Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/497866
8 illum | Il-Ħadd 19 ta' April 2015 KULL ma jmur il-Mużew tal-Pulizija qed ikompli jikber fil-popolarità tiegħu. Minn studenti, għal turisti, għal għaqdiet minn diversi bliet u rħula jżuru dan il-mużew kull sena. Fost aktar minn 2,000 biċċa li hemm f 'dan il-mużew, wieħed isib minn armi sal- Kallotta tal-Papa San Ġwanni Pawlu II. Il-Mużew tal-Pulizija nfetaħ uffiċjalment fil-11 ta' Lulju 1994 fl-okkażjoni tal-180 anniversarju tal-Korp tal- Pulizija u jinsab fid-daħla tal- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana. Bħalissa hemm tliet membri tal-Korp li huma responsabbli mill-mużew, is- Surġent Maġġur Joseph Borg, WPC Leighann Gatt u RPC Joseph Navarro u qabel kien hemm ukoll WPS Marlene Falzon. Waqt żjara li kont għamilt f 'dan il-mużew kelli x-xorti li niġi mdawwar mit-tliet membri tal-Korp. SM Borg spjegali li s'issa fil-mużew hemm aktar minn 2,000 oġġett esibit li jvarjaw minn medalji, armi li kienu jintużaw mill-Pulizija, uniformijiet tul iż-żminijiet u oġġetti minn kull taqsima li hemm fil-Korp tal-Pulizija. Iżda minkejja li hemm ħafna x'tara, l-aktar parti li jfittxu dawk li jżuru dan il-mużew hija l-parti tal-kriminalità. L-oġġetti li hemm esibiti jibdew mill-era Vittorjana sal- preżent li jinkludi uniformijiet tal-Pulizija matul dawn l-aħħar 200 sena. Borg qal li dan il-mużew għandu żewġ taqsimiet li huma fi swali separati. L-ewwel taqsima hija tal-istorja amministrattiva tal-Korp u l-parti l-oħra dik ta' xi wħud mill-każijiet kriminali. Fl-ewwel parti, wieħed jara diversi affarijiet u attrezzamenti bħalma huma uniformijiet, armi emblemiċi, medalji, dekorazzjonijiet, armi tan- nar u diversi affarijiet oħra fosthom għodod u mezzi tat- trasport li kienu neċessarji u li ntużaw fi żminijiet differenti biex il-Pulizija dejjem qdew dmirijiethom bl-aħjar mod possibli. Fid-daħla tal-mużew l-ewwel ma ssib hemm il-Proklama ta' Sir Thomas Maitland. Meta Malta saret kolonja tal-Gran Brittanja u l-Irlanda bit-trattat ta' Pariġi, Sir Maitland inħatar Gvernatur u Kmandant tal-Gżejjer Maltin fit-23 ta' Lulju 1813. Mal-ħatra tiegħu, Maitland nieda riformi kbar u impenjattivi, fejn fost dawn kien hemm dik li tirrigwardja ż-żamma tal-liġi u l-ordni. Bil- Proklamazzjoni XXII tal-1 ta' Lulju 1814, Maitland ordna li l-poter, li sa dak iż-żmien kien qed jiġi eżerċitat mill- amministrazzjoni tal-Pulizija tal-Gżejjer Maltin, wara it-12 ta' Lulju 1814, jiġi amministrat mill-awtoritajiet taħt proċeduri stabbiliti. Il-Pulizija ta' Malta ġiet maqsuma f 'żewg dipartimenti distinti - dik li hi l-Pulizija Eżekkutiva u dik li hi l-Pulizija Ġudizzjarja. L-Ispettur Ġenerali tal- Pulizija (l-ekwivalenti tal- Kummissarju tal-Pulizija tal-lum il-ġurnata) kellu jkun hu li jmexxi l-Pulizija Eżekuttiva. Il-Maġistrati ta' Malta u l-Maġistrati tal-Pulizija għal Għawdex kellhom ikunu huma li jmexxu l-Pulizija ġudizzjarja. Mit-12 ta' Lulju 1814 'il quddiem, il-ġestjoni kollha kif ukoll il-kontroll tal-Pulizija Eżekuttiva kellha tiġi ssorveljata immedjatament mill-Ispettur Ġenerali tal- Pulizija, fejn dan kien jirċievi ordnijiet mill-Gvernatur. Wara li fl-1921 Malta ngħatat gvern responsabbli mill-Gran Brittanja, id-dipartiment tal-pulizija waqa' taħt ir- responsabilità tal-gvern lokali. L-ewwel ministru maħtur, li kien responsabbli għall- Ġustizzja u l-Pulizja, kien Alfredo Caruana Gatto. Il- Korp tal-Pulizija ta' Malta huwa wieħed mill-eqdem Korpijiet tal-Pulizija fl-Ewropa tant li fl-2014 iċċelebra l-200 anniversarju. Din il-proklama tinsab fejn wieħed jista' jaraha faċilment u hija waħda mill-aktar esebiti importanti - kemm għall- istorja tal-Korp tal-Pulizija kif ukoll għall-pajjiż. SM Borg qal li hija ħasra li kien hemm każi fejn issib min jagħmel il-ħsara. Mistoqsi x'tip ta' ħsarat isibu, Borg qal li jkun hemm min anke jqaċċat buttuni ta' uniformi biex joħodha bħala tifkira. "Min-naħa l-oħra hemm min ta l-kontribut tiegħu għal dan il-mużew b'donazzjonijiet ta' diversi oġġetti. Il-Mużew tal-Pulizija ngħata medalji li ġeneralment jiġu mingħand il-qraba ta' dawk li jkunu rċevejhom, kif ukoll oġġetti oħrajn", qal SM Borg. Esebit ieħor li huwa għal qalb il-Korp hija l-Kallotta, jew aħjar il-kappa li uża l-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni meta għamel żjara f 'Malta bejn il-25 u s-27 ta' Mejju 1990. Magħha hemm ukoll il-bandiera li ntużat mal-karozza tal-Papa magħrufa bħala l-Popemobile, kif ukoll ittra ta' ringrazzjament li l-Papa nnifsu, illum iddikjarat qaddis, bagħat lill-Kummissarju tal- Pulizija bħala ringrazzjament tas-servizz li l-membri tal-Korp taw waqt dik iż-żjara. Is-Surġent Marlene Falzon, li bdiet tieħu ħsieb il-mużew mill-2007, qalet li għalkemm kważi kuljum ikollhom xi viżitaturi, l-aktar perjodu li jmorru nies huwa fi żmien il-Ġimgħa l-Kbira meta dawk li jmorru jaraw il-Mejda tal-Appostli u l-wirja Sagra fis- Sala Vilhena fid-Depot stess, jgħaddu jaraw ukoll il-mużew. "L-aktar favorit huwa l-parti tal-kriminalità. Ikollna kju sal- bieb tal-mużew. Peress li din il-parti għandha wkoll gallarija, ma nkunux nistgħu ndaħħlu ħafna nies f 'daqqa minħabba s-sigurtà", qalet is-Surġent Falzon. Esebiti ta' delitti Esebiti ta' qtil li seħħew matul is-snin, jinsabu esebiti f 'din il-parti tal-mużew. Il-Pulizija għażlu diversi każi fosthom dak taċ-ċkejken Twanny Aquilina ta' tmien snin li nqatel minn ommu Ġiġa Camilleri u s-sieħeb tagħha Leli Camilleri f 'Awwissu 1960. Filwaqt li Leli kien intbagħat 20 sena ħabs, Ġiġa kienet ikkundanata għall- mewt, iżda wara li appellat is-sentenza l-kundanna għall- mewt tneħħiet u għaxar snin wara ħarġet mill-ħabs. Hemm ukoll il-każ ta' Alfred Calleja li nqatel fl-20 ta' Diċembru 1982 minn martu Żarena u s-sieħeb tagħha Baskal Debono. Il-katavru ta' Calleja kien instab nofsu maħruq qrib il-Kappella ta' San Pawl tal-Qlejgħa fil-Mosta. Huma nstabu ħatja u ntbagħtu 17-il sena ħabs kull wieħed. Id-delitt ta' Manwel Micallef Dan id-delitt imur lura għat-30 ta' Mejju 1986, meta fl-inħawi tat-Torri tal-Għallies kien instab skeletru ta' bniedem midfun taħt aktar minn metru terrapien qalb xi siġar. Minn investigazzjonijiet li għamlet il- Pulizija sar magħruf li l-fdalijiet tal-katavru kienu ta' ċertu Manwel Micallef, ġuvni ta' 25 sena minn Birkirkara. Intqal Mill-Qorti Mixli bi sperġur u in- fluwenza fix-xhieda ILQORTI ilbieraħ ordnat lill-Pulizija tressaq lil Vince Farrugia, eks Kap tal- GRTU u tixliħ bi sperġur u ta' li pprova jinfluwenza lix-xhieda fi proċeduri kontra l-iżviluppatur Sandro Chetcuti. F'seduta li nżammet il-ġimgħa waranofsinhar, il-maġistrat Aaron Bugeja, wara li laqa' t-talba ta' Chetcuti u ddeċieda illi kien hemm provi biżżejjed sabiex il-pulizija jmexxu kontra Farrugia fuq akkużi ta' sperġur u infuwenzar ta' xhieda. Żied, però, li l-akkuża ta' ffalsifikar tal-provi ma ġiex ippruvat sal-grad rikjest mil-liġi. Fir-rikors tiegħu, Chetcuti kien talab lil Qorti sabiex tordna li l-Pulizija tressaq lil Farrugia l-Qorti fuq sperġur u fuq influwenza tax-xhieda. Fis-seduta tal- Ġimgħa, il-qorti qalet illi kienet konvinta illi, mhux talli influwenza x-xhiedha Farrugia iżda kien wkoll ta stampa mgħawġa tal-fatti bil-għan li l-inċident jidher iktar gravi milli kien. VOTANT li jgħix barra minn Malta xehed li l-eks Kummissarju Elettorali tal- Partit Laburista kien avżah biex ma jiżvela lil ħadd illi d-dokument tal-vot tiegħu għall-elezzjoni ġenerali tal-2013 kienet ingħatat lil ħaddiehor. Benedict Grech, li jgħix l-Iżvizzera xehed li kien irċieva telefonata mingħand Joseph Falzon jumejn qabel l-elezzjoni, fejn talbu jiltaqa' miegħu l-Gżira. Meta mar hemm, huwa allega li Falzon raddlu d-dokument tal-vot tiegħu. Il-maġistrat spjega lil Grech li bid-dikjarazzjoni tiegħu kien qiegħed jiftaħ l-bieb anke għal proċeduri kontrieh. Iżda Grech qal lil-maġistrat "jiena ġejt hawn u ħlift li ngħid il-verità kollha u hekk beħsiebni nagħmel. Jekk imbagħad tintuża kontrija, tkun intużat." Grech imbagħad irrakkonta kif, meta mar jiġbor il-vot tiegħu mill-għassa, ġie avżat illi d-dokument kien diġà nġabar, u nnota li l-firma ta' min ġabarha ma' kinitx tiegħu. Ftit wara, kompla jgħid Grech, kien irċieva telefonata mingħand Falzon, fejn talbu jiltaqa' miegħu viċin l-Orfew tal-Gżira sabiex jiġbor il-vot. Qal Ii Falzon ma tahx spjega ċara ta' kif il-vot spiċċa għandu, u għalhekk avżah li kien ser jagħmel ilment uffiċjali fuq dan. Kien appuntu f 'dan il-mument, żied ix-xhud, illi Falzon avżah li "kien ikun aħjar għalik jekk iżżommha kwieta din." MATTHEW AGIUS magius@mediatoday.com.mt John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Il-Mużew tal-Korp tal-Pulizija Minn armi sal-Kallotta Jingħata dokument tal-vot lil ħaddieħor