Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 31 SPORTSillum JEKK kien hemm bidu ferm attiv u eċitanti għall- isportivi lokali. Mhemmx dubju li dan ma kien għal ħadd ħlief għal wieħed mill-boxers ewlenin f 'Malta, iż-żagħżugħ Christian Schembri. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Schembri nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward il-kompetizzjonijiet importanti u li huwa kien involut fihom minn Jannar sa Marzu ta' din is-sena u r-raġunijiet għaliex dawn it- tliet xhur kienu ferm attivi u importanti fil-karriera mill-aqwa tiegħu fil-boxing. Christian Schembri afferma li: "L-ewwel tliet xhur ta' din is-sena kienu ferm attivi għalija personali, fejn diġà kelli tliet kompetizzjonijet bi prestazzjonijiet ferm tajbin u riżultati pożittivi. Kelli żewġ taqbidiet lokali kontra boxers mill-Ingilterra, fit-30 ta' Jannar fl-EBF Boxing Show kontra Josh Groombridge, oħra fl-14 ta' Marzu fl-attività 'Return to Glory' organizzata minn Prizeboxing Promotions kontra Lenny Fuller, u ġimgħa wara fil-21 ta' Marzu tlajt nikkompeti ġewwa Essex, Londra f ' attività organizzata mill- Independent Boxing Association, kontra Ricky Rocker. Il-preparazzjoni tiegħi għal dawn it-taqbidiet kienet intensiva ħafna, u l-iktar stadju difficli kien għall- ġlieda tat-30 ta' Jannar, fejn konna għadna ġejjin mix-xahar tal-festi, għaliex allavolja kont bqajt għaddej bit-taħriġ tiegħi, ma naqasx li niekol ħelu u ikel tipiku tal- festi, allura kelli nbati naqra iżjed biex nitlef iż-żewġ kilogrammi żejda li tellajna. Għall-kompetizzjonijiet ta' Marzu, ma kellix problemi għax bqajt għaddej bid-dieta u bit-taħriġ intensiv tiegħi. L-għajnuna li kelli għal dawn it-taqbidiet bħas- soltu kienet l-aqwa li jista' jkolli f 'Malta, fejn għamilt Strength and Conditioning Training ma' wieħed mill- aqwa personal trainers ta' Malta, Clayton Gatt, it-taħriġ tal-boxing tekniku mal-aqwa atleta u kowċ li għandna Malta bħalissa Super Steve Martin, u sparring mal- boxer professjonali Tyrone 'El Terribile' Borg, u boxer semi-professjonali tal- ogħla livell Richard 'Viper' Vella, li kollha nagħmlu parti mill-gym ta' suċċess kbir li għandna Malta 'Fight Factory: Home of Champions'. Ma setax jonqos li jiena nasal għall-kompetizzoni tat- 30 ta' Jannar f 'kundizzjoni fiżika u psikoloġika tajba ħafna, u avolja kelli avversarju sod f 'Josh Groombridge, jien irnexxieli niddominah fit-taqbida fejn ħadt deċiżjoni unanima mill-ġudikaturi kollha, fejn jiena rbaħt l-erba' rawnds kollha fuq l-iskor tat-tliet ġudikaturi. Wara din it-taqbida bqajt nibni fuq it-taħriġ li diġà kont għamilt biex nasal għall-kompetizzjoni ta' kwalità għolja li organizzaw Prizeboxing Promotions, u l-impenn internazzjonali li kelli ġimgħa wara tal- IBA f 'Londra, fl-aqwa kundizzjoni possibli. B'hekk fl-14 ta' Marzu, meta ġejt wiċċ imb wiċċ mal-avversarju tiegħi Lenny Fuller, kont lest li nagħti prestazzjoni tajba. Il-livell ta' dan il-boxer kien għoli, fejn kellu aġilità ferm kbira f 'idejh u bażi teknika ta' boxing għolja. Minkejja dan, jiena nista' ngħid li l-livell tiegħi kien tajjeb daqs tiegħu, u f 'din it-taqbida, allavolja kienet iktar viċin minn dik ta' Jannar, xorta waħda ħriġt rebbieħ b'deċiżjoni unanima fuq l-iskors tal-ġudikaturi kollha, għat-tieni rebħa konsekuttiva ta' 20-15. Sfortunatament, ma nistax ngħid li kelli rebħa fil-kompetizzjoni internazzjonali tal- Independent Boxing Assocation kontra Ricky Rocker, fejn ħriġt tellief wara ġlieda fuq sitt rawnds, bil-punti. Minkejja dan, nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li, minkejja li kelli kumplikazzjonijiet ta' mard fil-ġimgħa tal- ġlieda, xorta waħda ġġilidt ġlieda ta' livell għoli ħafna kontra boxer li qeleb fuq livell professjonali wara din it-taqbida, tant li rbaħt ir-rispett tal-organizzaturi tal-Independent Boxing Association u erġajt ġejt mistieden biex nitla' niġġieled f 'show ieħor minn tagħhom fit- 13 ta' Ġunju, għal titlu internazzjonali tagħhom. Wara dawn it-taqbidiet, jiena għadni għaddej b'taħriġ intensiv għax għandi impenji oħra ġejjin fi ftit ġimgħat oħra, fejn jien u 10 boxers Maltin oħra ġejna magħżulin biex nikkompetu kontra selezzjoni ta' boxers Ingliżi fl-24 ta' April ġewwa Leeds fl-Ingilterra, u l-ikbar show li se jsir lokalment din is-sena minn Prizeboxing Promotions fis-26 ta' Ġunju, f 'Malta. Nixtieq nirringrazzja lill- kowċ tiegħi Steve Martin u lill-Manager tiegħi Demis Tonna tal-għajnuna li jtuni, kif ukoll lil sħabi kollha tal-Fight Factory Home of Champions. Nixtieq nirringrazzja wkoll lil Keith Frendo, l-isponsor prinċipali tiegħi, li huwa s-sid tal- istand 'Don Michele – Italian Fashion' li se tkun miftuħa fil-Bugibba Promenade mix- xhur ta' Mejju sa Ottubru li ġejjin," temm jgħid Christian Schembri. Bidu tas-sena attiv għall-boxer Christian Schembri Ritratt - Expose Photography Il-boxer Christian Schembri jifraħ wara li għeleb l-isfida tal-boxer Lenny Fuller