Illum previous editions

ILLUM 19 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 I ssa kulħadd jibda jagħmel l- interpretazzjonijiet tiegħu. Qiegħed ngħid li għar-riżultati elettorali tal-kunsilli lokali. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jgħid li naqqas id-distakk tal-voti u il-Partit Laburista qiegħed jsostni li għandu 54% tal-voti u għalhekk żamm il-vantaġġ ta' voti li kiseb fl-aħħar elezzjoni. It-tnejn għandhom raġun. Biss l-iżball li qiegħed jagħmel il-PN hu li l-paragun qiegħed jagħmlu mar- riżultati tal-kunsilli lokali tal-2012, għalkemm anke l-interpretazzjoni li qed tingħata għandha n-nuqqasijiet tagħha. Il-paragun irid isir mal-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u dawk tal-Parlament Ewropew tal-2014. Minn dakinhar ma inbidel xejn. Iżda dan il-paragun ma jistax jagħmlu għaliex inkella ma jkunx jista' jiġġustifika għalfejn għandu jibqa' fejn man-nies tiegħu stess. Iżda kien hemm żewġ ċirkostanzi innovattivi ħafna. Sa minn meta kellna l-introduzzjoni tal-Kunsilli Lokali, ma kienx hemm elezzjoni waħda li ma rebaħiex il-Partit Laburista. Sa ftit ilu it-teorija kienet li ma setax jiġri mod ieħor għaliex normalment dawn l-elezzjonijiet dejjem jintrebħu minn min huwa fl-oppożizzjoni. Illum il-Partit Laburista ma għadux fl- Oppożizzjoni u kompla jirbaħ dawn l-elezzjonijiet. Biex jiġi newtralizzat dan il-fatt, l-mexxejja tal- Partit Nazzjonalista ħarġu bl-argument li kien kien anticipabbli li kien ser jirbaħ dawn l-elezzjonijiet il-Partit Laburista. Dan ingħad kontra kull teorija li suppost dawn l-elezzjonijiet jintrebħu minn min ikun fl-oppożizzjoni. Iżda fir-realtà dawn l-elezzjonijiet intrebħu mill-Partit Laburista anke f 'postijiet fejn is-soltu dejjem ikun maġġoranza Nazzjonalista. L-aktar li spikkaw il-Furjana, fejn issa hemm Sindku Laburista u dak tal-Munxar f 'Għawdex, fejn illum ukoll hemm Sindku Laburista. Minn barra dan in-Nadur, fejn hemm id-dinastija tal-familja Said, intrebaħ mill-PN bi sbrixx. Ma nafx għaliex bdew jgħidu hekk - meta kont fis- sala tal-għadd tal-voti kien hemm fil-kwartieri tal-PN min beda jgħid li Chris Said ser ikollu għalfejn iwieġeb għal katakliżma elettorali f 'Għawdex. Għawdex jidher li rega' sar fortizza Laburista daqs kull distrett ieħor fin-naħa t'isfel ta' Malta. Qiegħed ngħid reġa' sar, għaliex kien hemm żmien meta Għawdex kien Laburista. Kienet il-ġlieda politiko- reliġjuża li begħdet lil din il-gżira mill-Partit Laburista. L-effett tal-kaċċa fir-rebbiegħa setgħet kellha influwenza iżda l-Partit Labutista ilu jzid fil-voti Għawdex għal dawn l-aħħar tmien snin, igifieri qabel ma kien xi ħadd ħolom bir-referendum dwar il-kacca. Minn dan ir-riżultat joħroġ ċar li ċ-ċaqlieq elettorali ma għadux daqshekk prevedibbli daqs kemm kien qabel. Fost il-fattur ewlieni hemm dak li jiena nsejjaħ l-elettorat non-sedentarju. Għandna parti kbira tal-elettorat li m'għadux bħal dari li tibqa' f 'raħal jew f 'post wieħed għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Għalhekk f 'ċertu irħula riżultat elettorali m'għadux daqshekk prevedibbli. Għal dan iċ-ċaqlieq qegħdin ukoll jikkontirbwixxu irħula u ibliet li qegħdin jixjieħu. Jiġuni f 'moħħi b'mod partikulari ibliet bħal Ħamrun, il-Furjana u l-Birgu. Ħafna drabi jkunu irħula arterjali. Fl-elezzjonijiet tal-2012 il-Ħamrun naqaslu Kunsillier għaliex il- popolazzjoni naqset, b'ħafna miż-żgħazagħ ifittxu li joħorġu minn din il-belt ifitxxu banda oħra aktar kalma u anqas kontaminata mit-traffiku. Jekk tmur il-Ħamrun u l-Furjana ssib ammont kbir ta' djar bit-tabella "Għal bejgħ". Djar li llum lanqas huma aktar attraenti għall-koppji żgħażagħ li ser jiżżewġu. Id-degradazzjoni urbana qed tkun waħda mill-kawżi taċ- ċaqlieq demografiku li fl-aħħar mill-aħħar anke jirrefletti fir- riżlutati elettorali. Fl-aħħar nett f 'dawn ir- riżultati n-nies anke jibagħtu messaġġ politiku lill-Partit Laburista l-irħula u ibliet fin-naha t'isfel ta' Malta. Għall-ewwel darba qegħdin jgħidu lill-Partit Laburista bl-aktar mod ċar, li forsi rridu nisimgħuhom aktar. Il- mexxejja Nazzjonalisti qegħdin jaħsbu li dawk tant ħallew fil- bżonn meta kienu fil-Gvern, b'xi mod ġejjin magħhom. Qegħdin jaħsbu li għamlu dak li qgħedin isejħu "in roads" elettorali. Huwa fatt, li lil dawk li qegħdin in-naħa t'isfel, fejn l-aktar li dehret kien fil- ħames distrett, irridu aktar nisimgħuhom. Hemm fejn min lanqas għandu ministru u hemm minn forsi jistenna li d-deputati tiegħu ikunu aktar aċċessibbli. Huma x'inhuma l-ilmenti ta' min għazel li għandu jivvota b'saqajh fost oħrajn, jew anke jinvalida l-vot tiegħu, irridu dejjem nisimgħuhom. L-elezzjonijiet ma jiġux biss biex xi ġadd jirbaġ jew jitlef, iżda anke biex nifhmu x'qed jistennew in- nies mingħandna bil-mod kif jivvotaw. Kollox ma' kollox dawn l-elezzjonijiet jikkonfermaw li fuq livell nazzjonali l-Partit Laburista fil-Gvern miexi fid-direzzjoni t-tajba. Simon Busuttil qiegħed jifraħ għaliex dawn l-elezzjonijiet tawh xi ftit tal-ossiġenu politiku fil-partit tiegħu. Aħna nifirħu miegħu u nawguralu li jibqa' hemm l-aktar għal ġid tal-pajjiż. Min ikun ilu ma jduq il-hobz, jifraħ bir-riħa tiegħu. Bir-riħa tal-ħobż TONI ABELA Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt L-anzjan persuna mhux numru Sur Editur, Ladarba l-finanzi tal-pajjiż jippermettu, naraha ħaġa sew li jibdew jinfetħu djar żgħar għall-anzjani bħal dik inawgurata riċentement fir-Rabat, Għawdex flok blokki kbar impersonali bħalma hemm fir-Residenza San Vinċenz, Ħal Luqa. B'dan il-mod, l-anzjan jiġi stmat iżjed bħala individwu u mhux bħala numru. F'postijiet kbar bħal San Vinċenz u anke f 'xi djar tal-anzjani, ġieli tiltaqa' ma' każijiet fejn ir-residenti ġew misruqa minn xi ħjata deheb li jkollhom jew xi radju żgġir, mobile, eċċ. Iżda ġieli jiġu wkoll misruqa mid-dinjità tagħhom, bħal meta per eżempju l-ħwejjeġ tagħhom wara li jinħaslulhom mill- organizzazzjoni, ma jiġux rritornati lilhom iżda jmorru għand ħaddieħor għax ma nżammux separati! Iżda l-anzjani f 'San Vinċenz, u mhux hemm biss, jonqsulhom mhux il- ħwejjeġ u xi ħaġa prezzjuża, talli anke l-kura pastorali. Tgħid barra li ninpurtaw saċerdoti mill-Afrika, l-Asja u l-Amerika t'Isfel biex inlaħħqu ma' xi skeda ta' quddies f 'xi parroċċi, maż-żgħażagħ/studenti f 'xi skejjel eċċ, ma nsibux xi nofs tużżana isqfijiet irtirati Ewropej li nġibhom biex jinvistaw lil dawk l-anzjani li ma jqajmuhomx mis-sodda? Dejjem Tiegħek, J. Bonett Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 April 2015