Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 33 SPORTSillum IĊCHAMPIONS tal- handball lokali fil-kamp maskili, La Salle Rivareno, rebħu r-raba' kampjonat konsekuttiv, u t-tmien wieħed fl-istorja glorjuża tagħhom biex b'hekk waqqfu rekord mingħajr preċedent. Fil-logħba kontra Swieqi Phoenix Menrad, La Salle, riedu punt wieħed biss biex jirbħu l-kampjonat. Għalkemm Swieqi, kellhom logħba tajba u urew titjib sostanzjali fl-aħħar wirjiet tagħhom, La Salle, iddominaw il-logħba mill-bidu sal-aħħar u kisbu r-rebħa tant mixtieqa li poġġiethom fil-kotba tal-istorja tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball, MHA. Il-captain ta' La Salle u l-Plejer tal-Logħba, Andrew Said, ġie ppreżentat bit-trofew tar-rebħ tal-kampjonat mill- President tal-MHA, Louis Borg, wara l-logħba hekk kif La Salle ċċelebraw ir-rebħ tal-15-il trofew konsekkuttiv tagħhom, biex b'hekk kisru rekord ieħor fil-handball lokali. Aloysians Von Taine temmew l-istaġun fit-tieni post wara li għelbu lil Luxol fl- aħħar ġurnata tal-istaġun. FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum Ix-xewqa tiegħi hija dik li nirritorna nilgħab l-Premier – Adam Smeir Ikompli r-renju inkredibbli ta' La Salle fil-handball u jwaqqfu rekord bla preċedent FTIT tal-jiem ilu Adam Smeir skorja d-90 gowl tiegħu ma' Rabat Ajax biex b'hekk jinsab 10 gowls biss 'il bogħod milli jiskorja l-100 gowl tiegħu ma' Rabat Ajax. Adam Smeir twieled fl-4 ta' Awwissu tal-1985 u għandu 29 sena. Huwa tela' min-nursery ta' Rabat Ajax u ddebutta fit- tim tal-kbar tal-Magpies fl- età ta' 17–il sena f 'Ottubru tal-2012 kontra Balzan. Lagħab f 'kull diviżjoni tal-futbol Malti, b'total ta' 245 logħba u skorja xejn inqas minn 90 gowl. Il- gowls tiegħu waslu kontra dawn it-timijiet: 7 kontra St Andrews, 6 kontra St Venera Lightnings , 5 kontra Vittoriosa Stars, Lija Athletic u Zurrieq, 4 kontra Birzebbuga, Zebbug Rangers, Gżira United u Balzan, 3 kontra Zejtun Corinthians, Ta' Xbiex u Melita, 2 kontra St Georges, Ħamrun Spartans, Naxxar Lions, Għaxaq, Mellieħa, Xgħajra, Mtarfa, Attard, Dingli Swallows, Senglea Athletic, Mqabba, Fgura, Gudja United u Luqa. Skorja wkoll gowl wieħed kontra Mġarr United, Mdina Knights, Gozo, Għargħur, Tarxien Rainbows, Sirens, Sta Lucia, Pembroke Athletic u Siġġiewi. L-ewwel gowl tiegħu wasal kontra Tarxien Rainbows fl-Ewwel Diviżjoni. Huwa rebaħ ukoll l-unuri prestiġjużi mogħtija mill-MFA, tal-Aqwa Plejer tal-Minors, l-Aqwa Plejer tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni, kif ukoll l-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni. Huwa l-captain preżenti ta' Rabat Ajax għal ħames staġun konsekuttiv u għandu r-rekord tal-aqwa skorer tal-istess klabb ta' kull żmien. Kien tassew sfortunat meta f 'logħba fil- Kampjonat BOV Premier kontra Mosta li ntlagħbet nhar it-18 ta' Marzu 2013, kiser it-tibia, u dam kważi sena barra mill-azzjoni. Dan ġara ftit ġimgħat wara li ġie msejjaħ mit- tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Taljan, Pietro Ghedin. Iżda, f 'kummenti li għadda li dan il-ġurnal, fl-okkażjoni tad-90 gowl tiegħu ma' Rabat Ajax, huwa saħaq li: "Bħalissa ninsab 100 % b'saħħti, u qed nerġa' niskorja l-gowls mill-ġdid. Ix-xewqa tiegħi hija dik li nirritorna nilgħab fil-Premier," temm jgħid Adam Smeir. Adam Smeir jiċċelebra wara wieħed mill-gowls li skorja kontra St Andrews Ritratt: Patrizia Val Madiona Il-captain ta' La Salle, Andrew Said, ippreżentat bit-Tazza ta' Champions mingħand Louis Borg Klassika Finali L PTI La Salle Rivareno 10 24 Aloysians Von Taine 10 22 Luxol 10 16 Kavallieri RS2 10 15 Swieqi Phoenix Menrad 10 12 Sayitmalta HMS 10 0

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015