Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 www.smsmondial.com.mt Valletta | Birkirkara | Paola | Sliema | Hamrun | Gozo Tel: 2277 6000 Kabini Ġodda fi xhur ta' Lulju u Awwissu Mein Schiff 3 Cruises minn Malta għal Malta 2015 Ivjagga b'eleganza fuq il-'Mein Schiff 3' fejn il-kwalità Ġermaniża tispikka fl-aqwa tagħha. Itla' abbord u ħalli il-vaganza perfetta tiegħek tibda! Day Port Country Arrival Departure Day 1 Valletta Malta 2200 Day 2 Day at Sea Day 3 Brindisi Italy 0700 1800 Day 4 Dubrovnik Croatia 0700 2230 Day 5 Kotor Montenegro 0800 1800 Day 6 Corfu Greece 0900 1900 Day 7 Day at Sea Day 8 Valletta Malta 0400 Port Country Arrival Departure Day 1 Valletta Malta 2200 Day 2 Day at Sea Day 3 Piraeus, Athens Greece 0530 1900 Day 4 Mykonos Greece 0700 1800 Day 5 Bodrum Turkey 0800 2000 Day 6 Day at Sea Day 7 Catania, Sicily Italy 0800 1900 Day 8 Valletta Malta 0400 Pearls of the Adriatic Greece & Turkey Binja għal mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ . . . Mhux aċċettabbli li tfal jispiċċaw fl-istess swali mal-adulti – Chris Fearne MATUL l-aħħar jiem smajna bil-proġetti ta' investiment li qed jaħdem fuqhom il-Gvern fil-qasam tas-saħħa. Qasam li kif spjega l-Prim Ministru Joseph Muscat, mistenni jinbidel minn wieħed ta' sfidi għal wieħed t'opportunitajiet hekk kif sptarijiet privati u anke skola medika privata mistennija jiftħu u jibdew joperaw f 'pajjiżna fiż-żmien li ġej. Intant din il-gazzetta tkellmet mas-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne dwar il-qasam tas-saħħa mentali, partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu tfal u adoloxxenti. Preżentement persuni żgħar fl-età li jkollhom bżonn ikunu rikoverati fl-isptar Monte Carmeli minħabba problemi mentali akuti, dawn jispiċċaw jiddaħħlu fis-swali f 'dan l-isptar flimkien mal-adulti. Chris Fearne qal li dan il-gvern ħass li din mhix sitwazzjoni aċċettabbli fejn tfal jispiċċaw fl-istess swali mal- adulti. Qal li kien għalhekk li bdiet il-ħidma immedjata biex tiġi identifikata binja li se sservi bħala Youth Residence għal dawn iż-żgħażagħ. "Nemmnu li kull individwu għandu d-dritt għall-kura li għandu bżonn u nemmnu li dan għandu jsir fl- aħjar ambjent possibbli". Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li l-viżjoni tal- Gvern għal pazjenti li jbatu minn kundizzjoni ta' saħħa mentali hija li jingħataw l-aqwa kura possibbli. "Għaldaqstant inħasset il-ħtieġa sabiex tfal u adoloxxenti li jbatu minn kundizzjoni ta' saħħa mentali jibbenefikaw minn post xieraq li jakkomoda l-każijiet kollha li jkollhom bżonn jirċievu." Fearne spjega li l-Youth Residence (jew kif kienet magħrufa qabel il-Young People's Unit) hija faċilità għaż-żgħażagħ bi problemi ta' saħħa mentali akuti. "Il-binja li fiha se jkun hemm il-YR ġiet iddiżinjata mill-ġdid u addattata biex tlaħħaq mal- bżonnijiet taż-żgħażagħ tal-lum bi problemi mentali. Id-diżinn tal-binja jagħti lok għal kura aktar individwalista u jimxi 'l hinn minn dak ta' istituzzjoni medika. Id-diżinn huwa wieħed ibbażat fuq ambjent terapewtiku ta' dar." Mitlub jispjega x'se jkun hemm aktar minn sala ta' sptar, is-segretarju parlamentari qal li fost affarijiet oħra li r-residenza se tkun mgħammra bihom se jkun hemm games room, kamra għat-televiżjoni, faċilitajiet sportivi, kmamar għat-terapija u klassi għal laqgħat jew taħriġ fi gruppi. "Fid-diżinn tal-binja ngħatat attenzjoni partikolari għas- sigurezza tal-post, fosthom se jkun hemm ukoll one-way mirror. Ingħatat ukoll attenzjoni partikolari għall-privatezza tal-individwu . In-numru ta' sodod f 'kull kamra tniżżlu minn kmamar ta' erba' għall- kmamar individwali jew fejn żewġ persuni jaqsmu kamra bejnithom." Chris Fearne temm jgħid li x-xogħol fuq il-binja wasal fil- fażi finali tiegħu u se jkun lest fi żmien qasir. "F'qasir żmien mhux se jibqa jkollna pazjenti żgħar flimkien ma' dawk adulti. L-ambjent li se jkun qed jilqagħhom f 'din il-binja huwa wkoll differenti minn dak ta' Monte Carmeli. Il-binja tinsab fil-bidu tat-triq li tagħti lejn dan l-isptar u għalhekk hija mifruda mill- isptar innifsu - b'hekk qed nimxu lejn mudell aktar ta' dar u ferm inqas ta' istituzzjoni." Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Il-binja li fiha se jkun hemm il-Youth Residence

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015