Illum previous editions

illum 5 april 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/490759

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

10 illum | Il-Ħadd 05 ta' April 2015 L-Għid madwar id-dinja . . . Minn tfigħ ta' qsari CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt LGĦID, kelma mill- Għarbi 'Eid'- kelma li bl-Għarbi tfisser ċelebrazzjoni, u għalina l-Maltin tfisser figolli, bajd taċ-ċikkulata, ħaruf, u kull tip ta' ikel ieħor biex ipatti għall-40 jum ta' sagrifiċċju li (suppost) ġew qablu. Fid-dinja Kattolika, din il-festa tfisser il-qawmien mill-mewt ta' Ġesù Kristu, li skont it-Testment il-Ġdid seħħ tliet ijiem wara li ġie msallab mir-Rumani, c. 30 AD. L-Ewwel Kunsill ta' Nicaea – kunsill magħmul minn isqfijiet Kristjani fis-sena 325 AD, l-ewwel forma ta' kunsill ekunemiku ried, fost l-oħrajn, jistabbilixxi data uniformi għal meta jiġi ċċelebrat l-Għid. B'hekk kien ħareġ żewġ regoli: li d-data tal-Għid ma tibqax tiddependi mill-Kalendarju Lhudi, u li l-Għid jiġi ċċelebrat fl-istess data madwar id-dinja kollha. Ir- riżultat ta' dan narawh illum il-ġurnata, hekk kif għall- ħabta ta' Frar tibda' tinbet il-mistoqsija fuq fomm kulħadd 'meta ġej l-Għid din is-sena ?' li għaliha dejjem iwieġeb dak li l-popolin jaraw bħala għaref, u jgħid li din is-sena 'ġej kmieni' jew inkella 'ġej tard.' (Forsi llum il-ġurnata jkun fittex fuq l-internet ukoll.) Allura min jiddeċiedi meta ġej l-Għid ? U kif ? Skont il-Bibbja, il-mewt u l-qawmien mill-mewt ta' Ġesù seħħet fi żmien l-Ikla Lhudija, li tiġi kienet tiġi ċċelebrata nhar l-ewwel qamar kwinta wara l-vernal equinox - kelma kkumplikata li għal meta il- lejl u n-nhar ikunu tal-istess tul – jum li jaħbat bejn l-20 u t-22 ta' Marzu – għalkemm id-data uffiċjali għaliha hija tal-21 ta' Marzu. B'hekk l-Għid sar jiġi ċċelebrat nhar l-ewwel Ħadd wara dan l-avveniment. Iżda minkejja kollox, l-Għid xorta ma jiġix iċċelebrat fl-istess data madwar id-dinja. Dan għaliex il-Kristjaneżmu tal-Punent u l-Kristjaneżmu tal-Lvant għandhom dati differenti għall-Għid. Ir-raġuni bażika għaliex l-Għid jiġi ċċelebrat f 'dati differenti hija li l-Kristjaneżmu tal-Punent, jiġifieri l-Knisja Kattolika u Protestanta juża l-Kalendarju Gregorjan – kalendarju maħluq mill-Papa Gregorju, minflok ma juża dak aktar antik – il-Kalendarju Ġiljan – li l-ewwel li ntuża kien mill-Imperatur Ruman Ġiljan. Minkejja xi sforzi li saru sabiex iż-żewġ dati jsiru waħda uniformi – jidher li s'issa dan mhux ħa jsir. Irrelevanti minn liema data hu ċċelebrat, l-Għid iġib miegħu tradizzjonijiet tal-ikel u le madwar id-dinja kollha, anke fost dawk mhux Kristjani – donnu kulħadd isibha bi tqila jiċaħħad minn xi biċċa ċikkulata. It-tip ta' ċelebrazzjonijiet ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor, minn reliġjon għall-oħra. Tradizzjoni mferrxa ma' bosta pajjiżi hija dik li nhar ta' Sibt il-Għid il-familja tinġabar tiddekora l-bajd tal-Għid, li imbagħad jinħbew mad-dar kollha biex it-tfal jqattgħu il-Ħadd filgħodu jduru u jfittxuhom. Ħafna mill-familji madwar id-dinja josservaw ukoll l-aspett reliġjuż tal-Għid billi jmorru l-quddiesa tal-Ħadd imbagħad jipparteċipaw f 'xi festini waranofsinhar. Iżda ma jonqosx ukoll tradizzjonijiet assoċjati ma' pajjiżi partikolari. Fil-Bermuda, t-tradizzjoni marbuta mal-Għid hija li tittajjar tajra nhar il- Ġimgħa l-Kbira. Jingħad li din bdiet meta għalliem ipprova jfiehem lit-tfal kif sar it-tlugħ fis-sema ta' Ġesù Kristu. It-tajr tradizzjonali magħmul mill-karti tat-tajr ikkulurit, injam, metall, ħbula u biċċiet twal ta' drapp. Fin-Norveġja imbagħad għandhom tradizzjoni hekk imsejħa Paaskekrim – jiġifieri 'Reati tal-Għid'. Din it-tradizzjoni m'għandha xejn x'taqsam ma' xi qtil fuq xi bajda tal-Għid, imma tikkonsisti mill-użanza li bosta jaqraw kotba ta' misteru, jew inkella jaraw xi programm televiżiv tad-detectives. Mhux ċar kif bdiet eżattament din it-tradizzjoni, imma bosta Il-Papa Franġisku waqt il-benedizzjoni tal-Urbi et Orbi F'Korfù jitfgħu l-qsari għal isfel Fi Franza jsajru l-frejjeġ fil-pjazez

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 5 april 2015