Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali 2015 u iċċelebra r-rebħa li kiseb meta ġab 54% tal-voti. Il-Partit Nazzjonalista tilef dawn l-elezzjonijiet iżda l-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil mar jiċċelebra l-fatt li skont hu, naqqas id-distakk bin-nofs minn mal- Partit Laburista f 'temp ta' sena. Id-dikjarazzjoni ta' Simon Busuttil niżlet għasel man-Nazzjonalisti waqt li l-Laburisti ddieħku bir- raġunament u l-interpretazzjoni tar-riżultat minn naħa tal-kap Nazzjonalista. Li hu żgur hu li l-Partit Nazzjonalista ġab riżultati pożittivi f 'numru ta' lokalitajiet f 'Malta waqt li baqa' l-art f 'Għawdex. Is-sodisfazzjon fuq wiċċ Simon Busuttil hu u jdur is-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar, akkumpanjat minn Mario Demarco, Beppe Fenech Adami u Chris Said fost oħrajn, wasslet sabiex l-aġenti tal-partit infexxew f 'mument ewforiku ta' ċapċip u tisbit mal- perspex li ħalla lill-ħafna iċċassati quddiem it-televiżjoni. Il-Laburisti raw tellief jifraħ għax tilef iżda n-Nazzjonalisti raw tellief b'rasu 'l fuq sodisfatt li rnexxielu jerġa' jixgħel il-fjamma ta' tama li għal ħafna Nazzjonalisti kienet intfiet u li kienu rrassenjati li żgur mhux se tinxtgħel għal minn tal- anqas għaxar snin oħra. Bir-riżultat li kiseb, Simon Busuttil issoda postu bħala Kap tal-Partit. Pożizzjoni li kienet qed tkun diskussa minn wara l-kwinti tad-Dar Ċentrali f 'każ li Busuttil ma' jirnexxilux jagħmel ebda differenza fir-riżultat miksub. Kien għalhekk li dawk viċin il-Kap ħatfu l-opportunità biex immedjatament jitfawh fuq quddiem jipproġetta wiċċ ottimist, wiċċ sodisfatt, wiċċ ferrieħi, wiċċ rebbieħ għalkemm tellief. L-istrateġija ħadmet. Id-dehra ottimista ta' Simon Busuttil u l-interpretazzjoni pożittiva tal-figuri min-naħa tal-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista waqt l-andament tal-għadd tal-voti niżlu bħala ossiġnu pur fil-pulmun ta' nofs il- Maltin ta' twemmin Nazzjonalista. Strateġija li kienet wisq bżonjuża sabiex terġa' tgħolli l-moral baxx li tant nikket lin-Nazzjonalisti. Għal ħafna Nazzjonalisti, minn ġimgħa 'l hawn, Simon Busuttil reġa' sar il-Kap li huma kburin bih. Qed jibdew jemmnu fit- tmexxijja tiegħu. Qed jibdew jemmnu fit-tibdil li qed jagħmel fi ħdan il-partit fosthom bit-tibdil li għamel fix-shadow cabinet. Qed jammiraw il-mod kif qed jitkellem fil-pubbliku meta qed jagħżel li jinżel f 'nofshom u jitkellem mingħajr ma' jaqra noti minn fuq il-karti. Qed jemmnu li Simon Busuttil se jkun iż-żiemel tal- battalja tagħhom li tlett snin oħra se jtellaq ma' Joseph Muscat u li kapaċi jirbaħlu. Simon Busuttil iddikjara fis- Siġġiewi quddiem il-folla ottimista tiegħu li minn hawn 'il quddiem se jkun qed imexxi partit li jaġixxi ta' gvern alternattiv għal pajjiżna minflok oppożizzjoni negattiva li matul l-aħħar sentejn ma' għamlet xejn ħlief li tikkritika kollox u akkost ta' kollox. Simon Busuttil iddikjara wkoll li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jiltaqa' u jitkellem man-nies u li issa qed jisma' l-ilmenti u l-weġgħet u jieħu notamenti biex b'hekk kif ikun fil-gvern iwettaq ġustizzja ma' dawk li qed ikunu vittimizzati għall-kulur u twemmin politiku tagħhom. Simon Busuttil iddikjara li hu qed jiġri f 'maratona. Maratona li fadlilha tlett snin oħra sabiex tintemm. Maratona li biex tintrebaħ mhux biżżejjed li tnaqqas id-distakk bin-nofs f '34 lokalità. Id-distakk bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jrid jinġieb fix-xejn fuq skala nazzjonali ferm qabel l-elezzjoni ġenerali u biex wieħed jasal għal dan il-punt żgur li jrid ikun ottimist. It-tellief ottimist