Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
34 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 X'fissret għalik il-ġurnata tas-Sibt, l-24 ta' Jannar 2015? Nhar is-Sibt 24 ta' Jannar 2015 kien mument speċjali għalija fejn irnexxieli nikseb it-tragward ta' 200 logħba mal-klabb tal-Melita. Kelli idea li kont viċin il-200 logħba mal-klabb iżda dakinhar lanqas m'għaddieli minn moħħi li kienet tabilħaqq waslet dik il-ġurnata. Qabel il-logħba kontra Msida SJ, il-President tal-klabb, Paul Zammit, Sam Sciberras mis-supporters' club, il-kowċis u sħabi l-plejers ippreżentawni b'żewġ flokkijiet bħala tifkira ta' din l-okkażjoni. Kif tħossok għall-fatt li lgħabt 200 logħba ma' Melita FC? Inħossni kburi ħafna li lgħabt 200 logħba ma' dan il-klabb li tant għandi għal qalbi. Bdejt nilgħab fin-nursery tal-klabb ta' Melita FC fl-età ta' 6 snin u dejjem xtaqt li xi darba nsir plejer importanti fi ħdan il-klabb kif kienu missieri, Peter u ħuti, Michael u Simon. Meta għamilt id-debutt tiegħek ma' dan il-klabb? Għamilt id-debutt dan iż-żmien 10 snin ilu, fl-istaġun 2005/2006 fl-età ta' 16-il sena. Konna fit-tieni diviżjoni u kellna logħba kontra Gżira United. Niftakar li ma kontx se nibda mal-ewwel 11 iżda plejer weġġa' fil-"warming up" u bdejt il-logħba minfloku. Ma naħsibx li stajt kelli debutt aħjar għax irbaħna bl-iskor kbir ta' 6-1 u skurjajt gowl ukoll. Fost dawn il-200 logħba, liema minnhom jispikkaw fost l-oħrajn? Fost dawn il-200 logħba, tlieta minnhom jispikkaw fost l-oħrajn. Fis-sena 2008, taħt it-tmexxija ta' Steve D'Amato, irbaħna l-finali tan-"knock-out" tat-tieni u t-tielet diviżjoni kontra Balzan bl-iskor kbir ta' 5-1 fejn skurjajt erba' mill-gowls. Fis-sena 2012 ġejna awtomatikament promossi għall- Premier logħba qabel tmiem l-istaġun iżda konna se nilagħbu l-aħħar logħba kontra Rabat Ajax, li kienu punt fuqna u xtaqna niġu promossi bħala champions. Kien il-gowl uniku tiegħi li ddeċieda l-logħba li skurjajt fl-aħħar 10 minuti. B'hekk kienet logħba ferm memorabbli fejn mhux biss skurjajt iċ-"Championship Goal" imma Melita saru champions u ġejna promossi għall-Kampjonat BOV Premier għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb. Din kienet il-ħolma tiegħi, li nilgħab Premier mal-Melita, tim amateur. Fis-sena ta' wara, logħba oħra li żgur mhux se ninsa kienet dik kontra Valletta fejn irbaħna bl-iskor ta' 2-1. Kif kien mistenni kienet logħba diffiċli ħafna imma naħseb li urejna lil kulħadd fil-futbol Malti li għalkemm aħna l-plejers tal-Melita ma nitħallsux kapaċi nirbħu anki lil tim b'saħħtu daqs ta' Valletta bil- kuraġġ u l-qalb kbira tagħna. Kif sejrin din is-sena fil- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni? Din is-sena sejrin tajjeb fil- Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni u qegħdin mat-timijiet ta' fuq. Mill-bidu tal-istaġun għidna li konna se nieħduha logħba logħba u nagħtu l-almu tagħna biex nispiċċaw il-kampjonat f 'pożizzjoni mal-ewwel nofs tal-klassifika. Jekk lejn l-aħħar tal-istaġun inkunu biċ-ċans għall- promozzjoni, inkomplu nagħtu SPORTSillum Jaqbeż il-200 logħba Cristian Antony Muscat Julian Galea – bla dubju wieħed mill-aqwa plejers li jimmiltaw l-Kampjonat BOV l-Ewwel Diviżjoni fejn dejjem wera lealtà assoluta lejn il-klabb ta' Melita FC u, li nistgħu ngħidu hi l-prijorità assoluta tiegħu. Huwa l-captain u plejer fundamentali ta' Melita FC li jista' jkun essenzjali biex jgħinhom jitilħu jilagħbu l-Kampjonat BOV Premier tmiem dan l-istaġun. Nhar is-Sibt 24 ta' Jannar 2015 kien mument speċjali għalih fejn irnexxielu nikseb it-tragward ta' 200 logħba mal-klabb tal-Melita. L-24 ta' Jannar 2015 kien mument speċjali għalija fejn irnexxieli nikseb it-tragward ta' 200 logħba mal- klabb tal-Melita. Kelli idea li kont viċin il-200 logħba mal- klabb iżda dakinhar lanqas m'għaddieli minn moħħi li kienet tabilħaqq waslet dik il-ġurnata.