Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
6 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 It-traffikar ta' immigranti CHRISTA BOFFA DIN il-ġimgħa kienet ġimgħa kkaratterizzata mit-traġedja umana fil-baħar ftit 'il bogħod minn xtutna fejn hu stmat li ħalliet 'il fuq minn 800 ruħ mejta. 800 ruħ li kienu qed jaħarbu minn pajjiżhom sabiex isibu futur aħjar 'il bogħod mill-faqar, gwerer u mill-mewt. 800 ruħ li ssugraw ħajjithom fuq qoxra tal- baħar li għalkemm ma tiswiex karlin, għalihom kienet tfisser it-tama ta' ħajja ġdida. Kienet traġedja li qajmet mill-irqad id-dinja kollha. Traġedja li finalment wasslet sabiex Malta flimkien mal- Italja jwasslu l-kruha ta' dawn l-imwiet mal-erba t'irjieħ, u fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea sabiex ħadd ma jkompli jagħlaq għajnejh quddiem it-traffikar organizzat tal-immigranti li qed ifittxu ħajja aħjar. L-ILLUM qed tagħti ħarsa ta' x'qed jgħidu wħud mill-protagonisti u osservaturi, kif ukoll il-fatti dwar l-immigrazzjoni irregolari u t-traffikar ta' bnedmin. Laboratorju tal-Paċi: Kważi ma sirna nħossu xejn fil- kuxjenza meta naraw it-twiebet mal-art, jew nisimgħu l-istatistiċi ta' dawk li mietu. Imma imbagħad hemm mumenti li jċaqalquna, li jġiegħluna naħsbu. L-aħbar li mietu aktar minn 700 persuna fil-Mediterran huwa eżempju ċar. Ġiegħlna naħsbu fuq il-ħajja li qed ngħixu u x'jiġifieri li tkun uman. Ġiegħlna naħsbu fuq il- globalizzazzjoni – fuq globalizzazzjoni li tgħix fuq in-nuqqas ta' ugwaljanza u l-inġustizzja – globalizzazzjoni li hija indifferenti għall-għajta tal-fqir. Nappellaw lill-gvernijiet biex jieqfu jkunu populisti biex jissodisfaw il-movimenti tal-lemin estrem u jieqfu jgħoddu lill-immigranti bħala kriminali. Adrian Grima, lettur l-Università: F'dawn il-jiem, Malta qed tospita r-IV Konvenzjoni tal-Maltin ta' Barra. Mument importanti ħafna biex aħna "l-Maltin ta' Malta" nsiru nafu lill-"Maltin ta' barra," nirrikonoxxu l-ħidma u l-aspirazzjonijiet tagħhom, nitgħallmu mingħandhom bħalma huma jibqgħu jitgħallmu mingħandna u jfittxuna bħala ħuthom f 'art twelidhom jew f 'art il- ġenituri tagħhom. Ħafna minnhom jaraw lilhom infushom bħala Maltin u jsegwu dak li qed jiġri fostna ferm iżjed milli aħna nagħtu kas ta' dak li qed jagħmlu huma. Okkażjoni biex insiru nafu mill-qrib lil dawk li telqu biex isibu ħajja aħjar. Dawk il-ħafna nies, għexieren ta' snin ilu u f 'ċirkostanzi diffiċli, qasmu l-baħar huma wkoll. Hemm differenzi importanti bejn dik l-emigrazzjoni "organizzata" u l-ħarba ddisprata ta' eluf ta' bnedmin, illum, mill-gwerra u l-ġuħ jew in-nuqqas ta' futur. Hemm ħafna. differenzi. Imma hemm ukoll ħafna xebh, għax il-bnedmin, huma fejn huma, huma min huma, jibqgħu bnedmin tad-demm u l-laħam, bid-drittijiet fundamentali tagħhom. Bl- aspirazzjonijiet li għandhom kull "Li kieku dawn ma kinux irġiel u nisa, imma minflok kienu istituzzjonijiet finanzjarji, li kieku dawn ma kinux nies imma kienu banek, kontu tkunu ilkom li salvajtuhom!" Alessandro Di Battista, Movimento 5 Stelle – partit ewroxettiku fl-Italja "Ma nistgħux ninsew li eluf ta' eluf ta' Taljani, fis-seklu li għadda, kienu telqu minn pajjiżhom lejn l- Amerika, l-Ġermanja, l-Awstralja, il-Kanada." G i a n n i Morandi, kantant Taljan wara li ġie attakkat fuq il-pożizzjoni li ħa fuq l-immigrazzjoni "Jekk l-Ewropa tkompli tagħlaq għajnejha għal din il-kriżi, ħa niġu ġġudikati bl-istess mod li xi wħud mill-pajjiżi ġew iġġudikati talli għalqu għajnejhom għal uħud mill-ġenoċidji li saru fis-seklu 19 u 20." Joseph Muscat, il-Prim Ministru Malti "Din hija kwistjoni Ewropa, u ħaqqha soluzzjoni Ewro- pea. Il-kondoljanzi fuq Twitter mhux biżżejjed." Roberta Metsola, MEP Maltija – "Lampedusa sar iċ- Check Point Charlie tas-Seklu 21" Angelino Alfano, Ministru Taljan għall-Affarijiet Interni "Din iġiegħlek taħseb, kemm ħa jieklu minnhom il-lampuki? Li ser jispiċċaw fu qil-mejda tagħna l-Maltin. U jekk xi ħadd minnhom ikollu l-ebola jew xi mard infettatt ieħor? Jien lanqas biss naħsibha biex niekol aktar ħut." Alex Pisani, li ddikjara lilu nnifsu president tal-'Għaqda Patrijotti Maltin' "Hija tal-mistħija. Irridu ningħaqdu flimkien biex naraw li ma jerġgħux isiru traġedji simili. Hija biss jekk jingħaqad kulħadd f 'daqqa li nistgħu nagħtu l-għajnuna u naraw li qatt ma jerġa' jkollna traġedji hekk" – Papa Franġisku, wara li tħabbar li madwar 300 immigrant għerqu ftit 'il bogħod minn Lampedusa f 'Ottubru tal-2013 "Ejja naraw li dak li ġara f 'Lampedusa jservi ta' allarm biex tiżdied l-għajnuna u s-solidarjetà, u biex nevitaw traġedji simili fil-futur" Cecilia Malm- ström, li waqt it-traġedja tal-2013 kienet Kummisarju Ewropew għall-Affarijiet Interni X'qed jgħidu . . . "It-traffikanti tal-immigranti huma t-traffikanti l-ġodda tal- iskjavitù. Irridu niddikjaraw gwerra kontrihom." Matteo Renzi, il-Prim Ministru Taljan