Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 M eander (NET-TV), ipprezentat minn Mariella Pisani Benċini, daħal bil-kameras fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin biex ikisser il-fruntiera bejn ir-residenti ta' ġewwa u s-soċjetà ta' barra. Fl-2014, ir-residenti ppreżentaw Ċenaklu għall- jiem tal-Ġimgħa l-Kbira. Għal din is-sena marru aktar minn hekk, u b'kitba u direzzjoni ta' Patri Franco, il-kappillan tal-ħabs, ippreżentaw L-Imħabba Tiegħu Biddlitni fil-kappella tal-Faċilità. Numru ta' residenti, inkluża mara li mhix residenta u li ħadmet tal-Madalena, daħlu għal impenn insolitu li tahom identità alternattiva billi (a) għenhom jifhmu kif jirrintegraw u (b) jirrelataw aħjar ma' xulxin. Dak li ppreżentaw ir-residenti tal-Faċilità Korrettiva kien eżempju effettiv ta' "tindif " jew purifikazzjoni. Li jaħdmu flimkien dawn l-emaġinati hu digà att edukattiv fih innifsu u quddiem il-kamera stqarrew kemm iħossuha ta' sodisfazzjon morali li jidħlu biex jaraw id-dramm tagħhom nies minn barra. Patri Franco fiehem li l-mottiv soċjo-morali tal- proġett ta' din is-sena kellu x'jaqsam mal-indiema. Patri Franco hu l-fundatur tal- Fondazzjoni RISE, li tmexxi din l-inizjattiva teatrali fil-ħabs ta' Kordin. B'kollox jieħdu sehem mal-għoxrin persuna, bejn atturi, tekniċi u dawk li jaħdmu l-props. Hu eżerċizzju li ħa ħafna xogħol biex jitlesta għall-gimgħa tal-Għid (żmien perfett għal wara l-Qawmien ta' Kristu). Fil-fatt, id-dramm kien ilu jitħejja minn Frar. Waħda mit-temi ċentrali ta' dan ix-xogħol tikkonċerna l-problema li wara li jispiċċaw iż-żmien tal- priġunerija, ir-residenti jsibu ruħhom mitlufin, lampa stampa. Iridu jsibu x'jagħmlu bihom infushom fis-7 ta' filgħaxija, meta jiskadilhom il-ħin tas- sentenza. RISE temmen fil- ħtieġa li meta persuna toħroġ mill-ħabs issib sostenn u solidarjetà soċjali, biex ma tkunx imgiegħla terġa' lura għall-ħajja ta' qabel. Wieħed mill-atturi qal li huma jemmnu li ċ-ċans għar- riforma għandu jibda minn ġewwa l-Faċilità u jkompli "hemm barra". Hafna jirritornaw il-habs "għax ma jsibux lil min jilqagħhom hemm barra". U jispiċċaw vittmi għat-tieni darba jew aktar. Meander wera fil-prattika kif il-mezzi tax-xandir lokali jistgħu iwasslu messagg importanti ta' solidarjetà. Il-fundatur ta' RISE għamel riflessjoni serja ħafna dwar l-istat psiko-soċjali tal-priġunieri: "Huma jirrealizzaw li l-ħabs il-kbir mhux hawn qiegħed, imma barra." Inċidentalment, għal żmien il-Passjoni, l-Arċisqof il- ġdid kellu l-opportunità li jinza' l-pompożità tiegħu u jissieħeb mal-priġunieri ta' Kordin billi jilbes il-fardal ta' Knisja umli. Kien ikun qed jimita l-ġest tal-Papa Frangisku li żar ħabs f 'Ruma u ħasel, ixxotta u bies saqajn tnax–il resident/a, sitta rġiel u sitta nisa, fosthom ħabsin Musulmani u eks showgirl tat-televiżjoni Sylvie Lumamba (42 sena). Ta' karnaġġjon skur, Lumamba kienet anki tidher ta' spiss f 'rivisti taz-zekzik, iżda mbagħad tilfet il-popolarità kollha meta nqabdet fi frodi. F'Malta, meta se nibdew ningħataw xi sinjal ta' riforma u riġenerazzjoni mill-Arċisqof il-ġdid? Jew għadu mgħakkes bil-protokol minkejja li jrid jimpressjona mod ieħor? Il-proġett tar-residenti tal-ħabs hu wieħed ta' kreazzjoni kollettiva multilaterali. Proġetti bħal dan jistgħu jintużaw biex iħajru aktar priġunieri jidħlu għal metodi differenti ta' tagħlim. Dan l-aħħar sar magħruf li huma biss terz mir-residenti li jagħzlu li jsegwu xi forma ta' tagħlim. It-teatru hu forma eċċellenti ta' stimulazzjoni. Għandu sens qawwi ta' validità soċjoloġika, ri-integrazzjoni u esplorazzjoni. Hu ċert li dan it-tip ta' teatru għandu jibbenefika minn fondi kulturali speċjali minn sorsi differenti, imma l-aktar mill- Kunsill tal-Arti u l-Kultura. Jekk ikun ikkultivat dan it-tip ta' teatru alternattiv, forsi nistgħu ngħaddu għall-fazi fejn il-priġunieri jibdew jagħtu l-ispettakli tagħhom fil-beraħ, f 'nofs il-komunità. Hu obbligu tal-entitajiet kulturali statali li jsostnu din it-tip ta' azzjoni li għandha l-ħila li tittrasforma l-parteċipanti u toħloq "inkjesta" kritika. Il- kappillan tal-ħabs beda juri l-ewwel passi. Xi jmiss? MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI TEATRU WARA L-IŻBARRI AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Teatru fil-ħabs: prospetti soċjo-morali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015