Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 DAN huwa l-aħħar artiklu minn din is-sensiela, dejjem jekk ma jseħħux aktar omiċidji li ma jkunux għadhom solvuti. Se nagħtu ħarsa ħafifa lejn is-seba' każi ta' omiċidji mhux solvuti li għandna fil-lista tagħna li seħħew bejn is-6 ta' Frar 1972 u l-21 ta' Marzu ta' din is-sena fejn b'kollox seħħew 54 każ. Din is-sensiela bdejniha fit-2 ta' Marzu 2014 u bqajna nippubblikaw artiklu kull nhar ta' Ħadd. Illum se nħarsu lejn il-każi li fadal f 'ordni kronoloġika. Joseph Grima – 8 ta' Novembru 2008 Il-każ ta' Joseph Grima ta' 42 sena, missier ta' tifel, mix- Xewkija, inqatel wara li ttajjar minn vettura li baqgħet sejra fi Triq l-Imġarr, fix-Xewkija stess. Għall-ewwel il-Pulizija bdew jittrattaw dan il-każ bħala inċident tat-traffiku magħruf bħala hit & run. Imma rriżultalhom li kien omiċidju. Kien is-Sibt, 8 ta' Novembru, għall-ħabta tas-1.30pm meta Joseph Grima u martu kienu mixjin qrib il-heliport u ltaqgħu ma' qarib ta' Joseph. Ħin minnhom iż-żewġt irġiel tlewmu f 'nofs it-triq meta għadda vann Isuzu abjad u tajjar lil Grima. Minkejja t-tentattivi tat-tobba biex isalvawlu ħajtu, Grima miet ftit tal-ħin wara fl- Isptar Ġenerali t'Għawdex. Il-Pulizija kienu sabu l-vettura, vann Isuzu abjad, li allegatament tajjar lil Grima ħamest ijiem wara l-inċident. Il-pulizija kienu waslu għas-sejba tal-vann minn informazzjoni anonima li vann kien f 'rażżett fix-Xewkija stess. Meta l-pulizija marru fil-post indikat sabu l-vann mimli trab li l-istess pulizija jemmnu li t-trab intefa' apposta biex tingħata l-impressjoni li l-vettura kienet ilha wieqfa għal ħafna żmien. Minkejja li dwar dan l-omiċidju kienu interrogati tlett irġiel u mara, il-Pulizija qatt ma kellhom provi konkreti biex iressqu lil xi ħadd il-Qorti. B'hekk il-qtil ta' Joseph Grima għadu wkoll mhux solvut. Yosef Grech "il-Yoyo" – 12 ta' Diċembru 2012 Il-Ħadd, 12 ta' Diċembru 2012, ftit qabel it-3.30am kaċċatur li kien fl-inħawi ta' Qalet Marku fl-inħawi tat-Torri tal-Għallis limiti tan-Naxxar, sab ma' wiċċu raġel nofsu mneżża' mitluq fuq il-ħamrija wiċċu 'l isfel u għadira demm madwar rasu. Huwa mar l-Għassa tal-Pulizija tan-Naxxar biex jinforma lill- Pulizija u wara ħadhom fuq il-post. Hemmhekk il-Pulizija sabu katavru, li rriżulta li kien ta' Yosef Grech ta' 41 sena minn Ħal Balzan, li kien magħruf bħala l-"Yoyo", li kien qed jistenna li jgħaddi ġuri mixli bil-qtil ta' Patricia Attard li seħħ fi Frar 2004. Il-katavru ta' Grech instab bil-qalziet ta' fuq u ta' taħt imniżżlin taħt żaqqu u minn qaddu 'l fuq bla ħwejjeġ u flokk li kien imdawwar ma' rasu. Mill-ewwel kien jindika li Grech safa maqtul b'tir ta' arma tan-nar f 'rasu liema balla daħlet min-naħa tal-lemin u ħarġet mix-xellug. Madwar għaxar metri 'l bogħod mill-katavru l-Pulizija kienu sabu par żarbun tal-vittma. Minħabba li fejn instab il-katavru kien hemm għadajjar tal-ilma u tajn u l-fatt li l-kalzetti u saqajh ma nstabux maħmuġin, il-Pulizija waslet għall-konklużjoni li Grech inġarr fuq il-post minn aktar minn persuna waħda. Il-mod kif instabu ħwejġu kienu jindikaw li xi ħadd ġarr lil Grech miċ-ċintorin u ieħor minn taħt idejh. Peress li Grech kien bniedem mibni sew u anke minħabba li l-karozza ta' Grech ma nstabitx fuq il-post, jista' jindika li f 'dan l-omiċidju kien hemm aktar minn persuna waħda involuta. L-aħħar li Grech deher ħaj kien it-Tlieta ta' qabel inqatel meta ħareġ mid-dar għall-ħabta tas-1.30pm fejn kellu jmur għat-tifla ż-żgħira biex jiġborha mill-iskola. Iżda huwa baqa' ma marx. Martu u qraba oħrajn meta raw li sas-6pm kien għadu ma deherx, ippruvaw jagħmlu kuntatt miegħu fuq il-mowbajl, iżda ma rrispondiex. L-investigaturi qatt ma eskludew li l-qtil ta' Grech kellu konnessjoni mas-sensiela ta' qtil li seħħew fl-istess perjodu u anke wara. Paul Degabriele "s-Suldat" – 31 ta' Mejju 2013 Paul Degabriele ta' 48 sena mill-Fgura, magħruf bħala "s-Suldat", kważi tmien xhur qabel ma nqatel kien sar attentat fuq ħajtu meta xi ħadd kien poġġielu bomba taħt il-pick- up tiegħu meta kien ipparkjat ħdejn ir-residenza tiegħu fi Triq 14 ta' Diċembru 1945 fil-Fgura. Il-pakkett bomba kien jinkludi tliet kontenituri tal-ħadid mimlijin splussiv li jintuża fil- piroteknika. B'kollox fil-pakkett kien hemm ftit inqas minn kilo ta' splussiv u kien hemm għadd ta' wajers imqabbdin ma' sett tal-mowbajl. Degabriele nqatel kiesaħ u biered fid-dawl tax-xemx b'diversi tiri sparati mill-qrib. Il-Pulizija ma eskludewx li l-qtil tas-"Suldat" huwa każ ta' vendetta u li dan l-omiċidju huwa marbut ma' omiċidji oħrajn li seħħew is-sena l-oħra. Il-mod kif inqatel Degabriele ġiet deksritt bħala "eżekuzzjoni b'mod professjonali" bil-vittma jintlaqat b'madwar ħames tiri - tnejn minnhom f 'rasu. Dan l-omiċidju seħħ nhar il-Ġimgħa, 31 ta' Mejju 2013. Għall-ħabta tal-11.05am, Degabriele kien f 'ħanut tat-te f 'Belt il-Ħażna fil-Marsa, flimkien ma' ċertu Thomas Spagnol miż-Żejtun. Ftit tal-ħin wara huma ħarġu u mxew lejn il-vettura ta' Degabriele, Toyota pick-up, li kienet ipparkjata fuq in-naħa l-oħra tat-triq. L-istess vettura li taħtha tpoġġiet il- bomba. L-ewwel ma daħal fil-vettura kien Degabriele u kif kien se jidħol Spagnol deher riesaq raġel lejhom li kien qed jippretendi li kien ħaddiem tal- indafa pubblika u li kellu kaxxa f 'idejh li beda jiġbor xi skart mill-art. Kif Spagnol kien se jidħol fil-karozza, il-qattiel resaq lejn fejn kien hemm Degabriele fuq is-seat tas-sewwieq, tbaxxa u ħareġ pistola kalibru 0.9mm minn taħt il-kaxxa u spara ħames tiri mill-qrib fid-direzzjoni ta' Degabriele. Id-demm li ħareġ mill-feriti tar għal fuq il-flokk ta' Spagnol. Huwa mifhum li l-qattiel ħarab minn fuq il-post b'vann, fejn kellu kompliċi jistennih. Minn hemm huma saqu lejn il-Ħamrun għal Triq Dun Frans Camilleri fejn niżlu f 'garaxx li jinsab taħt il-livell tat-triq u abbandunaw il-vann hemmhekk, iżda qabel telqu huma taw in-nar lill-vann liema vann kien irrapportat misruq fid-9 ta' Jannar 2013 mill- Imsida. Darren Degabriele – 1 ta' Ġunju 2014 Każ ieħor li għall-investigaturi huwa wieħed diffiċli biex isolvu huwa dak li fih safa vittma Darren Degabriele ta' 35 sena minn Ħal Għaxaq, li kien sid ir-ristorant 'Gente di Mare' f 'Marsaxlokk, li nqatel nhar il- Ħadd, 1 ta' Ġunju 2014 b'bomba taħt il-karozza tiegħu. Hu miet ħamest ijiem wara fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei. Kien ftit qabel l-4.00pm meta Degabriele kien qed isuq Mitsubishi Pajero u miegħu kellu s-sieħba tiegħu, Stephanie Tonna ta' 28 sena minn Birkirkara. Kif kienu fi Triq iż-Żejtun, fid-direzzjoni ta' Marsaxlokk, seħħet splużjoni. Mal-isplużjoni l-Pajero ħa n-nar b'konsegwenza li karozza oħra, Renault Megane misjuqa minn raġel ta' 32 sena mill- John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Pulizija jiġbor żarbuna ta' Yosef Grech Ix-xena tad-delitt fejn inqatel Raymond Caruana L-aħħar mis-sensiela 'Omiċidji Mhux Solvuti' Il-Pulizija tinvestiga 54 każ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015