Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
8 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 LAWTUR u eks membru tal-Korp tal-Pulizija, Eddie Attard, huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa riċerkaturi f 'Malta f 'dak li għandu x'jaqsam mal- kriminalità f 'pajjiżna. Grazzi għal Eddie Attard illum se nibda bl-ewwel parti ta' waħda mill- akbar serqiet f 'Malta li minkejja li għaddew 67 sena baqgħet famuża li fiha kienu nsterqu l-pagi tal-ħaddiema tat- Tarzna. Hold-up li kien ippjanat tajjeb, imma li fih, il-ħallelin xorta kienu arrestati u tressqu l-Qorti. Fl-ewwel parti, minn ħamsa, illum se naraw fost oħrajn kif twettaq dan il- famuż hold-up. Jitwaqqaf trakk tan-Navy mimli flus Eddie Attard jgħid li mingħajr l-ebda dubju, is-serqa li l-aktar li qajmet għagħa f 'pajjiżna kienet dik li saret nhar il-Ħamis, 22 ta' April 1948 u li baqgħet magħrufa wkoll bħala "Is- Serqa tat-Tarzna jew tad- Dockyard" minkejja li ma saritx fit-Tarzna proprja. Baqgħet magħrufa hekk minħabba li l-flus li nsterqu f 'hold-up klassiku kienu l-pagi tal-ħaddiema tat- Tarzna fi żmien fejn kulħadd kien jitħallas fi flus kontanti. Dakinhar filgħodu, trakk tan-Navy Ingliża kien mar il-Belt fil-fergħa tal-Barclays Bank fi Triq ir-Repubblika, li dakinhar kienet tissejjaħ Strada Rjali, minn fejn inġabret is-somma ta' £126,740 (€175,438 kieku kellhom jissarfu llum), fi flus kontanti li kienu l-pagi għall-ħaddiema kollha tat- Tarzna. Għal dak iż-żmien din kienet somma kbira ħafna meta tqis li l-pagi kienu ta' madwar £2 fil- ġimgħa. Is-serqa saret għall-ħabta tal-10.30am fejn rapporti li dehru fil-ġurnali kienu rrapportaw li tnejn mill- ħallelin kienu libsin uniformi tal-Pulizija, imma dawn kienu rapporti żbaljati peress li fis-serqa ma ntużaw l-ebda uniformijiet. Is-serqa Il-ħallelin kienu f 'karozza tal-għamla Studebaker li, sidha kien għamel ftehim mal-ħallelin li fih kellu suppost jagħmel rapport mal-Pulizija li l-karozza tiegħu ġiet misruqa. Fil- verità iżda l-kriminali kienu ssellfuha mingħand sidha li kien jaf li biha kienet se ssir is-serqa. Il-ħallelin qagħdu jistennew il-wasla tat-trakk tan-Navy ħdejn il-pitkalija tal-Marsa, dik li kien hemm ftit 'l isfel minn fejn illum hemm il-kappella tal- MUSEUM fi Blata l-Bajda. Peress li f 'dak iż-żmien Triq Diċembru 13 ma kinitx għadha teżisti, it-traffiku għal Raħal Ġdid kien jgħaddi minn quddiem il- Knisja tat-Trinità tal-Marsa. Hekk kif it-trakk bil-flus wasal quddiem din il-Knisja, il-ħallelin, li kienu tlieta, saqu għal warajh u komplew isegwuh sakemm wasal fit-telgħa ta' Kordin fejn illum hemm l-MCAST. Kif it-trakk kien qed jinstaq fid-direzzjoni ta' Kordin, is-sewwieq tal-karozza bil-ħallelin fiha resaq viċin ħafna mat-trakk tan-Navy min-naħa tal- lemin tant li trakka miegħu b'konsegwenza li s-sewwieq tat-trakk kellu jnaqqas mill- veloċità. Kif il-ħallelin qabżu lit-trakk, il-ħallelin waqfu quddiem it-trakk u għalqulu t-triq. B'hekk il-karozza tal- ħallelin impediet il-passaġġ u s-sewwieq tat-trakk, Manwel Conti minn Tas- Sliema, ma kellux għażla oħra ħlief li jieqaf ħesrem. Sadanittant f 'nofs it-triq ħdejn il-mina ta' Bormla kompliċi ieħor suppost kellu jieħu ħsieb li jpoġġi tabella bis-sinjal 'No Entry' biex it-traffiku li kien ġej mid- direzzjoni ta' Bormla ma jkunx jista' jgħaddi u b'hekk il-ħallelin ma jkollhom lil ħadd ifixikilhom kif ukoll inqas xhieda. Imma min kien imqabbad biex ippoġġi din it-tabella għal xi raġuni m'għamilhiex. Hekk kif it-trakk tan- Navy waqaf ħesrem, il- ħallelin ħarġu mill-karozza. Dawn kellhom wiċċhom mgħotti b'imkatar, bi xkora u ieħor kellu għata oħra ma' wiċċu. Il-ħallelin kienu armati b'revolvers u machine gun li minnufih ippuntawhom lejn Conti. Miegħu fl-istess vettura kien hemm il-kap messaġġier tal-uffiċju tal-cash tat- Tarzna, John Debarro, ċertu Papagiorcopolo li kien l-assistent kaxxier tat-Tarzna u l-iskorta magħmula minn tliet baħrin Ingliżi, Leading Stoker Cocks u Able Seamen J. Holis u L. Manteville. Dawn kienu armati biss b'bajjunetta u għalhekk ftit setgħu joffru reżistenza jew joffru xi tip ta' theddida għall-ħallelin li kienu armati b'armi tan-nar. Il-ħallelin ordnaw li dawk li kienu fit-trakk biex jinżlu u jitbiegħdu minnu, filwaqt li t-tliet kriminali telgħu John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt It-triq fejn seħħ il-hold-up kif kienet fl-1948 Is-Serqa tal-Pagi tat-Tarzna fl-1948 - L-ewwel parti Hold-up ippjanat tajjeb li fih insterqu Il-ħallelin kienu armati b'revolvers u machine gun…