Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 33 SPORTSillum ILKOWĊ Spanjol ta' Bayern Munich, Pep Guardiola, tenna li m'għandu l-ebda ħsieb li jitlaq lill-ġganti Ġermaniżi ta' Bayern Munich, biex jingħaqad ma' xi tim ieħor fosthom Manchester City fl-Ingilterra. Dan hekk kif qed jiċċirkolaw bosta xnigħat u spekulazzjonijiet fil-mezzi tax-xandir li l-maniġer ta' Manchester City jista' tabilħaqq jitlef postu ma' Manchester City, speċjalment wara l-istaġun diżappuntanti li kellhom il-Blues. L-istess rapporti qed jindikaw li jekk Manchester City jonqsu milli jagħmluha mal-ewwel erbgħa tal- Kampjonat Barclays fl- Ingilterra, Manuel Pellegrini, jista' tabilħaqq jitlef postu minn fuq il-bank tas-City. Pep Guardiola ħa t-tmexxija ta' Bayern Munich wara esperjenza mill- aqwa ma' Barcelona, matul l-istaġun li għadda fejn irnexxielu jikseb id-double. Dan hekk kif kien mexxa lill-ġganti Ġermaniżi għar- rebħ tal-Bundesliga kif ukoll tat-Tazza Ġermaniża. Huwa qed jimmira li jerġa' jikseb dan it-tragward, fejn it-tragward tal-kampjonat jidher ferm viċin li jinkiseb għaliex Bayern Munich jinsabu xejn inqas min 12-il punt vantaġġ fuq Wolfsburg, u dan meta għad fadal biss ħames logħbiet għat-tmiem tal-kampjonat. Huma se jkunu qed jaffrontaw lir-rivali kbar Borussia Dortmund fis-semi-finali tat-Tazza Ġermaniża, matul il-ġimgħa d-dieħla, waqt li jinsabu fis-semi-finali tal- UEFA Champions League għar-raba' sena konsekuttiva. FORMOLA AVVIŻ KLASSIFIKATI Agħżel kategorija. Imla l-kaxxi t'hawn taħt. Ikteb f 'ittri kbar. L-avviż tiegħek jidher f 'illum għal tliet ġimgħat. Din l-oerta ma tapplikax għall-aġenti tar-real estate Ibgħat il-formola fuq: Illum Klassikati, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann SĠN9016 imkien ma' ċekk ta' €3 cheque pagabbli lil MediaToday Co. Ltd Isem: _________________________________ Indirizz: _______________________________________________________ _______________________________________ Tel: ___________________ Email: _________________________________ ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL IL-PREZZIJIET KOLLHA MNI LA JRIDU JKUNU F'EWRO ANNIMALI GĦADDAR LEZZJONIJIET NIXTRI OPRI TALBAĦAR OĠĠETTI OĦRAJN PROPRJETÀ GĦALLBEJGĦ PROPRJETÀ GĦALLKIRI SERVIZZI VETTURI XOGĦOL 2 klassikati għal 3 ġimgħat għal €3 f 'Illum L-ewwel telfa għal-Luxol u Lija ċhampions tal-Ewwel Diviżjoni l-futsal INTEMMET l-ewwel fażi tal-Gatorade Futsal Premier League, bil-liders Luxol jġarrbu l-ewwel telfa staġjonali meta ġew megħluba minn Balzan bl- iskor ta' 6-3. Din kienet is-sitt rebħa konsekuttiva għaċ-ċampjins Balzan li qabdu r-ritmu għall- play-offs finali. Balzan marru minn fuq permezz tal-plejer Serb, Slobodan Janjic, wara ħames minuti logħob. Madankollu, Luxol ġabu l-iskor indaqs permezz ta' George Frendo bl-ewwel taqsima tintemm fi dro ta' 1-1. Fit-tieni taqsima, Luxol bnew vantaġġ doppju permezz ta' William Barbosa u Celino Alves. U hawnhekk fejn Balzan wettqu reazzjoni furjuża u daħal fix-xena Frane Despotovic li skorja tliet gowls f 'temp ta' ħames minuti sabiex jaqleb l-iskor favur it-tim tiegħu. Luxol dehru mħawwda u Marco Conti kif ukoll Glenn Bonello żiedu żewġ gowls oħra għal Balzan għal skor finali ta' 6-3. F'partiti oħra, Qormi għelbu lil Mosta 3-2 filwaqt li Valletta aċċertaw posthom fil-play-offs wara rebħa ta' 11-4 kontra t-tim relegat ta' Żebbuġ. Ħamrun rebħu 3-0 lil Swieqi. Fil-klassifika Luxol spiċċaw l-ewwel b'41 punt segwiti minn Ħamrun b'40 u Balzan b'39. Valletta aċċertaw ir-raba' post meta kisbu 27 punt. Fin-naħa t'isfel Żebbuġ ġew relegati hekk kif spiċċaw fl- aħħar post tal-klassifika. Sadanittant fil-play-offs li jintlagħbu l-ġimgħa d-dieħla, Luxol jiffaċjaw l-isfida ta' Valletta, filwaqt li Balzan jeħduha kontra Ħamrun Spartans. Lija ċċelebraw bl-ikbar mod possibli t-titlu tagħhom ta' ċampjins tal-Kampjonat Gatorade tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lill-Imqabba bl- iskor ta' 6-0. Logħba fejn rajna d-dominju ta' Lija u minkejja li l-avversarji tagħhom taw qalbhom f 'din il-partita ma kienx biżżejjed sabiex jevitaw din it-telfa. Kien l-iskorer prolifiku tagħhom Aleksandar Ribic illi fetaħ l-iskor b'first timer wara korner mix-xellug sabiex f 'kontrattakk l-istess Ribic irdoppja wara pass tajjeb ta' Del Re. Mal-kwarta logħob, Ribic għaqqad il-hat-trick wara li ħa vantaġġ minn ribawnd u tefa' wara l-keeper ta' Mqabba. 3-0 u hekk spiċċat l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima, kien Nicola del Re li skorja f 'lasta vojta wara żball tal-gowlkiper, b'Ribic jiskorja poker hekk kif jitfa' fir-rokna tax-xibka. Lija għaqqdu n-nofs tużżana permezz ta' Larkin Saffrett li f 'lasta vojta ssiġġilla r-rebħa għaċ-ċampjins il-ġodda bl- iskor ta' 6-0. Fi tmiem il-partita, il-viċi- president tal-FMA Alfred Camilleri fil-preżenza ta' rappreżentanta tal-Gatorade ppreżenta t-tazza lill-kaptin ta' Lija Athletic Jean Bert Gatt. Sadanittant fil-klassifika tal- Ewwel Diviżjoni, Lija Athletic temmew il-kampjonat bi 63 punt, bit-tieni tim Mellieħa li għandhom 54 punt. Plejers tal-futsal ta' Lija Athletic jiċċelebraw bil-kbir wara li ġew ippreżentati bħala champions tal- Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-futsal Pep Guardiola jħeġġeġ lill-players fir-rebħa ta' 6-1 ta' Bayern Munich fuq Porto Ritratt: Joe Borg Guardiola jrid jibqa' ma' Bayern Munich – jiċħad li se jieħu t-tmun ta' Manchester City

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015