Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-isport tant popolari f 'pajjiżna matul l-istaġun sħun tas-sajf – il- waterpolo? Kont ninżel il-pitch tan-Neptunes minn età żgħira u dejjem laqatni l-isport tal-waterpolo. Bdejt bħala goalkeeper taħt il-gwida tal-kowċ Charlie Mock, qabel imbagħad bdilt l-irwol tiegħi fl-istess logħba. Minħabba x-xogħol tiegħi ta' kok kelli niċċaqlaq għal sena u mort Londra. Ftit tal-ġimgħat ilu ffirmajt b'self mal-Exiles u ili ftit taż-żmien nittrenja għall-istaġun li jmiss. L-imħabba tiegħek għall-kċina hija ikbar minn dik li għandek għall-waterpolo? It-tnejn huma passjoni tiegħi. Kemm il-kċina kif ukoll il- waterpolo jtuni sodisfazzjon u allura nipprova nieħu ħsiebhom kemm nista'. Iddeskrivilna l-esperjenza tiegħek ma' Neptunes. Kienet waħda tajba ħafna. Bdejt litteralment mill-qiegħ. Ma kontx nilgħab regolarment fil-bidu, iżda bqajt naħdem bla heda u rnexxieli nsib posti. Irbaht ħames kampjonati man-Neptunes u tliet Knock-Outs. Ir-relazzjoni tiegħi mal-klabb ta' Neptunes għadha tajba sal-ġurnata tal-lum. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakarha iktar minn oħrajn? Iva. Il-finali tal-ewwel kampjonat li rbaħt ma' Neptunes meta konna għelibna lil Sliema bl-iskor kbir ta' 12-4. Dik kienet logħba storika! X'kienet ir-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Karl Izzo? U dan kif għenek matul iż-żmien li fih kont tilgħab il-waterpolo? Lil Karl Izzo ili nafu snin issa, u r-relazzjoni tagħna hija soda ħafna - kemm fuq bażi personali kif ukoll fl-ilma. Karl lili kkowċjani fil- Minors meta kien man-Neptunes. Irbaħna u tlifna flimkien, kellna argumenti żgħar li kull plejer ikollu mal-kowċ tiegħu, iżda jien u Karl qatt ma kellna problema ma' xulxin! X'tikkummenta fuq ir-riżorsi li fihom bħala plejers tilagħbu l-waterpolo f 'Malta? Bħala pitch biex tilgħab huwa biżżejjed. Anki l-iscore board il-ġdid għamel differenza, Fadal biss naqra qatriet oħra u naħseb li l-pixxina bħala pitch tal-waterpolo tkun tajba mhux ħażin. Taqbel li Malta għandha bżonn ta' pixxina ta' ġewwa? Iva ħafna speċjalment għat-tfal. Jien naħseb li l-waterpolo f 'Malta qed jmur lura għax il-ġenituri jaqtgħu qalbhom jibgħatu lit-tfal tagħhom għat-taħriġ fix-xitwa, u għandhom raġun. Għalhekk naħseb pixxina ta' ġewwa jħeġġeġ ħafna tfal jittrenjaw fix-xitwa. Tara li l-livell tal-waterpolo f 'pajjiżna għamel qabża ta' kwalità 'l quddiem? Ifhimni, il-kwalità hemm qiegħda iżda li l-problema li hemm hija dik li ma tantx hawn ħafna plejers telgħin. Dik hija problema kbira għall-futur tal-waterpolo f 'Malta. X'tikkummenta fuq l-aħħar riżultati ferm pożittivi li kiseb it- tim nazzjonali tal-waterpolo, taħt it-tmexxija ta' Karl Izzo? Kont kuntent ħafna għat-tim u anki għall-kowċ. Naħseb bħala nazzjonal qegħdin tajjeb. Jien naħseb iktar kemm jittrenjaw flimkien u jsiefru fuq taħriġ barra iktar għandhom fejn itejbu l-livell tagħhom fil-waterpolo. Għandek nostalġija tal-waterpolo u tal-plejers sħabek li kont tilgħab magħhom, kemm ma' Neptunes kif ukoll mat-tim nazzjonali? Għandi nostalgija kbira. Inħossu ħafna n-nuqqas tat-taħriġ magħhom iżda bqajt viċin ta' ħafna minnhom. Qattajna ħafna snin flimkien u nibqa' niftakar dan SPORTSillum Ir-relazzjoni bejn il-waterpolo Cristian Antony Muscat Kienu bosta dawk is-segwaċi tal-waterpolo lokali u mhux biss li ħasbu li Sean Gravina kien ħalla l-waterpolo għal kollox biex jiddedika ħajtu għal waħda mill-ikbar imħabbiet ta' ħajtu – il-kċina. Madanakollu dawn kienu żbaljati, hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu huwa rma ma' Exiles b'self. "Jien naħseb li l-waterpolo f 'Malta qed imur lura għax il-ġenituri jaqtgħu qalbhom jibgħatu lit-tfal tagħhom għat- taħriġ fix-xitwa, u għandhom raġun. Għalhekk naħseb pixxina ta' ġewwa iħeġġeġ ħafna tfal jittrenjaw fix-xitwa."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015