Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 13 Dan ifisser li Edward se jikkontesta lil ħuh stess? "Wara dan ir-riżultat, iċċajtajna ftit bejnietna, jien u ħija dwar dan, iżda ma rridx naqbeż żewġ tarġiet, għax aktar ma titla' taraġ aktar tweġġa' jekk taqa' minn fuqhom. Issa se nipprova nagħmel suċċess personali kemm nista'. Il-politika kull ġimgħa tista' tkun sena. Iżda mhux se nkun kandidat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-għan tiegħi bħalissa li nagħmel in-Nadur aħjar, għax il-familja Said għandha għal qalbha n-Nadur u mhux għax għandna xi monopolju tar-raħal, u dan, in-nies jarawh fina għax għalhekk dejjem tellgħuna. "Weġġgħani biss il-fatt li l-Partit Laburista ħadem bl-għajta biex jeqirdu lill- familja Said min-Nadur iżda n-nies taf tagħżel." Qabel infridna tkellmet it-tfajla tiegħu Claire li qaltli li meta qalilha jekk taċċettax li Edward ikun fil- politika, weġbitu li l-politika qiegħda f 'demmha wkoll, għax hi kuġina tal-kandidat Nazzjonalista u sindku tar- Rabat Samuel Azzopardi u n-neputija tad-deputat parlamentari Frederick Azzopardi u wegħditu appoġġ sħiħ. Iżda hu fatt żgur li ma ndumux ma naraw żewġ aħwa (Chris u Edward) jikkontestaw għall-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista fuq Għawdex. Meta għidtlu hekk, ħadli b'idi, daħakli u staqsieni, "Għal ħija ma ħdimtx, għalija taħdem?" bit-tweġiba tiegħi kienet li ż-żmien jagħtina parir. Viva l-lejber għand Da Pippo Mela qabel kien ikun hemm il-ġabra tal- Lejburisti l-Mamma Mia kull nhar ta' Ġimgħa, issa kollox dar għal Da Pippo ġewwa l-Belt, li qabel kien ir-ristorant għall-avukati Nazzjonalisti. Eħħ, issa kull nhar ta' Ġimgħa jintefgħu l-bravi Lejburisti tal-Ministri. U jekk jogħġbok, għoddkom ma tafux kemm ikun hemm ċajt ħelu u ftit pastaż, insomma kif igħid il-Giggs, 'Girls want to have fun, but even Boys!" Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … tan-Nadur Toni u l-awwista! Toni Abela huwa raġel tat-triq. Iħobb iħoss u fl-istess ħin iħobb jifhem lin-nies. Fix-xogħol tiegħu huwa baqa' viċin in-nies u l-annimali. Fost l-iktar annimal li baqa' viċin tiegħu insibu l-awwista. Annimal li Toni japprezza ħafna għax ifakkru f 'mumenti partikolari mill-ħajja tiegħu meta kien taħt l-ilma jistenna biex jiekol xi loqom u jitlob li jagħti kasu xi ħadd! Kemm hu orrajt Lino Lino bħalma tafu huwa ċajtier kbir, għandu daħka kbira fuq wiċċu kull fejn tarah. Bniedem ferħan, pożittiv, iħobb lil kulħadd inkluż tal-Birdlife. Dan l-aħħar ingħata rigal minn pittur tant hu famuż li insejt x'jismu, fih hemm tpinġija qisu ritratt tal-fundatur tal-kaċċaturi moderni Maltin. Jiġifieri kaċċaturi li m' għandhomx senter imma jħobbu 'the feel' tas-senter. U ifhmuni. Imsomma ovvjament qed nirreferi għal Kathleen. Ole! Kemm hi ħelwa Marlene Mela meta kulħadd kien qed jivvota fir- referendum, Marlene Farrugia kienet l-Indja. Mar-raġel ovvjament. Ir-raġel by the way huwa Godfrey. Hemmhekk fl-Indja il-koppja Farrugia li by the way huma ħafjin kienu qed jieklu l-Ghandi Tandoori. Chris Said - is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Said Edward Said - is-Sindku l-ġdid tan-Nadur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015