Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
€1.00 Nr 445 • 26 ta' April 2015 www.illum.com.mt Is-Serqa tal-Pagi tat-Tarzna fl -1948 NEWSPAPER POST SLIEMA 64, Tower Road. Tel: 2132 3307 VALLETTA 25, Treasury Street. Tel: 2124 7770 www.facebook.com/7camiciemalta Ħlief għal fuq xi programm u waqt xi diskusssjoni dan l-Ariċsoqf sparixxa – Andrew Azzopardi PAĠNA 16 JOHN BUSUT TIL "ILĦIDMA tiegħi bħala uffiċċjal fil- Kumitat Olimpiku Malti - KOM waslet lejn tmiemha." Dan qalu Mark Cutajar f 'kumment esklussiv mal-ILLUM wara li nhar it- Tlieta, jumejn qabel l-elezzjoni għall- eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti, il- mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista ħarġu artiklu dwaru u li skont l-istess artiklu, Cutajar għandu kunflitt ta' interess meta hu qed jokkupa l-kariga ta' Viċi President tal-KOM u fl-istess ħin, skonthom hu wkoll l-aġent kap eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Isport. Mark Cutajar qal li l-isport f 'pajjiżna għaddej minn mument eċitanti u fiż- żmien li ġej, il-Gvern se jimbarka fuq proġetti ambizzjużi u għalhekk jixtieq li jħalli postu għal min għandu aktar ħin x'jagħti. "Dan ovvjament se jsir bil-kalma fiż-żmien li ġej." Mistoqsi dwar l-akkużi mill-midja Nazzjonalista dwar kunflitt ta' interess, Cutajar qal li hu ma jarax li hemm kunflitt, anzi hemm interess komuni. "Jien għext iż-żmien fejn kien hemm inkwiet bejn il-Gvern u l-KOM u dan ma kienx żmien sabiħ għal ħadd. Mhux se nidħol fil-mertu ta' min kellu tort jew minn kellu raġun dak iż-żmien, però żgur li l-aktar li batew dak iż- żmien, kienu l-għaqdiet. Fl- aħħar sentejn ir-relazzjoni bejn il-KOM u l-Gvern tjiebet ħafna u l-aktar li gawdew kienu l-istess għaqdiet. Sar ħafna bdil ta' ideat li kien ta' frott għal kulħadd. Ġie ffirmat ukoll kuntratt ta' erba' snin li bih l-għaqdiet issa jafu li ser jiżdidulhom il-fondi minn tal-inqas b'10% fis-sena." Tkompli fuq paġna 3 Assurdità fl-eżami taċ-ĊES tal-Malti FREDERICK AT TARD STUDENTI li bħalissa qed jagħmlu l-eżamijiet biex jiksbu ċ-ċertifikat tal- edukazzjoni sekondarja fil-Malti, magħruf aħjar bħala O Level qed jispiċċaw jiddieħku bil-livell assurd ta' mistoqsijiet li qed jintalbu jwieġbu fil-parti tal-qari u s-smigħ fl-orali. Ġenituri li tkellmu mal-ILLUM qalu li dawn l-istudenti li għandhom etajiet ta' madwar 15-il sena, qed ikunu ppreżentati b'domandi meqjusa bħala assurdi u li ma jagħmlu l-ebda ġieħ lill-lingwa Maltija. Fost l-eżempji hemm parti fejn l-għalliema qed jaqraw silta fuq il- ħidma ta' Puttinu Cares. Id-domanda segwenti hi jekk is-silta kinitx fuq a. Ċensinu Cares, b. Toninu Cares jew ċ. Puttinu Cares. Silta oħra moqrija mill- għalliema lill-istudenti hija dwar il-Bank tad- Demm. Wara l-qari tas- silta, l-għalliema qed jistaqsu lill-istudenti jekk in-nies imorrux hemm biex jixtru d-demm jew jagħtu d-demm. Eżempju ieħor hu dwar l-Istrina fejn l-għalliema jaqraw silta dwar dan l-avveniment u wara l-istudenti jkunu mitluba jwieġbu min jorganizza l-Istrina. Jekk hux a. Il- Malta Community Fund, b. Il-Malta Community Chest Fund jew ċ. Il-Malta Fund. Mitluba jikummentaw dwar dan l-eżami, gradwati fil-lingwa Maltija qalu lill- ILLUM li huma jħossuhom offiżi li studenti qed ikunu sottoposti għal dawn it- tip ta' domandi. Saħqu li għalkemm ir-rata ta' studenti li jgħaddu mill- eżamijiet tal-Malti qed tkun waħda baxxa, dan m'għandux iwassal biex il-livell tal-eżamijiet jaqa fil-livell ta' redikolaġni. Cutajar jiżvela li se jitlaq wara kritika fuq kunflitt ta' interess John Pisani jagħti ħarsa lejn waħda mill-akbar serqiet f 'Malta li minkejja li għaddew 67 sena baqgħet famuża għax ha kienu nsterqu l-pagi tal- ħaddiema kollha. "Li kellna sindku Indipendenti kienet tiddistingwina minn kulħadd. Ma ħadtiex bi kbira iżda dispjaċut għax Floriana hi s-sieħba ta' ħajti." Weġġgħani ħafna l-fatt li l-Partit Laburista ħadem bl-għajta biex jeqirdu lill- familja Said min-Nadur iżda n-nies għarfet tagħżel – Edward Said Ara Paġni 14-15 Ara Paġni 12-13 Intervista ma' Nigel Holland Tlett aħwa Sindki tan-Nadur Ara Paġni 8-9