Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
28 illum Il-Ħadd 05 ta' April 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Mosta ......................... 0 Hibernians .................. 5 Hibernians umiljaw lil Mosta meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0, biex komplew jersqu iktar qrib tar-rebħ tal-11–il kampjonat fl-istorja tagħhom. Fil-25 minuta Hibernians fetħu l-iskor meta Andrew Cohen għadda tajjeb lejn Jorge Pereira Da Silva li permezz ta' xutt mill-isbaħ bid-dawra minn ġol-kaxxa ra l-ballun jintemm fir- rokna tax-xibka, biex rajna gowl tal-istampi. Fit-32 minuta Bjorn Kristensen għadda tajjeb lejn Jorge Pereira Da Silva li ra x-xutt angulat tiegħu minn ġol-kaxxa jgħaddi ċentimetri barra mil-lasti difiżi minn Omar Borg. Fid-39 minuta l-Pawlisti rduppjaw l-iskor meta l-plejer internazzjoanli Clayton Failla għadda cross perfett lejn Jean Paul Farrugia li mill-viċin spara fix-xibka biex kompla jitfa' lill-partitarji numerużi Pawlisti preżenti fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali f 'delirju ta' ferħ. U jidher li l-Pawlisti ma kinux kuntenti b'dan l-iskor hekk kif fl-44 minuta huma għamluhom tlieta permezz tal-Brażiljan Rodolfo Soares li wara li rċieva minn cross ta' Andrew Cohen, għola tajjeb Rodolfo Soares li xellef l-ballun bir-ras bil-ballun jidher destinat għal barra iżda għola tajjeb l-attakkant Luis Andre De Melo Lima li tefa' ġewwa permzez ta' daqqa ta' ras mill-viċin biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta' Hibernians. Fit-68 minuta Hibernians kienu għodduhom għamuhom erba' iżda sabu lil Omar Borg f 'vena mill-aqwa meta minn kontrattakk veloċi mibdi minn Andrew Cohen, xutt ta' Jorge Pereira Da Silva minn ġol-kaxxa ġie milqugħ minn Omar Borg, li iżda ma żammx bil-ballun jispiċċa għand Jean Paul Farrugia li ra lil Omar Borg jerġa' jsalva tajjeb u mir-rebound Luis Andre De Melo Lima, intemm barra. U r-raba' goal għall- Pawlisti wasal fit-83 minuta permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa tas-sostitut żagħżugħ Jurgen Degabriele wara li dan kien irċieva tajjeb mingħand il-captain Andrew Cohen. Hibernians għamu l-iscore finali 5-0 favurihim fis-87 minuta meta minn cross ta' Jurgen Degabriele, il-ballun spiċċa għand Jorge Pereira Da Silva li minn ġol-kaxxa tefa' ġewwa permezz ta' xutt mill- ewwel. Mosta - Borg, Grech (Z. Brincat 69'), Zammit, Koli, Farrugia, Fortune, M. Brincat, Falzon, Magro (Frendo 86'), Dawood (J. Brincat 46'), Babangida Hibernians - Bonello, Da Gracia Gomes, Lima, Soares, Cohen, Kristensen, Failla, De Melo Lima (Degabriele 74'), Agius, Pereira Da Silva, Farrugia (Dias 79') Referee Trustin Farrugia Cann ANDREW COHEN Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-13 ta' Mejju 1981 f'Tal- Pietà Rebaħ l-unur prestiġjuz tal-MFA Plejer tas-Sena għal sentejn konsekuttivi – fl-2005 u l-2006 Jilgħab fl-irwol ta' attakkant kemm ma' Hibernians kif ukoll mat-tim nazzjonali Hibernians iktar viċin ir-rebħ tal-11 –il kampjonat -istorja tagħhom Ġlieda għall-ballun fl-arja bejn l-attakkant ta' Hibernians, Jorge Pereira Da Silva u l-goalkeeper ta' Mosta. Omar Borg Ritratt - Ray Attard Ritratt - Silvan Gauci