Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759
FREDERICK ATTARD ILBIERAĦ ġie ċċelebrat l-ewwel anniversarju minn meta Marie Louise Coleiro Preca ħadet il-Presidenza ta' Malta f 'idejha. Sena li matulha rajna lil Coleiro Preca f 'ħidma bla waqfien sabiex tressaq il-Presidenza aktar viċin in-nies. "L-irwol tal-President m'għandux ikun biss ċerimonjali, iżda rwol li bih nista' nkompli nkun viċin il- poplu Malti kollu." Il-President qalet dan il-kliem fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju minn mindu bdiet tokkupa l-ogħla kariga fil-pajjiż. Il-President qalet ukoll li wasal iż-żmien għal bidla fl-amministrazzjoni tal- ġudikatura u li trid tinbidel il-kostituzzjoni fejn tirreferi għar-rwol tal-President. "Il-proċess ta' bidla għadu ma bediex għalkemm hu fatt magħruf li din ir-riforma hi meħtieġa għall-pajjiż aktar modern." Mistoqsija tikkummenta dwar l-ewwel sena, il-President qalet li hi tqis li kienet sena ta' ħidma f 'oqsma differenti tas-soċjetà. "Iltqgħajt ma' nies fil-bżonn u għint mill-aħjar li stajt sabiex nindirrizzaw il-bżonnijet li dawn in-nies kellhom. Il-ħafna li għamilna hu ftit ħdejn dak li għad hemm bżonn." Il-President tkellmet ukoll mal-ġurnalisti dwar l-impenji uffiċjali li jkollha ta' kuljum u kien hawnhekk li ntqal li matul is-sena li għaddiet kellha madwar 2,500 impenn, medja ta' sitta kuljum. Intant din il-gazzetta qed tippublika għażla ta' ritratti li jirappreżentaw uħud mill- impenji tal-President ta' Malta, Marie Louise Coleiro Preca matul l-ewwel sena tagħha fil-kariga. Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 7 Ħarsa lejn l-ewwel sena ta' Presidenza f 'idejn Marie Louise Coleiro Preca Il-President mal-Papa Franġisku Il-President tiltaqa' mal-Prinċep William Il-President waqt laqgħa mar-Reġina Eliżabetta II Foundation for the Wellbeing of Society Il-President iżżur numru ta' skejjel Malta Community Chest Fund Marie Louise Coleiro Preca tqiegħed fjuri fi ħġar il-monument ta' Sir Anthony Mamo