Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 Il-Koperattivi f 'Malta . . . Mal-20,000 persuna involuti f 'aktar minn 70 koperattiva FTIT huma dawk li forsi ma semgħux bil-kelma koperattiva. Iżda sal- lum ħafna huma dawk li għadhom ma jafux eżattament x'inhu l-iskop fit-twaqqif ta' koperattiva u kif taħdem. L-ILLUM tkellem ma' Tony Dalli – President tal- Koperattivi Maltin li meta mistoqsi x'inhu l-kunċett primarju ta' koperattiva spjega li l-iskop hu li grupp ta' persuni bl-istess ħiliet jew ħiliet differenti jingħaqdu flimkien u b'mod ekwu u demokratiku imexxu negozju li joffri prodotti jew servizzi li minnu jgawdu il- membri kollha li jiffurmaw il-koperattiva. Mitlub jikkummenta dwar kemm jeżistu koperattivi f 'Malta, Dalli qal li bħalissa f 'pajjiżna jeżistu madwar 70 koperattiva. "L-aktar setturi popolari huma il- biedja, s-sajd, it- trobbija tal- annimali u trasport għalkemm irridu ngħidu li aktar riċenti nħolqu u qed ikomplu jinħolqu koperattivi f 'setturi bħalma huma l-pilotaġġ tal-port, il-media, il-qasam tal- informatika, childcare, ħwienet tal-merċa, spiżeriji, s-settur tas- saħħa, catering, servizz tal-laundry, sinjali tat- traffiku, konsulenzi, artiġjanat, propjetà u fit- turiżmu fost oħrajn." Il-President tal- Koperattivi kompla jisħaq li l-kunċett tal-koperattivi mhuwiex limitat għal Malta iżda dawn issibhom kullimkien fejn irrimarka li internazzjonalment il-koperattivi huma b'saħħithom ħafna. Mistoqsi dwar kemm hawn nies f 'pajjiżna li preżentement jaħdmu fil-koperattivi, Tony Dalli qal li madwar Malta u Għawdek hawn madwar 5,500 membru. "Dan l-ammont però, jekk tgħoddhom bħala familji jfisser li mill-koperattivi qed igawdu 'il fuq min 20,000 persuna." Staqsejna lil Dalli finalment dwar kemm jiġġeneraw xogħol il- koperattivi fejn qal li matul l-aħħar tlett snin, il- koperattivi bejniethom iġġeneraw turnover ta' madwar €80 miljun kull sena. Tkellimna wkoll mal-Ministru għall- Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona fejn staqsejnieħ kif iħares lejn dawn il-figuri u x'importanza qed jingħataw il-koperattivi sabiex ikomplu jkattru kemm fil-ħolqien tax-xogħol u t-tkattir tal-ekonomija. "L-istrateġija ekonomika ta' dan il-Gvern hija waħda ċara, dik li nkomlpu noħolqu klima ekonomika li tkattar l-investiment u tistimula l-ekonomija, tiċentiva l-ħolqien tal- impjiegi. Nemmnu lis-settur tal-koperattivi għandu rwol importanti f 'din l-istrateġija." Il-Ministru Cardona qal li dawn huma figuri inkoraġġanti u jikkonfermaw kemm il-koperattivi qed jagħtu kontribut importanti għall-ekonomija Maltija. Żied jgħid ukoll li l-Gvern jemmen fil-pripinċipji tal- koperattivi u f 'dan il-mudell ta' intrapriża demokratiku u sostenibbli. "Il-Gvern huwa kommess li joħloq l-ambjent neċessarju sabiex dawn in-numri jkomplu jiżdiedu u jsarrfu f 'aktar tkabbir ekonomiku. Bħalissa għaddejja riforma fil- moviment koperattiv lokali fejn qiegħda tiġi riveduta l-liġi li tirregola s-soċjetajiet koperattivi sabiex nagħmluha aktar relevanti għaċ-ċirkustanzi ta' llum. Qed naħdmu wkoll sabiex naraw li l-koperattivi jaħdmu fuq level playingfield ma' forom oħra ta' intrapriża." Minn naħa tiegħu il-Kelliem tal- Oppożizzjoni u Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo qal li dawn in-numri jitkellmu weħidhom, u jikkonfermaw l-importanza li għandu s-settur koperattiv fl- ekonomija Maltija. "Għalhekk huwa importanti ħafna li titkompla l-ħidma li nbdiet fl-2010 mal- moviment koperattiv biex jiġi rivedut il-qafas legali li fih joperaw il-koperattivi." Arrigo saħaq li s-settur koperattiv Malti għandu l-potenzjal li jikber ħafna aktar. "Bis-saħħa ta' koperattivi ġodda u l-iżvilupp ta' dawk eżistenti jistgħu jiżdiedu l-impiegi, jibdew jimirħu l-intrapriżi soċjali, l-koperattivi tal- ħaddiema u dawk finanzjarji, b'hekk tkompli tikber l-ekonomija Maltija b'mod sħiħ." Il-Kelliem Nazzjonalista kompla jgħid li meta wieħed jitkellem dwar il-koperattivi wieħed irid jifhem l-isfidi li għandhom. "Fid-dinja individwalista tal-illum, iktar persuni b'mod demokratiku qed jieħdu deċiżjonijiet flimkien u jaħdmu flimkien billi jsiru sidien tal-post tax- xogħol tagħhom għall-ġid ekonomiku u soċjali tal- familji tagħhom u tas- soċjetà li ngħixu fiha." Robert Arrigo temm jgħid li l-mudell koperattiv ta' intrapriża irid jingħata l-importanza meħtieġa b'mod li jkun hemm aktar għarfien dwar dan il-mudell alternattiv ta' negozju. Republic Street, Valletta next to the Courts Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt