Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

LAĠENZIJA internazzjonali tar-ratings, DBRS tat għall-ewwel darba rating lil pajjiżna, għażlet li tagħti rating għoli ta "A". Skond l-esperti Amerikani tad-DBRS, dan jirrefletti t-tkabbir ekonomiku b'saħħtu ta' pajjiżna kif ukoll il- progress li sar fejn jidħol tnaqqis fid-defiċit u fid-dejn nazzjonali. Filfatt l-analisti nternazzjonali jsostnu li jekk dan il-progress ikompli u r-riformi li qed isiru fis-settur pubbliku jkunu suċċess, ir-rating ta' pajjizna jkun saħansitra imtejjeb. Id-DBRS faħħru l-qasam tax-xogħol f 'Malta u l-inċentivi li l-Gvern jagħti lill-industrija, speċjalment fir-rigward ta' nvestiment dirett barrani. Fl-istess ħin huma enfasizzaw il-bżonn li s-sistema edukattiva titjieb u li jiżdied it-taħriġ tal-ħaddiema. L-analisti tad-DBRS jinnotaw ukoll li l-maggoranza tal-kumpaniji f 'Malta huma żgħar u ma għandhomx ħafna aċċess għal fondi ta' investiment. L-aġenzija DBRS issemmi b'mod positiv ir-ristrutturar tal-kumpaniji pubbliċi li sar dan l-aħħar, l-aktar fl- Enemalta, u jsostnu li dan naqqas ir-riskji finanzjarji għal pajjiżna. L-esperti tad- DBRS faħħru wkoll il-miżuri li ha l-Gvern biex id-dejn nazzjonali jitnaqqas b'mod sostennibli fis-snin li ġejjin. Qasam ieħor fejn il-Gvern għamel bidliet tajbin skond id-DBRS kien dak tax-xogħol, bidliet li huma mportanti ħafna ħalli l-ispiża fuq pensjonijiet issir sostennibbli. Semmew ukoll iċ-Child Care b'xejn, it-tnaqqis fl-inċome tax, l-in-work benefit u t-tapering tal-benefiċċji. Għal din is-sena d-DBRS qed ibassru li l-ekonomija Maltija tikber bi 3.3% filwaqt li d-dejn nazzjonali jaqa għal 68% tal-ġid nazzjonali. L-esperti tad-DBRS innuttaw b'mod positiv li meta il- Gvern ħareġ stokks tiegħu għall-bejgħ, dawn inħatfu mall-ewwel minn investituri żgħar. Dan meta is-soltu dawn jieħdu terz biss tal- ammont offert. Din hija indikazzjoni ċara ta' fiduċja u ottimiżmu. 6 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 Projects Malta Limited, on behalf of the Government of the Republic of Malta, hereby calls for the submission of proposals leading to the award by the Government of a services concession for the management and operation of healthcare and ancillary services from the sites at St. Luke's Hospital, Karin Grech Rehabilitation Hospital and Gozo General Hospital through the grant, for a specified term, of the right to exploit such services. Interested parties are invited to obtain a copy of the Request for Proposals (RFP) document either by collecting it from the offices of Projects Malta Limited at The Clock Tower, Level 1, Tign� Point, Sliema, Malta or by a request to Projects Malta Limited on admin.projectsmalta@gov.mt. The RFP document will be provided against the payment of a non-refundable fee of five thousand euro (€5,000). Sealed bids complete with all required documents are to be submitted up to noon (Central European Time) on Tuesday, 19 th May 2015. Submissions are to be delivered by hand to Projects Malta Limited on weekdays between 9:00 a.m. and 4.00 p.m (Central European Time) at the address below: Projects Malta Ltd. The Clock Tower, Level 1, Tign� Point, Sliema, Malta Request for Proposals Services Concession for the redevelopment, maintenance, management, and operation of the sites at St. Luke's Hospital, Karin Grech Rehabilitation Hospital and Gozo General Hospital REF: PML /04/2015 C M Y CM MY CY CMY K Projects Malta 20 x 3.pdf 1 Friday/March27/2015 9:5912AM Justyne Caruana żżur djar tal-anzjani u ċentri ta' persuni b'diżabilità ISSEGRETARJU Parlamentari għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana żaret entitajiet fosthom djar tal-anzjani u ċentri ta' persuni b'diżabilità kemm f 'Malta u kemm f 'Għawdex. Caruana awgurat lil-anzjani u lill-persuni b'diżabilità preżenti il-Festi tal-Għid it-tajba lilhom u lil qrabathom, li whud kienu preżenti f 'dawn il-festi. Hija ltaqat ukoll mal-impjegati f 'dawn l-entitajiet u qalet kif ix xogħol mal-anzjani u persuni b diżabilità huwa xogħol importanti u delikat ħafna u jeħtieġ ħila u dedikazzjoni kbira. Semmiet it-taħriġ li diġa sar lill-ħaddiema liema taħriġ huwa wkoll parzjalment iffinanzjat minn fondi Ewropej. Hija enfasizzat li kif saru diversi korsijiet dwar id dimensja għall-ħaddiema tad-djar residenzjali, taċ-ċentri għal matul il-jum u ħaddiema oħrajn bħal dawk ta' Karen Grech u Mater Dei. Is-Segretarju Parlamentari qalet li se jiġu wkoll organizzati korsijiet dwar id-dimensja lill-impjegati fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex u ser isiru wkoll korsijiet għall-familjari u persuni li jindukraw persuni bid-dimensja.Fil-fatt inħareġ materjal t' informazzjoni għalihom. Ċertifikat pożittiv ieħor għal pajjiżna Żagħżugħ ta' 30 sena jitlef ħajtu f 'inċident f 'Għawdex SHAUN George Vella, ta' 30 sena mis-Sannat tilef ħajtu traġikament ilbieraħ f 'aċċident tat- traffiku ftit qabel is- 12.45pm. Vella li kien qiegħed isuq mutur ħabat f'central strip u f 'arblu tad-dawl fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija. Il-Pulizija marret fuq il- post u mill-ewwel stħarriġ irrizulta li raġel kien qiegħed isuq mutur tal- għamla KTM 250 EXC, li iżda għal xi raġuni tilef il- kontroll tal-vettura tiegħu u kellu impatt ma' arblu tad-dawl. Bl-impatt hu sofra ġrieħi serji f 'sidru, u mad-daqqa baqa' jitkaxkar għal metri sħaħ sakemm waqaf mixħut għal tulu f 'nofs it-triq. Flimkien miegħu kien hemm sieħbu li kien għaddej fuq mutur ieħor, li waqaf u talab xi persuni li kienu fit-triq biex iċemplu ambulanza. Ir-raġel, ttieħed immedjatament fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex, fejn huwa ġie ċċertifikat mejjet. Il-Maġistrat Dr J Vella Cuschieri ġiet infurmata dwar il-każ fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija, immexxija mill-Pulizija t'Għawdex, għadhom għaddejjin. Justyne Caruana żaret djar tal-anzjani .com.mt AĦBARIJIET ONLINE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015