Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
12 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 ILFAMILJA Said min- Nadur ipproduċiet għal- lokal 3 sindki, tliet aħwa, Chris - illum segretarju Ġenerali tal-PN, Charles, u issa l-iżgħar fost is- subien, Edward li hu l-11-il wild minn tlettax-il aħwa fil-familja Said. "Jien għaqqadtu t-team tal- futbol" qalli Edward malli ltqajna għall-intervista. Edward li għad għandu 27 sena hu forsi l-aktar membru tal-familja Said b'livell għoli ta' skola fost ħutu kollha. Għandu B.Com 1st class mill-Università ta' Malta, Masters b'distinction fil-finanzi mill-Università ta' Londra, għandu PGC fl-edukazzjoni vokazzjonali fejn għamel 3 snin jgħallem l-MCAST u fil-preżent jaħdem bħala analista fl- MFSA. Edward kien akkumpanjat mit-tfajla, Claire Azzopardi ta' 26 sena mir-Rabat li kumbinazzjoni hi n-neputija tal-membru Parlamentari Nazzjonalista Frederick Azzopardi. Iltaqgħu fl- aħħar mass meeting tal-PN f 'Għawdex u r-relazzjoni ta' bejniethom bdiet eżatt kif tela' l-Partit Laburista fil- gvern. Edward għandu rekord fost ħutu u anke f 'Għawdex bħala l-kandidat li ħareġ għall-ewwel darba u ġab l-akbar ammont ta' voti, fejn ġab 675 vot u sar sindku mill-ewwel. Ħuh Charles kien ġab 539 vot fl-2008 li kienet ukoll l-ewwel darba li ħareġ u ġie elett bhala Viċi Sindku. Fil-leġislatura ta' wara, fl-2012, kien ġab 472 vot u sar sindku. Chris tela' mal-ewwel darba b'madwar 200 vot u falla li jitla' fit-tieni darba. Iżda hu fatt li fil-politika, l-aktar popolari fosthom hu Chris bħala eks ministru u Segretarju Ġenerali tal-PN u l-mistoqsija tiġi waħedha, jekk is-suċċess ta' Edward hux dovut għal ħuh Chris. Mistoqsija li għaliha, Edward weġibni bla tlaqliq, "Tlajt għax jien Edward, bil- kapaċitajiet tiegħi, bl-istudji tiegħi u għax jien żagħżugħ b'esperjenza. Dort in-Nadur kollu, dar dar u wrejt lill- poplu tan-Nadur li jien mimli enerġija biex inwettaq u mhux enerġija tal-ħolm żagħżugħ." 30 Vot biss salva lin-Nadur milli jaħrab minn idejn in-Nazzjonalisti. "Kienet tellieqa mill-bidu," qalli Edward, "Il-Labour ried lin-Nadur bis-saħħa. Sab kandidati mill-aktar popolari għan-Nadur u bdew jaħdmu minn sena qabel. In-Nadur kien raħal immarkat biex il-Labour jakkwistah u beda jaqdi lil kulħadd mill-OPM u mill-Ministeru u mhux fuq kawżi tal-lokalità biss iżda anke individwalment. Il-Labour beda jwiegħed kollox lil kulħadd u daħal f 'kull dar." Said semma l-kaċċa bħala fattur li wkoll seta' jagħmel differenza. "Nixtieq nisfida liż-żewġ partiti biex jistudjaw kif il-kaċċaturi setgħu vvutaw fil-Kunsilli Lokali. Anke l-vot taż- żgħażagħ nixtieq inkun naf fejn mar, għax ta' min janalizza fejn mar il-vot tagħhom." Dwar il-fatt li ġab madwar 700 vot mal-ewwel għadd, Edward qal li jħossu ferm sodisfatt iżda fl-istess ħin iħoss responsabbiltà kbira, "Trid tisma lil kulħadd għax ma tafx min ivvutalek." Staqsejtu lil min ċempel l-ewwel meta ħareġ ir- riżultat li hu s-sindku l-ġdid, u weġibni b'daħka, "Lil ommi għax jien 'mammone', bħala tifel li qiegħed f 'nofs ħames bniet u protett ħafna minn ommi u wara ċempilt lit-tfajla." Hawnhekk it- tfajla ħarset lejh u qaltlu li hi mingħalija li lilha kien ċempel l-ewwel. Staqsejtu b'liema mod irnexxilu jġib dawk il- voti kollha min-Nadur, "Bl-għaqal u impenn. Jien persuna ma ngħaġġilx. Smajt lil kulħadd anke lil dawk urtati bil-PN u bil-Kunsill Lokali li kien hemm. Anke dawk li kont ċert li mhux se jivvutawli xorta qattajt siegħa nismagħhom, għax jien nemmen fid-djalogu u li għandek tisma ħafna." Sa ġimagħtejn ilu, Edward kien kandidat u issa hu s-sindku. Issa jrid iwettaq u mhux iwiegħed. "Irrid nieħu ħsieb it-traffic management fin-Nadur. Iżda għandi ħafna għal qalbi l-isport u ż-żgħażagħ, għalhekk għandi f 'moħħi li noħloq Sports Day fin-Nadur u nara li jkollna faċilitajiet sportivi oħra barra l-grawnd. Irrid nara li ż-żgħażagħ Nadurin ikollhom fejn jiddevertu u għandi f 'moħħi li noħloq festa żgħażagħ b'mużika u logħob. Irrid nisma l-vibra tan-nies jekk jixtiqux li jsir karnival ieħor qabel is-sajf, iżda rrid nara jekk in-nies iddejjaqhomx jew jekk ikunx wisq. Għalhekk għidtlek li jien ma ngħaġġilx." Mistoqsi kif iħares lejn ħuh il-kbir Chris, qalli li jammira ħafna l-kariżma u s-serjetà ta' ħuh, "Iżda mhux ħija kien li ntroduċieni għall-politika u l-valuri tal-PN, iżda kienet in-nanna tiegħi li kienet attiva ħafna, tant li kienet anke rikkbet lil Gorg Borg Olivier fuq żiemel bil-palm meta ġie Għawdex bħala Prim Ministru. Għallmitni li l-politika trid tkun mibnija fuq ir-rispett u dan jiggarantilek is-suċċess. Naf li mhux kulħadd se jfaħħrek imma tal-inqas ma jgħidux kontrik." Dwar il-Kunsill Lokali qal li jrid jirristruttura l-mod kif jopera l-kunsill, "Nemmen fis-sħiħ fis-sotto kumitati b'nies imħallta fejn ma jiġi eskluż ħadd. Irrid ukoll li jkun hemm element żagħżugħ fid-deċiżjonijiet għan-Nadur." Staqsejtu x'qallu ħuh Chris meta rnexxielu jirbaħ il-Kunsill tan-Nadur u s-sindakat, "'Prosit u fittxu ibdew aħdmu ħa nżidu l-maġġoranza'. Dak kien l-uniku ħaġa li qalli meta ltqajna." Bħala żagħżugħ Għawdxi u li ġej minn familja politika u Nazzjonalista ma stajtx ma nistaqsihx għaliex jaħseb li kienet ir-raġuni li n-Nazzjonalisti tilfu d-dominanza fil-gżira Għawdxija, meta kien hemm żmien mhux imbiegħed wisq li Għawdex kien meqjus bħala fortizza Nazzjonalista. "L-element żagħżugħ m'għenx biex Għawdex jibqa' fortizza Nazzjonalista. Naqas li joffri opportunitajiet ta' xogħol. Naqas li joffri divertiment għaż-żgħażagħ Għawdxin u naqas li jkollu kandidati żgħażagħ li verament kienu viċin iż- żgħażagħ. Il-partiti jridu jifhmu li qiegħda fl-istint taż-żagħżugħ tiegħu li jibdel u hekk għamel. L-element li ddum ħafna fil-gvern ukoll ma jgħinx. Il-politiċi jridu jieħdu tagħlima minn dawn ir-riżultati fejn irid ikun hemm bidla fl-uċuh, u fis- setturi kollha, l-istess uċuh iridu jinbidlu." Fuq wiċċ Edward wieħed jista' jara persuna ambizzjuża fil-politika. Żgur li Edward mhux persuna li se jieqaf hawn bħala sindku biss, u żied jgħid, "Il-politika u l-Parlament ma narahomx 'il bogħod minni." Tlett aħwa Sindki tan-Nadur illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Edward Said fil-counting hall merfugħ fuq l-ispallejn fost ferħ tal-partitarji