Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
2 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 62 52 23 89 27 39 17 51 CHEMIMART Pharmacy Republic Street, 20/21, Triq ir-Repubblika, Valletta CHEMIMART International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun ST. Venera Pharmacy, 532, Triq il- Kbira San Guzepp, Santa Venera FLEURDELYS Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara ST. Luke Pharmacy, Triq San Luqa, Pietà MARC Pharmacy, 92, Triq il-Mensija, San Ġwann BROWN'S Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema ILMEĦRIEŻ Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin ST. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur MELLIEĦA Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Mellieħa DE Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola VERDALA Pharmacy, 57, Triq il- Gendus, Bormla BELLAVISTA Pharmacy, 88, Triq il- Hortan, Marsascala MEDICAID Pharmacy, 62, Vjal it- Torri, Gudja PASTEUR Pharmacy, Triq it-Tellerit, Safi ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi NOVA Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat AZZOPARDI Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Victoria SOKKORS Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 15˚ Ċ TEMP: Sabiħ b'ħafna sħab għoli għall- ewwel VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 l-aktar mill-Punent għall-ewwel, li jsir mix-Xlokk lokalment forza 3 għal 4 BAĦAR: Hafif IMBATT: Ftit li xejn L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 16 Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 2 għal 3 li jsir forza 3 għal 4 BAĦAR: Hafif IMBATT: Ftit li xejn Il-bini ta' università ġdida f 'Wied il-Għajn . . . Madwar 4,000 student li ħafna minnhom ikunu studenti barranin Ikompli minn paġna 1 Il-bini ta' din l-università hu mistenni li jitlesta fi żmien erba' snin u hu mifhum l-gvern Malti ilu issa għal żmien f 'negozjati mal-investituri Ġordaniżi, is-Sadeen Group li diġà għandu żewġ kumpaniji rreġistrati f 'Malta bl-isem ta Sadeen Education Investment Limited u Sadeen Rehabilitation Services Malta. L-American University of Malta se tkun qed titmexxa mid-DePaul University li hi Università Kattolika Amerikana u li tilqa' fi ħdanha 'l fuq minn 20,000 student. Hu mifhum li f 'Malta l-American University of Malta se jkollha madwar 4,000 student li ħafna minnhom ikunu studenti barranin. "Aħna nilqgħu kull investiment li jagħmel ġid lis-soċjetà Maltija u lill-poplu tagħha. Madanakollu, wieħed irid jara wkoll li meta jkunu qegħdin jiġu ppjanati proġetti bħal dawn, jiġu ikkunsidrati b'serjeta' wkoll fatturi ambjentali u soċjali. Huwa għalhekk ferm importanti li din l-Università Amerikana li hija ippjanata, tiġi rilokata f 'zona fin-Nofsinhar ta' Malta biex ittejjeb l-ambjent preżenti minflok ma tiġi mibnija fuq art verġni li qed isservi ta' pulmun naturali. Proġetti edukattivi m'għandhomx iservu ta' skuża għal żvilupp ta' bini kummerċjali bil- konsegwenza li jiġi stuprat il- wirt naturali Malti." Dan qalu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, Arnold Cassola b'referenza għall-proġett li ħabbar il-Prim Ministru dwar in-Nofsinhar ta' Malta. Minn naħa tiegħu Carmel Cacopardo, Deputat Chairman u kelliem għall-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli, qal li l-campus tal-Università proposta se jkun qed jokkupa medda kbira ta' art li tinsab barra ż-żona tal- iżvilupp. "Filwaqt li d-dettalji tal-proposta għadhom ma ġewx ippubblikati s'issa, huwa mifhum li medda ta' art sostanzjali bejn ix-Xgħajra ta' Ħaż-Żabbar u Zonqor Point f 'Wied il-Għajn se tkun meħuda għal dan il-proġett. AD tikkalkula li bejn wieħed u ieħor l-art meħuda ser tkun ta' madwar 20 ettaru u din teskludi iktar art verġni li tkun meħtieġa għall-iżvilupp ta' toroq, serviżżi u infrastruttura varja." Cacopardo qal ukoll li l-impatti soċjali u ambjentali ta' dan il-proġett iridu jingħataw importanza anke f 'dan l-istadju bikri. "L-art li tidher li hija mmarkata għall-iżvilupp hija art agrikola x'aktarx qrib ħafna u possibilment x'aktarx tinkludi medda ta' art li l-Pjan Lokali għan-Nofsinhar jiddeskrivi bħala siti ta' importanza xjentifika u żoni ta' importanza ekoloġika proposti għall-protezzjoni". Carmel Cacopardo temm jgħid li l-Alternattiva Demokrastika hija tal-opinjoni li l-iskala tal-investiment propost hija enormi, mhix sostenibbli u tieħu wisq art. "Malta ma tistax u ma għandhiex tissagrifika għal dejjem daqshekk mill-wirt naturali tagħħa għal gwadann immedjat." Intant b'reazzjoni għall- konferenza tal-aħbarijiet mogħtija minn Alternattiva Demokratika, il-gvern qal fi stqarrija li filwaqt li jinnota li l-AD hija pożittiva dwar il-kunċett ta' istituzzjoni edukattiva ġdida fin-naħa ta' isfel tal-pajjiż, jidher li l-informazzjoni bażika li għandha hija żbaljata. Il-gvern qal li fost l-oħrajn, intqal li l-proġett se jokkupa aktar minn 200,000 metru kwadru. Il-fatti huma li l-proġett qed ikun propost li jkun fuq zona li hija anqas min-nofs ta' dak li ntqal. Jerġa' m'hemmx intenzjoni li jkun hemm żvilupp fuq iz-zona kollha iżda li jkun hemm ħafna nħawi miftuħa. Intqal ukoll li z-zona hija ta' mportanza xjentifika. Il-Pjan Lokali għan-nofsinhar ta' Malta mill-MEPA fl-2006 u li partijiet minnu qatt ma ġew implimentati jissuġġerixxi li parti miż-żona tal-kosta tista' tiġi kklassifikata bħala zona ta' importanza xjentifika. Il-Gvern se jara li jittieħdu l-miżuri kollha possibbli sabiex din iż-żona tiġi affettwata mill-inqas. Ta' min jirrimarka li l-iżvilupp ikkunsidrat huwa limitat għal dawk il-partijiet li fis-sondaġġ tal-Università ta' Malta tas-sena 2000 kienu ġew identifikati bħala art agrikola abbandunata. Jirriżulta li s-sitwazzjoni għadha l-istess sal-lum. Bħalissa l-Gvern għaddej b'konsultazzjonijiet informali qabel iħabbar il-proġett li l-proċess tiegħu se jkun jinvolvi wkoll konsultazzjoni pubblika mandatorja skont il-liġijiet tal-pajjiż. Barra minn hekk l-iżvilupp irid ukoll jgħaddi mill-proċess ta' studji tal- impatt ambjentali. Arnold Cassola jitkellem dwar il-proġett propost f 'Wied il-Għajn