Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 29 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà H ................. 3 Zebbug R .............. 1 PIETÀ Hotspurs kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta' 3-1 biex b'hekk fetħu vantaġġ ta' 4 punti fuq Zebbug Rangers. Kienu huma li ħolqu l-ewwwl azzjoni perikoluża fit-18-il minuta Ricardo Costa għadda tajjeb lejn Charles Nnaemeka Newuche li minn ġol-kaxxa ra lil Jeffrey Farrugia li lbieraħ reġa' ħa post Manuel Bartolo, jilqa' tajjeb. Il-Hotspurs fetħu l-iscore fil-25 minuta permezz ta' xutt b'saħħtu ta' Kyle Cesare minn qagħda angolata, bil- ballun jaħbat mal-mimduda qabel jintemm ġewwa. Fl-ewwel azzjoni perikoluża li ħolqu fil- logħba, Zebbug Rangers ġabu l-iskor indaqs fl- 44 minuta meta wara li Paltemio Barbetti krossja tajjeb lejn l-attakkant żagħżugħ misluf mar- Rangers mingħand Valletta, Luke Montebello, li minn ġol-kaxxa spara fir-rokna tax-xibka. Fis-56 minuta reġa' kien Luke Montebello li ħoloq il- periklu għat-team immexxi minn Alfonso Greco meta ttanta xortih minn barra l-kaxxa, iżda t-tentattiv tiegħu ġie milqugħ minn Jeffrey Farrugia biex biegħed kull periklu għar-Rangers. Fis-67 minuta kien imiss lil Claudio Frances li jittanta xortih mid-distanza għal Pietà Hotspurs, iżda x-xutt tiegħu għadda inkredibbilment għoli minn fuq il-lasti difiżi minn Jeffrey Farrugia. Il-Hotspurs marru fil- vantaġġ fis-76 minuta permezz ta' freekick dirett tal-Arġentin Claudio Frances, li ma ta l-ebda ċans lil Jeffrey Farrugia. Huma għamluhom tlieta biex aċċertaw ruħhom mir-rebħa fil-81 minuta meta wara li rċieva minn cross ta' Claudio Frances, il-ballun spiċċa għand Leonardo Fortunato dos Santos li niżżel tajjeb lejn Joao Gabriel Da Silva, li spara għal ġewwa. Pietà H. - Cassar, Attard, Fortunato Dos Santos, Ricardo Costa (Bartolo 90'), Pisani, Anonam, Cesare (Agius 80'), Gabriel Joao Da Silva (Pace Cocks 90'), Nnaemeka Newuche, Frances, Micallef Zebbug R. - Farrugia, Reano, Bartolo, Paris (Ciantar 84'), Borg, Barbetti, Muchardi, Britto, Yussuff (Monti 54'), Montebello, Camilleri Referi Ian McNabb (Irlanda ta' Fuq) CLAUDIO FRANCES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fl-Arġentina Kellu logħba mill-aqwa u skorja t-tieni gowl għall-Hotspurs li kien wieħed tal-istampi Ingħaqad ma' Pietà Hotspurs f'Awwissu li għadda KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI 1 Chelsea 32 76 2 Man City 34 67 3 Arsenal 33 66 4 Man United 33 65 5 Liverpool 33 58 6 Tottenham H. 34 58 7 Southampton 34 57 8 Swansea City 34 50 9 Stoke City 34 47 10 West Ham 34 44 11 Crystal Palace 34 42 12 Everton 33 41 13 West Brom 34 37 14 Newcastle 34 35 15 Aston Villa 33 32 16 Hull City 33 31 17 Leicester City 33 31 18 Sunderland 33 30 19 QPR 34 27 20 Burnley 34 26 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 30 52 Valletta 31 44 Birkirkara 31 42 Balzan 30 36 Floriana 30 29 Sliema W. 31 26 Mosta 31 20 Naxxar L. 30 19 Qormi 31 18 Tarxien R. 31 17 Pietà H. 31 16 Zebbug R. 31 12 RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 25 ta' April Southampton vs T. Hotspur 2-2 Burnley vs Leicester City 0-1 Crystal Palace vs Hull City 0-2 Newcastle Utd vs Swansea C. 2-3 QPR vs West Ham United 0-0 Stoke City vs Sunderland 1-1 West B. Albion vs Liverpool 0-0 Manchester City vs Aston Villa 3-2 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 26 ta' April 14:30 Everton vs Manchester United 17:00 Arsenal vs Chelsea Serie A TIM Is-Sibt 25 ta' April Udinese vs AC Milan 2-1 Fixtures Serie A TIM Il-Ħadd 26 ta' April 12:30 Atalanta vs Empoli 15:00 Genoa vs Cesena 15:00 Hellas Verona vs Sassuolo 15:00 Lazio vs Chievo Verona 15:00 Parma vs Palermo 15:00 Torino vs Juventus 18:00 Fiorentina vs Cagliari 20:45 Napoli vs Sampdoria KLASSIFIKA KAMPJONAT SERIE A TIM Tim L PTI 1 Juventus 31 73 2 Lazio 31 58 3 Roma 31 58 4 Napoli 31 53 5 Sampdoria 31 50 6 Fiorentina 31 49 7 Genoa 31 44 8 Torino 31 44 9 Milan 32 43 10 Inter Milan 31 42 11 Palermo 31 41 12 Udinese 32 38 13 Sassuolo 31 36 14 Chievo 31 36 15 Verona 31 36 16 Empoli 31 34 17 Atalanta 31 30 18 Cesena 31 23 19 Cagliari 31 21 20 Parma 31 13 Pietà Hotspurs jiftħu vantaġġ ta' 4 punti fuq Zebbug Rangers Valletta jegħlbu lil Birkirkra u jitilgħu waħedhom fit-tieni post MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Valletta ............... 2 Birkirkara ............ 1 VALLETTA għelbu lir- rivali kbar Birkirkara bl-iskor ta' 2-1 biex issa telgħu waħedhom fit-tieni post. Kienu Birkirkara li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża fil-logħba meta wara biss seba' minuti logħob, xutt mid-distanza ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma għadda għoli minn fuq il- lasti difiżi minn Nicky Vella li lbieraħ kien qed jieħu post il-goalkeeper Taljan, Pietro Demetrio Marino. Valletta fetħu l-iskor fis-16-il minuta, meta minn corner mogħti minn Abdelkarim Nafti, għola tajjeb id-difensur versatili internazzjonali Steve Borg li antiċipa l-ħarġa erratika ta' Justin Haber u permezz ta' daqqa ta' ras preċiża u b'saħħitha, tefa' ġewwa, biex tefa' lill-ftit partitarji Beltin preżenti fl-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali f 'delirju ta' ferħ. Valletta komplew jattakkaw u fis-27 minuta Roderick Briffa għadda tajjeb lejn Abdelkarim Nafti li minn quddiem Justin Haber ra x-xutt fraġli u angulat tiegħu jgħaddi jħakkek mal-lasta. Birkirkara rrispondew biex impenjaw għall-ewwel darba lil Pietro Demetrio Marino fis-36 minuta meta xutt minn ġol-kaxxa ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma ġie milqugħ minn mal-art mill-istess goalkeeper Taljan. Birkirkara ġabu l-iskor indaqs fl-54 minuta permezz tal-plejer internazzjonali ta' taħt il-21 sena Ryan Scicluna li wara li rċieva minn corner ta' Rafael Pompeo Rodrigues Ledesma, approfitta minn indeċiżjoni tal-goalkeeper Belti Nicky Vella u tefa' ġewwa. Valletta reġgħu marru fil-vantaġġ fil-81 minuta meta Roderick Briffa indirizza l-ballun fil-kaxxa, bid-difensur internazzjonali tal-Istripes Zach Muscat, fit-tentattiv li jbiegħed il-ballun 'il bogħod minn kull periklu, bir-ras iddevja l-ballun ħażin, li spiċċa għand Hamza Barry li mill-viċin tefa' ġewwa. Valletta - Vella, Caruana, Borg, Camilleri, Fenech, Barry (Pulis 90'), Briffa, Elford-Alliyu (Cremona 73'), Bajada (Azzopardi 63'), Nafti, Dimech Birkirkara - Haber, Ledesma, Vukanac, Latini Mazzetti, Zerafa, Herrera, Fenech, Muscat (Zammit 83'), Muscat, Camenzuli (Costa Morais 46'), Scicluna (Bissi da Silva 76') Referi - Adrian Azzopardi AĦBARIJIET ONLINE .cOm.mT Ritratt - www.vallettafc.net HAMZA BARRY Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-3 ta' Mejju 1994 fil- Gambja Kien l-aqwa plejer fil-grawnd Jilgħab f'nofs il-grawnd Qabel ingħaqad ma' Valletta kien jilgħab ma' Gambia Ports Authority

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015