Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 26 ta' April 2015 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Qormi ....................... 4 Tarxien R .................. 0 QORMI kisbu rebħa kbira ta' 4-0 fuq Tarxien Rainbows biex komplew isaħħu t-tamiet tagħom li jevitaw ir-relegazzjoni fi tmiem l-istaġun. Min- naħa l-oħra wara rebħa tajba ta' 2-1 fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Mosta, reġgħu bdew jixirfu l-problemi għal Tarxien Rainbows, f 'dak li għandu x'jaqsam mat-tentattivi tagħhom li jevitaw ir-relegazzjoni. Qormi ddominaw il- logħba mill-bidu sal-aħħar u meritatament ħarġu rebbieħa bi skor ferm komdu li huwa rifless ċar ta' dak li rajna fil- grawnd tul id-90 minuta. Huma fetħu l-iskor wara biss minuta logħob meta Leighton Grech għadda tajjeb lejn Marcelinho, li avvanza tajjeb fil-kaxxa qabel għeleb lill-goalkeeper Sean Mintoff. Tmien minuti biss wara huma rduppjaw l-iskor meta Alfred Effiong daħal tajjeb fil-kaxxa u meta deher li seta' jittanta xortih permezz ta' xutt indirizzat lejn il-lasti avversarji, kien altruwist u minflok għadda l-ballun lejn Alex Nillson li kien f 'pożizzjoni aħjar minnu u li tefa' ġewwa. Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, Qormi skorjaw it-tielet gowl fil- logħba biex serrħu rashom mit-tliet punti prezzjużi, meta wara ġirja tajba, kien imiss lil Leighton Grech li jniżżel ismu fuq il-lista tal- iskorers permezz ta' xutt fil-baxx minn ġol-kaxxa, bil-ballun jintemm wara Sean Mintoff. Fl-aħħar mumenti tal- logħba, Jonathan Bondin, inkuruna wirja mill- aqwa permezz ta' gowl sabiħ mid-distanza, fejn għalkemm il-goalkeeper tar-Rainbows, Sean Mintoff, irnexxielu jmiss il-ballun, iżda ma rnexxielux jimpedixxi milli l-ballun isib ix-xibka. Qormi - Farrugia, Lima De Mattos (Micallef 77'), Effiong, Gauci, Levnaic, Pisani, J. Boindin, Berntsson, Villalobos, Grech (B. Bondin 82'), Nilsson (Mendoza Corujo 61') Tarxien - R. Mintoff, Farrugia, M. Caruana (Sadowski 87'), T. Caruana, Vallecillo Casado, Godar Pereira, Grech, Tabone (Aboulezz 23'), Soly, Darlington Ajoku, Bonaque Acevedo Referi - Mario Apap LEIGHTON GRECH Skorja t-tielet gowl mill-erbgħa ta' Qormi Ingħaqad ma' Qormi mingħand Birkirkara f'Jannar li għadda Fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma' Hibernians u Vittoriosa Stars Qormi jiksbu rebħa kbira fuq Tarxien Rainbows Ritratt - Joe Borg Ritratt - Chris Mangion Azzjoni fil-logħba bejn Tarxien Rainbows u Qormi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015