Illum previous editions

illum 26 April 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 26 ta' April 2015 | illum 9 fit-trakk u ħarbu fid- direzzjoni ta' Ħal Tarxien u abbandunaw il-karozza li marru biha fuq il-post tar-reat. Qabel ħarbu wieħed mill-ħallelin spara xi tiri fl- ajru biex ibeżża' lill-baħrin Ingliżi. Imorru uffiċjali għoljin tal-Pulizija fuq il-post tas- serqa Hekk kif il-Pulizija kienu infurmati b'din is-serqa, marru fuq il-post diversi uffiċjali għoljin tal-Pulizija fejn twaqqaf it-trakk u fejn ħallew lill-vittmi f 'Raħal Ġdid. Dak iż-żmien il-Kap tad-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali kien is-Supretendent Manwel Calleja, filwaqt li Joseph Ullo, kien il- Kummissarju tal-Pulizija. Għall-ewwel kien maħsub li l-kriminali setgħu kienu barranin, jew minn persuni li kellhom l-intenzjoni jitilqu minn Malta wara s-serqa. Għaldaqstant saret għassa stretta kemm fl-ajurport kif ukoll fil- portijiet. Il-Pulizija kienu wettqu tfittxija intensiva fir- residenza ta' Manwel Conti, is-sewwieq tat-trakk li l-Pulizija ssuspettaw li seta' kien kompliċi fis-serqa. Waqt din it-tfittxija kienu wkoll elevaw is-saqqijiet mid-dar ta' Conti, li dak iż- żmien kienu tal-ħaxixa, biex ifittxu fihom. Eddie Attard qalli li min kien jaf lil Conti kollha ddiskrvewh bħala raġel tal- affari tiegħu ħafna, tant li kien hemm minn ikkritika bl-aħrax il-mod kif il- Pulizija aġġixxiet ma' Conti u li dak li għamlu l-Pulizija kien ta' għajb. Fil-fatt it-tfittxija rriżultat fin-negattiv u Conti ma kienx baqa' aktar suspettat. L-Awtoritajiet Navali kienu offrew is-somma ta' £5,000 lil min jagħti informazzjoni fejn setgħu nħbew il-flus misruqin. Jinstab it-trakk abbandunat L-ewwel żvilupp dwar din is-serqa kien is-sejba tat-trakk tan-Navy Ingliża li fuqu sar il-hold-up. Dan instab abbadunat f 'Wied is-Sewda, limiti ta' Ħaż- Żebbuġ, post li anke fil- passat riċenti mhux l-ewwel darba li l-Pulizija sabu vetturi abbandunati wara xi reat. Din l-informazzjoni kienet waslet għand il-Pulizija madwar 45 minuta wara li seħħet is-serqa. Kien għall-ħabta ta' 11.45 am tat-22 ta' April 1948 meta Salvu Borg minn Ħaż- Żebbuġ informa lill-Pulizija li f 'Wied is-Sewda kien ra trakk tan-Navy li minnu ra niżlin tnejn min-nies b'xi affarijiet f 'idejhom. Borg qal li għamel xi ħin jistenna lil dawn in-nies, li ma kienx jaf min kienu. Meta dawn telqu minn fuq il-post, Borg resaq lejn it-trakk biex jara kienx hemm xi ħadd fih, iżda ma kien hemm ħadd. Aktar tard, f 'bir f 'għalqa fl-istess inħawi l-investigaturi sabu par ingwanti u inċirata tax- xita li f 'wieħed mill-bwiet ta' din l-inċirata kien hemm revolver imgeżwer f 'biċċa ċarruta ħadra. Jissokta l-ġimgħa d-dieħla bit-tieni parti Fil-ħarġa tal-ġimgħa d-dieħla nkomplu bit- tieni parti ta' din is-serqa fejn naraw kif il-Pulizija waslitilha informazzjoni dwar il-ħallelin, jekk instabux il-flus, min tkellem, aktar dettalji u aktar ritratti. Il-karozza li ntużat mill-ħallelin It-trakk tan-Navy Ingliża li fuqu kienu qed jinġarru l-pagi tal-ħaddiema tat-Tarzna Il-bir li fih il-Pulizija sabu l-inċirata tax-xita, par ingwanti u revolver insterqu aktar minn €175,000 Ritratti: ARKIVJI GWU

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 April 2015