Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 5 KELLIEMA għall-Moviment SHout ilbieraħ komplew bil- kampanja tagħhom kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa sabiex iħeġġu lin-nies jivvutaw LE nhar is-Sibt li ġej. Il-kelliem għal SHout, Mark Sultana, tkellem dwar kemm referendum ta' din ix-xorta huwa importanti għad- demokrazija f 'Malta. "Dan huwa t-tielet referendum f 'Malta fi 11-il sena, imma dan huwa l-ewwel wieħed li qed isir għax talbuh il-Maltin u l-Għawdxin, wara li iktar minn 41,000 ċittadin iffirmaw petizzjoni biex titneħħa liġi eżistenti. Dan għamluh għax jafu li flimkien nistgħu nġibu bidla," qal Mark Sultana. Biex ir-referendum ikun validu importanti li dakinhar joħorġu jivvutaw iktar minn 50% tal-elettorat. "Dan ir-referendum issejjaħ għax irridu noħolqu futur aħjar għal pajjiżna, għan-natura u għall- ġenerazzjonijiet ta' għada," qal Mark Sultana. "Qed jagħmlulna kuraġġ in-numru kbir ta' nies li wrew li beħsiebhom joħorġu jivvutaw, u l-eluf li ġabru d-dokument tal-vot f 'dawn l-aħħar jiem. Kull min għad irid jiġbor id-dokument issa jista' jagħmel dan min-Naxxar, u mhux mill-Belt." Mark Sultana qal li vot LE huwa importanti għall-għasafar peress li Malta hija l-uniku pajjiż fl-Ewropa li għadha toqtol il-gamiem u s-summien waqt il-passa tagħhom biex ibejtu. "Fi żmien l-Għid il-ħsieb tagħna jdur fuq il-kunċett ta' ħajja ġdida u ta' tkattir," qal Mark Sultana. "L-għasafar li jkunu qed ipassu minn Malta jkunu fi triqthom lejn l-Ewropa biex ibejtu, biex ibidu, biex irabbu frieħ ġodda. Tajjeb ma ninsewx li minħabba l-kaċċa fir-rebbiegħa li ssir f 'pajjiżna, kull rebbiegħa ħa jinbiedu mal- 190,000 bajda inqas." "Issa għandna ċ-ċans li nipproteġu dawn l-għasafar u nipproteġu l-kampanja tagħna," żied jgħid Mark Sultana. "Nistgħu nwegħdukom ħaġa waħda: li jekk tinqata' l-kaċċa fir-rebbiegħa, ħa jkollna iktar għasafar ħajjin u iktar għasafar ibejtu fil-Gżejjer tagħna. Is-snin 2008 u fl-2009 kienu sentejn li fihom il-kaċċa fir-rebbiegħa kienet sospiża, f 'dawk is-sentejn rajna għasafar sbieħ li bdew ibejtu u jrabbu l-frieħ tagħhom f 'Malta, għasafar bħall-ħuttaf, rundun, spanjuletti u qerd in- naħal." Il-kelliema għal SHout, Moira Delia, tkellmet fuq l-importanza ta' vot LE għall- familji Maltin, u dwar kif tkun kampajna mingħajr kaċċa fir- rebbiegħa. "Kulħadd jaf x'inhi r-realtà tal-kaċċa fir-rebbiegħa. Hija terribli, kiefra u negattiva. F'ġieħ il-ġenerazzjonijiet ta' għada, huwa importanti ħafna li lkoll nivvutaw LE," qalet Moira Delia. Moira Delia ġabret fil-qosor ir-raġunijiet pożittivi ta' vot LE. "Dan ir-referendum qed isir ħalli n-nies minn jeddhom ħa jkunu qed iniedu bidla f 'pajjiżhom stess. B'vot LE, in-nies ħa jwaqqfu lill-kaċċaturi milli jkomplu joqtlu l-għasafar li sejrin ibejtu, u jwaqqfu l-massakru ta' għasafar protetti li jkunu qed ipassu. Vot LE jagħti l-kampanja lura lill- Maltin u lill-Għawdxin. Vot LE jtella' lil Malta għal-livell tal-bqija tal-Ewropa." Mark Sultana rribatta l-gideb u t-tagħrif żbaljat li xxerred mill-Moviment IVA. "Mhu veru xejn li fl-Ewropa jittolleraw il-kaċċa fir- rebbiegħa. Bil-maqlub, Malta tispikka proprju għax hi biss għadha tħalli l-qtil ta' għasafar tal-passa fir-rebbiegħa." Il-kelliem għal SHout Saviour Balzan fakkar fil-ħafna tixrid ta' biża' dwar li delizzji oħrajn huma mhedda. "Qed nirreferi b'mod speċjali għall-każini tal-baned, għad-dilettanti tan-nar, dilettanti tas-sajd u tal-ħamiem, kollezzjonisti ta' armi tradizzjonali. Hija gidba sfaċċata li wara l-kaċċa fir- rebbiegħa jista' b'xi mod imiss lilhom." "Il-liġi tar-referendum ilha magħna għexieren ta' snin. Li qed jiġri llum huwa minħabba dak li l-kaċċaturi qegħdin jagħmlu lill-għasafar fir-rebbiegħa, xejn iktar, xejn inqas," żied jgħid Saviour Balzan. Hekk kif il-kampanja referendarja daħlet fl-aħħar ġimgħa, Saviour Balzan irringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil għall-pożizzjoni li ħadu. "Huma ddeċidew li bħala mexxejja jħallu lin-nies ħielsa biex jivvutaw kif iridu. Dan juri maturità politka," qal Saviour Balzan. Fl-għeluq tal-konferenza Mark Sultana żied jgħid: "Smajna dil-ġimgħa li jekk il-LE jirbaħ, il-kaċċaturi beħsiebhom jippruvaw jiġġieldu biex iwaqqgħu d-deċiżjoni. Din stqarrija inkredibbli, stqarrija li aħna ċerti li ebda mill-mexxejja politiċi ma jaqblu magħha." "Aħna nħeġġukom ilkoll biex taħtfu din l-opportunità biex tieħdu deċiżjoni pożittiva għall- futur tal-għasafar, tal-kampanja u ta' pajjiżna," temm jgħid Mark Sultana. "Is-Sibt li ġej oħorġu vvutaw LE." REFERENDUM NAZZJONALI APRIL 2015 STRUZZJONIJIET KIF TIVVOTA Kull votant għandu juri l-għażla tieghu billi jikteb fuq il-karta tal-vot "X" jew marka oħra fil-kaxxa bil-bordura safra li tindika vot affermattiv (IVA) jew fil-kaxxa bil-bordura kannella li tindika vot negattiv (LE). Il-karta tal-vot tkun invalida jekk: • fuqha ma jkunx hemm il-marka "X" jew xi marka oħra li turi l-għażla tal-votant; jew • fuqha jkun hemm il-marka "X" jew xi marka oħra li turi l-għażla tal-votant imqiegħda fiż-żewġ kaxxi; jew • ma jkunx jista' jingħaraf b'ċertezza f'liema kaxxa ġiet imqiegħda l-marka "X" jew xi marka oħra; jew • fil-karta tal-vot ikun hemm xi kelma miktuba jew xi sinjal ieħor, li bih tista' tingħaraf il-persuna li tat il-vot; jew • fuqha ma jintgħamilx it-timbru uffiċjali tal-Kummissjoni. KUMMISSJONI ELETTORALI ikteb "X" JEWmarka oħra fil-kaxxa bil-bordura safra li tindika vot affermattiv (IVA) JEWikteb "X" jew marka oħra fil-kaxxa bil-bordura kannella li tindika vot negattiv (LE) REFERENDUM 2015 MISTOQSIJA LILL-VOTANT Taqbel illi d-dispoŧizzjonijiet tar-'Regolamenti dwar Qafas biex Tiěi Permessa Deroga li TiftaĢ l-Istaěun gĢall-Kaċċa tal-Gamiem u tas-Summien fir-RebbiegĢa' (Legislazzjoni Sussidjarja 504.94) gĢandhom jibqgĢu fis-seĢĢ? QUESTION PUT TO THE VOTER Do you agree that the provisions of the 'Framework for Allowing a Derogation Opening a Spring Hunting Season for Turtle Dove and Quail Regulations' (Subsidiary Legislation 504.94) should continue in force? IVA YES LE NO Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2122 1994 or visit www.electoral.gov.mt Referendum Kaċċa fir-Rebbiegħa L-ewwel referendum abrogattiv f 'Malta Ritratt: Ray Attard Saviour Balzan, Mark Sultana u Moira Delia waqt attività tal-kampanja SHout

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015