtorizzata mill- Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji biex tmexxi kemm negozju għat-tul kif ukoll dak generali taħt l-Att dwar il-Kummerċ tal-Assigurazzjoni (1998). Alfred Debono - atleta veteran ta' 66 sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015