Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 05 ta' April 2015 SPORTSillum F'TEMP ta' tmien minuti eżattament bejn is-37 u l-45 minuta tal-ewwel taqsima, Arsenal ġewwa darhom fl- Emirates Stadium aċċertaw ruħhom mir-rebħa meta ġabu fix-xejn lil-Liverpool hekk kif għelbuhom bl-iskor konvinċenti ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Hector Bellerin, Mesut Ozil u Alexis Sanchez. Liverpool naqsu l-marġni tal-iskor permezz tal-plejer li mistenni jieħu l-faxxa ta' captain mingħand Steven Gerrard fl-istaġun li ġej, Jordan Henderson, permezz ta' penalty fis-76 minuta. Fl-84 minuta ir-Reds spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Emre Can wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Chelsea ġewwa darhom fi Stamford Bridge għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn penalty ta' Eden Hazard u gowl ta' Loic Remy. Min- naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal Stoke City wasal minn Charlie Adam fl-44 minuta. Manhchester United ġewwa darhom f 'Old Trafford għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Ander Herrera u gowl uniku ta' Wayne Rooney. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku għal Aston Villa wasal minn Christian Benteke fit-80 minuta. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu l-isfida ta' Southampton bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl għalihom jasal minn Phil Jagielka fis-16 –il minuta. Queens Park Rangers barra minn darhom kisbu rebħa impressjonanti ta' 4-1 kontra West Bromwich Albion bil-gowls għalihom jaslu minn Eduardo Vargas, is- solitu Charlie Austin, Bobby Zamora u Joey Barton. Min-naħa l-oħra l-gowl waħdieni għal WBA fil-logħba wasal minn Victor Anivhebe fit-58 minuta. Tajjeb ngħidu li huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-logħba meta tkeċċa għalihom il-plejer Youssuff Mulumbu fl-84 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City ġewwa darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Esteban Cambiasso u Andy King waqt li Cheikhou Kouyate kien ġab id-draw momentarju għall-Hammers fit-32 minuta. Tajjeb ngħidu li Leicester City tilfu penalty permezz ta' David Nugent wara kwarta logħob. Swansea City ġewwa darhom għelbu l-isfida ta' Hull City bl-iskor ta' 3-1 bit-tliet gowls għalihom jaslu minn gowl uniku ta' Sung-Yueng Ki u doppjetta ta' Bafetimbi Gomis. Ta' daqqa ta' ħarta għal Hull City kien il-fatt li huma spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer David Meyler fit-53 minuta. Kollox lest għall-ħames edizzjoni tal-Goalkeeper Battle Roma jiksbu 3 punti prezzjużi kontra Napoli LEKS goalkeeper ta' Hibernians u preżentament parti mill-coaching staff ta' Qormi, Mario Muscat, ingħaqad mal- eks goalkeeper Simon Grech biex jiffinalizzaw il-Goalkeeper Battle għall- ħames darba. Din l-Goalkeeper Battle hija opportunità għall-goalkeepers kollha minn 9 snin 'il fuq biex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, itejbu l-ħiliet tagħhom u jieħdu gost waqt li jilagħbu l-isport favorit tagħhom, il- football. Dan għandu jservi wkoll bħala tarġa għall-parteċipanti kollha biex jistabilixxu lilhom infushom fil-kampjonati nazzjonali ta' Malta kif ukoll f 'kampjonati barranin. Madwar 160 goalkeeper ħadu sehem f 'kull edizzjoni u tal-Goalkeepers Battle matul is-snin li għaddew, u din is-sena in-numru mistenni jkun wieħed indaqs. Dan huwa avveniment li huwa wkoll inkoraġġit u ssapportjat bl-aħjar mod mill-MFA għall- mod professjonali li bih jiġi organizzat. Dan l-avveniment se jiġi organizzat bejn it-30 u l-31 ta' Mejju. Kif wieħed jista' jobsor biex jiġi mtella' avveniment ta' din ix-xorta hija meħtieġa għajnuna finanzjarja sostanzjali, fejn Mario Muscat u Simon Grech li bħalma ġara fl-aħħar snin, matul din is- sena huma sabu wkoll numru ta' sponsors li għenuhom bis- sħiħ biex dan l-avveniment seta' tabilħaqq isir realtà. U għal din l-edizzjoni l-organizzaturi se jkunu qed imorru pass aktar hekk kif waqt li t-tfal se jkunu qed jieħdu gost u jilagħbu l-futbol huma se jkunu qed jgħinu lill- Fondazzjoni Żemżem. Dan hekk kif persentaġġ mid-dħul finanzjarju li jasal mill-isponsors kif ukoll mill-miżata li t-tfal iħallsu biex jipparteċipaw f 'dan it-tornew se jkun qed imur għal din il-Fondazzjoni li hija organizzazzjoni volontarja rreġistrata li tgħin lil tfal u adulti li jkunu taħt trattament minħabba l-marda qerrieda tal-lukimja. L-organizzaturi qed jippruvaw li jattendu għal dan il-Goalkeepers Battle, il-goalkeeper internazzjonali Taljan ta' Lazio, Federico Marchetti, għalkemm xejn għadu mhu konkluż waqt li se jkun hemm memorabilia mingħand l-istess goalkeeper ta' Lazio Federico Marchetti, l-eks goalkeeper ta' Liverpool Jerzy Dudek kif ukoll il- goalkeeper preżenti tar-Reds, Simon Mignolet. Tajjeb ngħidu li fis- snin l-imgħoddija f 'din il-Goalkeepers Battle pparteċipaw goalkeepers li llum jilagħbu fil-Kampjonat BOV Premier u fosthom Daniel Balzan li jinsab b'self ma' Pembroke Athleta mingħand Sliema Wanderers kif ukoll David Cassar u Matthew Calleja Cremona. Rimarkabbli huwa l-fatt li fl-edizzjoni ta' din is-sena se jkun qed jieħu sehem l-istess Mario Muscat li f 'kummenti li għadda lill-ġurnalisti preżenti saħaq li jixtieq jirbaħ din l-edizzjoni. Tajjeb ngħidu li hu wkoll kien ħa sehem fl-istess Goalkeeper Battle sentejn ilu fl-2013. Spunt 'il bogħod minn dan il-Goalkeepers Battle kien dak li Mario Muscat afferma b'mod pubbliku li huwa kontra l-fatt li s-sena d-dieħla jista' jkun hemm tmien players fl-ogħla diviżjoni tal- football Malti. Dan hekk kif l-eks goalkeeper internazzjonali li lagħab 'il fuq minn 500 logħba uffiċjali fil-Kampjonat BOV Premier tenna li jinsab ċert li wieħed minn dawn it-tmien players barranin ikun goalkeeper u għalhekk ikun qed jieħu post it-talent ta' xi goalkeeper żagħżugħ Malti, li Mario Muscat flimkien ma' persuni oħra bħal Sjmon Grech ilhom tant jaħdmu biex jikkultivaw u jieħdu ħsieb. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Mario Muscat u Simon Grech ħeġġew lil dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem f 'din il- Goalkeper's Battle biex jiġbru l-applikazzjonijiet tagħhom mill-clubs u nurseries kollha ta' Malta kif ukoll mill- istabbiliment Team Sport, fl-Iklin. Mario Muscat, Simon Grech u rappreżentanta ta' Team Sport jindirizzaw lil dawk preżenti waqt it-tnedija tal-ħames edizzjoni tal-Goalkeeper Battle Arsenal iġibu x-xejn lil Liverpool 8 minuti ROMA ġewwa darhom fi Stadio Olimpico kisbu 3 punti prezzjużi fit-tentattiv tagħhom li jiksbu t-tieni post tas-Serie A meta għelbu lil Napoli bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Miralem Pjanic fil-25 minuta. AC Milan barra minn darhom fi Sqallija għelbu lill-Palermo bl-iskor ta' 2-1 bil-gowls għar-Rossoneri jaslu minn Jeremy Menez u minn Alessio Cerci biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu bil- flokk ta' AC Milan. Palermo kien ġabu l-iskor indaqs momentarjament permezz tal- attakkant prolifiku Arġentin Paulo Dybala permezz ta' penalty. Fiorentina ġewwa darhom fi Stadio Artemio Franchi għelbu l-isfida ta' Sampdoria bl-iskor ta' 2-0, biż-żewġ gowls għalihom jaslu f 'temp ta' żewġ minuti biss, minn Alessandro Diamanti u Mohamed Salah, rispettivament. Torino barra minn darhom għelbu lill-Atalanta bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għall- Granata jaslu minn Fabio Quagliarella u Kamil Glik waqt li l-gowls waħdieni għall-Atalanta wasal minn Mauricio Pinilla fl-74 minuta. Bl-istess skor intemm il- konfront bejn Lazio u Cagliari bil-Biancocelesti ikunu huma li joħorġu rebbieħa bit-tliet gowls għalihom jaslu minn Mirsolav Klose u Lucas Biglia permezz ta' penalty b'dan tal-aħħar ifalli penalty iehor fid-69 minuta. Il-gowl l-ieħor għat-tim immexxi minn Stefano Pioli wasal minn Marco Parolo fid- 90 minuta. Min-naħa l-oħra l-gowl uniku fil-logħba għat- tim mill-kapitali tas-Sardinja wasal minn Marco Sau fil-50 minuta. Tajjeb ngħidu li t-tim immexxi minn Zdenek Zeman spiċċa l-konfront jilgħab b'10 plejers meta tkeċċa l-plejer Modibo Diakite fit-68 minuta. Inter ġarrbu riżultat diżappuntanti ieħor meta ġewa darhom f 'San Siro sfaw miżmuma minn Parma bl- iskor ta' 1-1 wara li kienu gowl minn fuq bil-gowl għalihom jasal minn Fredy Guarin fil-25 minuta. Parma ġabu l-iskor indaqs fl-44 minuta permezz ta' Andi Lila. Fil-konfront bejn Hellas Verona u Cesena rajna xejn inqas minn sitt gowls hekk kif dan il-konfront intemm fi draw ta' 3-3 bit-tliet gowls għal Hellas Verona jaslu minn doppjetta tal-plejer veteran Luca Toni u gowl uniku ta' Juan Gomez wara nofsiegħa logħob. Min-naħa l-oħra t-tliet gowls għal Cesena waslu minn Carlos Carbonero, Franco Brienza u Davide Succi. Logħba oħra li ntemm fi draw kienet dik bejn Genoa u Udinese, iżda din id-darba bl-iskor ta' 1-1 bil-gowl għal Genoa jasal minn Sebastian De Maio fid-19 –il minuta waqt li Cyril Thereau ġab l-iskor indaqs għal Udinese fit-68 minuta. Sassuolo ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Chievo Verona bil- gowl waħdieni tagħhom jasal permzez tas-solitu Domenico Berardi fit-23 minuta minn penalty. Fid-69 minuta Sassuolo spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Federico Peluso wara li rċieva żewġ karti sofor fil- logħba.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015