Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 05 ta' April 2015 | illum 9 Kalkara li kien qed isuq wara Degabriele, ipprova jevita l-Pajero imma minħabba li skiddja kawża tal-fjuwil li ħareġ mill-Pajero, r-Renault ħabtet ma' arblu tad-dawl. Fl-istess ħin kienet involuta wkoll karozza oħra. L-isplużjoni kkawżat ħsarat estensivi fil-Pajero tant li biċċiet tal-pjanċi taru għal diversi metri. Huwa mifhum li l-bomba tpoġġiet mal-qiegħ tal-vettura taħt is-seat tas-sewwieq. Kollox kien jindika li l-kontenitur li fih tpoġġa l-materjal splussiv kien hemm ukoll biċċiet tal-ħadid biex mal-isplużjoni ssir ħsara kbira fejn jolqtu. Mhux magħruf jekk Degabriele spiċċax barra mill- karozza kawża tal-isplużjoni jew jekk inħariġx minn persuni oħrajn. Huwa sofra minn ħruq estensiv fejn rapporti kienu jgħidu li sofra aktar minn 80% ma' ġismu kollu. B'xorti tajba Tonna, li hi infermiera, ħelsitha ħafif u b'kuraġġ kbir kienet hi li tat l-ewwel għajnuna medika lis-sieħeb tagħha sakemm fuq il-post waslet ambulanza b'tim mediku. L-ewwel ma waslet biex ikunu kkontrollati n-nirien kien trukk tat-tifi tan-nar tal- Korporazzjoni Enemalta li hija stazzjonata fil-power station ta' Delimara u ftit tal-ħin wara waslu diversi inġenji mid- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li flimkien ikkontrollaw in-nirien. Degabriele u Tonna ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn ir-raġel ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt. Raġel ieħor, li għandu 39 sena minn Ħal Għargħur ukoll kien jinħtieġ il-kura medika minħabba ġrieħi li sofra mill- isplużjoni tal-bomba. Membri mill-EOD tal-Forzi Armati elevaw kull traċċa li setgħu isibu biex ikunu analiżati mill-espert tal-Qorti, il-Brigadier Jeffrey Curmi, biex ikun stabbilit x'tip ta' bomba kienet u kif splodiet. Anke b'konnessjoni ma' dan il- qtil il-Pulizija kienu interrogaw numru ta' persuni, fosthom anke qraba tal-istess vittma. Jonathan Pace "tat-Tyson Butcher" – 21 ta' Awwissu 2014 L-omiċidju ta' Jonathan Pace ta' 31 sena li kien joqgħod il- Fgura, seħħ nhar il-Ħamis, 21 ta' Awwissu 2014. Kien għall-ħabta tad-9.20pm meta Pace ħareġ fil-gallarija x'aktarx biex jiffriska xi ftit minħabba s-sħana li kienet qed tagħmel. Kif kien fil-gallarija tar-residenza tiegħu fi Triq Mahatma Ghandi fil-Fgura, waqfet vettura SUV quddiem ir-residenza tiegħu u mill-istess vettura kienu sparati bejn 15 u 20 tir b'assault rifle. Pace ntlaqat f 'sidru, riġlejh u partijiet oħra ta' ġismu. Huwa ddaħħal l-Isptar Mater Dei f 'qagħda kritika tant li miet ftit tal-ħin wara kawża tal-ġrieħi gravi li sofra. L-Erbgħa, 27 ta' Awwissu, sitt ijiem wara, il-Pulizija kienu sabu l-vettura li ntużat f 'dan l-omiċidju maħruqa qrib ġnien f 'Bormla. L-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat eżaminaw bir-reqqa dak li kien fadal mill-SUV. L-investigaturi ma kinux eskludew li din il-vettura kienet l-istess waħda li ntużat fil-qtil fl-omiċidju ta' Ġużeppi Galea "l-Ġilda" fl-4 ta' Frar tal-istess sena. Għalkemm din il-vettura kienet irrapportata misruqa minn sidha, il-Pulizija qatt ma rawha fit-triq. Fil-fatt jidher li l-kriminali għamlu użu minnha darbtejn biss, biex wettqu dawn iż-żewġ omiċidji u bejn l-4 ta' Frar, meta nqatel Galea, u l-21 ta' Awwissu meta nqatel Pace, din tħalliet moħbija f 'xi garaxx imwarrab. Silvana Muscat – 11 ta' Marzu 2015 Għalkemm il-Pulizija huma konvinti li solvew l-omiċidju ta' Silvana Muscat ta' 36 sena minn San Pawl il-Baħar li nqatlet nhar l-Erbgħa, 11 ta' Marzu 2015, xorta m'għandhomx f 'idejhom lis-suspettat li dakinhar stess tal-qtil ħarab minn Malta. Muscat inqatlet b'diversi daqqiet ta' sikkina bil-Pulizija ħarġu talba għall-arrest internazzjonali għal Nour Eddine Ibrahim Hamid ta' 34 sena ta' nazzjonalità Libjana. Dan kien l-ewwel qtil għal din is-sena li seħħ tard l-Erbgħa filgħaxija u jidher li Hamid baqa' sejjer dritt l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'karozza BMW u ħarab lejn l-Italja. Il-BMW nstabet kmieni l-għada waranofsinhar fil-parkeġġ tal-ajruport u ġiet elevata mill-Pulizija. Minn Malta Hamid mar l-Italja, imma ma baqax hemm fit-tul tant li sar magħruf li dan telaq minn hemm u mar il-Marokk. Il-katavru ta' Muscat instab f 'għadira demm fuq is-sodda fl-appartament tal-familja li jinsab fl-ewwel sular f 'St Peter's Court fi Triq l-Isponoż. Kienet qariba tagħha li marret tfittixha meta Muscat ma marritx għax- xogħol u lanqas irrispondiet it-telefonati. Il-Pulizija sabu l-arma tad-delitt, sikkina, fil-parti tal-komun tal-blokk tal- appartamenti ħdejn il-bieb tal-bejt. Sylvana Muscat kienet marret toqgħod f 'dan l-appartament wara li xi ġimgħat qabel, Hamid kien tressaq il-Qorti fuq vjolenza domestika u theddid fejn l-istess Muscat kienet talbet il-protezzjoni tal-Qorti. Raymond Caruana – 21 ta' Marzu 2015 L-aħħar omiċidju, li s'issa wkoll għadu mhux solvut, huwa dak ta' Raymond Caruana ta' 53 sena minn Ħaż-Żebbuġ li seħħ is-Sibt, 21 ta' Marzu 2015. Il-qtil ta' Caruana qed jitniżżel fil-lista ta' qtil professjonali simili bħal dawk li semmejna qabel - li kien ippjanat u li fih kien intużat arma assault rifle. Kien ftit wara d-9.30pm, il-Pulizija kienu informati li kienet seħħet sparatura fi Triq il-Buskett fl-inħawi ta' San Blas bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ bil-vittma jkun Raymond Caruana li kien involut fl-allegat tixħim tal-Imħallef Ray Pace sentejn qabel. Il-qattiel kien diġà studja sew kemm il-post kif ukoll il-passi ta' Caruana. Dan stenna fi trejqa wara ħaxix għoli faċċata tad-daħla tar-razzett fejn kien Caruana flimkien ma' mara li fil-ħin tal-isparatura x'aktarx li kienet ġewwa u li kienet hi li ċemplet lill-Pulizija. Kif Caruana kien ħiereġ bil-Jeep tiegħu, il-qattiel ħareġ minn fejn kien moħbi u spara aktar minn 40 tiri wara xulxin. Minkejja li kien ferut gravi, Caruana rrnexxielu joħroġ mill-vettura, imma kif għamel ftit passi, waqa' u miet. Caruana ntlaqat minn sitt tiri. Minkejja li hemm installati kameras tas-sigurtà, il-qattiel kien konxju tagħhom tant li ma nqabad mill-ebda waħda minnhom. L-għada l-Pulizija sabu karozza Opel maħruqa qrib il-Kappella ta' Santa Maria fl-inħawi f 'Tal-Virtù fir-Rabat. Fil-karozza l-Pulizija sabu arma tat-tip Kalashnikov, liema arma permezz tagħha jistgħu jiġu sparati sa 70 tir wara xulxin ta' kalibru 7.62mm. Mhux eskluż li l-istess arma jew waħda simili ntużat fil-qtil ta' Ġużeppi Cutajar "il-Lion" fil-Mosta, f 'dak ta' Ġużeppi Galea "il-Ġilda" fil-Marsa u dak ta' Jonathan Pace 'tat-Tyson Butcher". Bħalma għamilna ma' kull storja ta' omiċidji mhux solvuti, qed nap- pellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dawn il-qtil biex jgħaddi kull infor- mazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell Ritratti: Ray Attard Uffiċċjal tax-Xena tar-Reat jeżamina l-gallarija fejn kien Jonathan Pace meta nqatel Il-katavru ta' Silvana Muscat qed jiddaħħal fil-hearse tal-Pulizija każ mill-1972 sa Marzu 2015

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015