Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/501318
10 illum | Il-Ħadd 26 ta' April 2015 L-Ewwel ħsibijiet tas-sindki VERONICA LYNN MIZZI WARA r-riżultat tal- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta' nhar is-Sibt li għadda f '34 lokalità, ġew eletti 34 sindku għal- lokalitajiet rispettivi tagħhom. Minn fost dawn is-sindki kien hemm 19 li ġew eletti f 'dan l-irwol għall-ewwel darba, li minnhom bosta huma żgħażagħ fosthom l-iżgħar sindku fl-istorja, li għad għandu 18-il sena. Lil dawn is-sindki staqsejniehom dwar x'inhuma l-ħsibijiet tagħhom issa li huma eletti sindki tal- lokalitajiet tagħhom u kif se tissaraf il-ħidma tagħhom f 'dan l-irwol fis- snin li ġejjin. Sindki f 'isem il- Partit Nazzjonalista Ġiljan Aquilina – Ħal- Għargħur Biex inkun nista' nibda bil- ħidma mingħajr dewmien, qed insib kooperazzjoni assoluta kemm min-naħa tas-sindku preċedenti Mario Gauci, kif ukoll min-naħa tal-kunsilliera l-oħra. Hemm il-ħsieb li fil-ħidma tal-kunsill jiġu involuti nies li qabel servew fih jew li kkontestaw l-elezzjoni u ma ġewx eletti. Nemmen ukoll li għandi nibqa' viċin in-nies kollha bla ebda distinzzjoni. Waħda mil-lezzjonijiet li nitgħallmu minn wara kull elezzjoni hija l-fatt li man-nies hemm bżonn ta' kuntatt kontinwu. Dan ma jfissirx li taqdi lil kulħadd. Fl-opinjoni tiegħi iżda, jfisser li tisma' lil kulħadd, tara x'jista' jsir u fejn ma jista' jsir xejn, tkun umli biżżejjed biex tmur lura għand l-individwu u tgħidlu l-fatti kif inhuma. Naħseb b'hekk wieħed ikun qiegħed jibni relazzjoni ta' fiduċja mar-residenti li fl- aħħar mill-aħħar eleġġewna għax kellhom il-fiducja fina. Karl Gouder–San Ġiljan Fil-lokalità San Ġijan hemm sfidi kbar u jeħtieġ li jkun hemm l-għajnuna ta' ħafna nies. Il-prijorità prinċipali hi li l-Kunsill ikun viċin tan-nies u li n-nies iħossu dan. Min-naħa l-oħra minbarra l-attenzjoni lejn l-affarijiet ġenerali tal- lokalità, hemm bżonn li jkun hemm diskusskjonijiet dwar il-bilanċ meta jkun hemm influss qawwi ta' turisti. Irid ikun hemm relazzjoni tajba mal-indstrija tat-turiżmu u tal-entertainment, imma jrid jinstab bilanċ, fejn dawn jimxu 'l quddiem, imma mhux għas- skapitu tar-residenti. Ian Spiteri – Ħal-Balzan Jien m'għandix kliem biex nirringrazzja lill-Balzanin kollha tas-sapport kbir li tawni, mhux biss lil dawk li vvutawli imma lil kull min laqgħani ġewwa daru u ta' dan jien obbligat. Ħassejt li kelli nikkontesta din l-elezzjoni biex nagħmel differenza, mhux biss għar- raħal tiegħi li tant għandi għal qalbi, imma differenza f 'kif għandha titwettaq il-politika lokali. Għalkemm għall-ewwel bdejt nippanika kif se nwettaq dak kollu li nixtieq nara ġewwa l-lokalita', minħabba finanzi u riżorsi limitati, il- ħajja għallmitni li b'kawtela u b'għaqal jistgħu jsiru avvanzi kbar. Nixtieq nara l-għaqda bejn ir-residenti kollha, huma min huma, u għalkemm naf li mhux dejjem tista' tikkuntenta lil kulħadd, naf bic-ċert li l-ġid komuni se jinħass f 'qasir żmien. Franco Ciangura – Għajnsielem L-aktar ħaġa li dejjem emmint fiha u li tħalli r-riżultati hija l-għaqda. Għalhekk għażilt 'Flimkien Nirnexxu' bħala frażi għall- kandidatura tiegħi, u dan ser ikun il-bażi li fuqha se naħdem flimkien ma' sħabi l-Viċi Sindku u l-kunsilliera, għal iktar għaqda u koperazzjoni bejn l-għaqdiet, inkluż tal-parroċċa, għall-ġid tar-raħal tagħna. Ħsieb ieħor huwa li naħdmu aktar għal ħajja aħjar fost ir- residenti ta' kull età, minn tfal sa anzjani, u ta' dawk li jiġu jżuruna. Nixtieq li naħdmu aktar fuq l-aspetti soċjali u kulturali, minbarra dawk infrastrutturali. Lest li naħdem b'impenn, responsabbiltà, onestà u dedikazzjoni, flimkien ma' sħabi u napprezza ħafna l-għajnuna u l-koperazzjoni ta' kull min jgħix fir-raħal tagħna ta' Għajnsielem. Edwin Vassallo – Il-Mosta Il-prijorità tal-kunsill tagħna se jkun it-tisħiħ tal-komunità tal-Mosta u li l-valuri tal- inklussività u s-solidarjetà jiġu mħarsa. Se nkunu Kunsill Lokali ta' 13-il kunsillier li jaħdem biex l-isforz ikun wieħed kollettiv u mhux ta' maġġoranza u minoranza. Graziella Galea – San Pawl il-Baħar Bħala sindku nemmen li għandi nkompli nkun viċin ir-residenti sabiex nisma' u nilqa' s-suġġerimenti u l-ideat tan-nies. B'hekk il-lokalità tista' timxi 'l quddiem u titjieb il-ħajja tar-residenti. San Pawl il-Baħar hi lokalità unika u kbira mifruxa mix-Xemxija sa Burmarrad li tilqa' fiha nies b'kulturi differenti li ġejjin minn diversi lokalitajiet, pajjiżi u oqsma tas-socjetà. Fost il- prijoritajiet li se nkun qiegħda niffoka fuqhom hemm l-indafa, il-parkeġġ, is-sigurtà tar-residenti, il-postijiet miftuħa, l-infurzar, u x-xogħol infrastrutturali. Dawn il-prijoritajiet jolqtu lilna r-residenti fil-ħajja ta' kuljum u għalhekk hu importanti li nagħmel l-almu tiegħi flimkien mal-membri tal- kunsill sabiex dawn jingħataw l-importanza neċessarja għall- ġid tar-residenti. Edward Said –Nadur Din kienet l-ewwel darba li jiena kkontestajt u b'sodisfazzjon kbir ġejt elett bħala s-sindku l-ġdid ta' din il- lokalita' b'675 vot mal-ewwel għadd. Dan ifisser li n-nies apprezzat li jiena ddedikajt ħafna mil-ħin tiegħi fl-aħħar xhur sabiex niltaqa' magħhom u nismahom. Filwaqt li se nibbaża l-ħidma tiegħi fuq ir-rispett, l-għan tiegħi huwa li nipprovdi garanzija ta' kontinwità, naċċerta li jkollna riorganizzazzjoni tal-mod kif jopera l-kunsill lokali, noħolqu attivitajiet ġodda u aktar innovattivi, inġib 'il quddiem ir-relazzjonijiet tal- Kunsill Lokali ma' entitajiet oħra u nwettqu proġetti sostenibbli. Dan kollu jrid isir b'aktar involviment tar-residenti fl-istrutturi tal-Kunsill, speċjalment taż- żgħażagħ.