Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Sliema W ..................... 5 Mosta ......................... 1 SLIEMA Wanderers umiljaw lil Mosta meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. Permezz ta' din ir-rebħa l-Wanderers issa telgħu b'26 punti fil- klassifika, u b'hekk jinsabu biss 3 punti distakk minn Floriana, li iżda għandhom logħba inqas hekk kif ikunu mpenjati llum. Min-naħa l-oħra din kienet wirja oħra ferm diżappuntani għat-tim immexxi minn Peter Smith, fejn għalkemm nistgħu ngħidu li jinsabu'l bogħod miż-żona l-ħamra, dan kien staġun kollox ma' kollox diżappuntanti u deludenti għalihom. Il-Wanderers għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari fil-ftuħ tal-logħba u wara biss 12-il minuta huma fetħu l-iskor permezz tal-eks plejer ta' Balzan, Pedro dos Santos Calcado. Huma rduppjaw l-iskor fil-41 minuta permezz tal- captain Alex Muscat. Jidher li l-Wanderers ma kinux kuntenti bizzejjed b'dan l-iskor hekk kif fil-61minuta huma għamluhom tlieta, din id-darba permezz tal- attakkant Brażiljan, Mateus Ribeiro Dos Santos, biex b'hekk irnexxielu jsib ix- xibka kontra l-eks tim tiegħu. Tliet minuti biss wara, huma komplew ikabbru l-marġini tal-iskor permezz tar-raba' gowl fil-logħba, meta kien Pedro dos Santos Calcado li reġa' niżżel ismu fil-lista tal-iskorers, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Fis-77 minuta l-Wanderers għamluhom 5 permezz tal-captain Alex Muscat biex b'hekk bħal sieħbu Pedro dos Santos Calcado rreġistra doppjetta personali. Mosta skurjaw il- gowl tal-bandiera permezz ta' Adrian Borg fl-84 minuta. Sliema W. - Zammit, B. Muscat, Obagbemiro (Martinelli 72'), Mintoff, Scerri (Friggieri 46'), gatt Baldacchino, Ribeiro dos santos, Potezica, Cilia (Xuereb 67'), Dos Santos Calcado, B. Muscat Mosta - O. Borg, Farrugia, M. Brincat, Falzon, Koli, Magro (Di Vita 82'), Fortune, A. Borg, Grech (Frendo 73'), Pulo, Z. Brincat (Sammut 46') Referi Philip Farrugia PEDRO DOS SANTOS CALCADO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fil-Brażil Kien fundamentali biex il-Wanderers kisbu din ir-rebħa Fil-passat riċenti lagħab ma' Balzan fejn kellu esperjenza mill-aqwa Ingħaqad ma' Sliema Wanderers f'Jannar li għadda Il-goalkeeper ta' Mosta Omar Borg iħares lejn il-ballun jintemm gewwa bla ma jista' jagħmel xejn Ritratt - Chris Mangion Il-goalkeeper ta' Mosta Omar Borg iħares lejn il-ballun jintemm gewwa bla ma jista' jagħmel xejn Sliema Wanderers jumiljaw lil Mosta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015