Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 11 ġdid wara 94 sena fl-istess binja isostni l-eks speaker Michael Frendo, "Iktar minn 80% tal-liġijiet li jiġu quddiem il-Parlament, joriġinaw b'xi mod mil-liġijiet Ewropej." Issa, minħabba li l-bini tal- Parlament il-ġdid huwa mibni għall-iskop uniku ta' parlament, il-format ta' din l-istituzzjoni se jkun aktar adatt għall- ħtiġijiet tad-deputati. Dan jinkludi bosta faċilitajiet ġodda li l-bini tal-parlament ta' qabel ma kienx jappartjeni, fosthom l-aċċess għal persuni b'diżabilità u b'mod partikolari, diversi teknoloġiji moderni li għandhom jiffaċilitaw aktar il-ħajja tal-membri parlamentari. Dan meta mqabbel mal-fatt li fl-1989 ġie introdott għall-ewwel darba l-kunċett tal-word processing, biex għamel il-Parlament, l-ewwel dipartiment tal-Gvern li kien qed jagħmel użu minn din it-tip ta' teknoloġija. Interessanti kif issa, fil-parlament il-ġdid, se jkun qed jinbidel ukoll il-format tal-istess siġġijiet. Fejn aħna mdorrijin naraw il-membri parlamentari bil-qiegħda quddiem xulxin maż-żewġ naħat tal-kamra skont il-partit politiku tagħhom, issa l-format fiżiku tal-kamra se jkun differenti għaliex se jkollu l-forma ta' emiċiklu. Dwar dan il-format ġdid u l-ħsibijiet ġenerali tal-bdil tal-kamra tar-rappreżentanti, tkellimna maż- żewġ whips tal-kamra, Godfrey Farrugia u David Agius. Bħala membru parlamentari u l-whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista, David Agius semma kif, "Il-Parlament il-ġdid hu bini li jissimbolizza d-demokrazija. Binja fid-daħla tal-belt kapitali li turi l-importanza li pajjiżna jagħti lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Dan hu bini li joffri lid-deputati parlamentari aktar mezzi moderni biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom. Binja moderna, b'faċilitajiet moderni li jgħinu biex inwasslu l-messaġġ tagħna aħjar. Il-fatt li s-seduta plenarja se tkun imxandra fuq it-TV, apparti li se tkun ukoll streamed fuq l-internet u mxandra fuq ir-radju, se twassal biex il-poplu jkun aktar qrib ta' dak li jkun qed jiġri fil-Parlament. Bħala Oppożizzjoni, se naraw li nkomplu nkunu oppożizzjoni kostruttiva u proposittiva bħalma konna fl-aħħar xhur. Dan se jwassal biex il-poplu jkompli jifhem li l-Partit Nazzjonalista hu verament Gvern alternattiv. Bħala whip, se nkompli nħeġġeġ lid-Deputati biex jagħmlu l-almu tagħhom ħalli jagħmlu użu massimu tal-faċiltajiet li joffri l-Parlament il-ġdid," temm jgħid il- whip Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra, l-whip tal- Gvern, semma d-diversi rwoli importanti li għandha l-istituzzjoni tal-Parlament, "ll-ewwel darba, il-Parlament Malti se jkollu binja ewlenija li tirrappreżentah, dar ġdida li tagħtih ġieħ u tkompli ssebbaħ il-ġrajja tal-Parlament Malti li tmur lura sal-1921. Il-ħtieġa biex il-Parlament Malti jkollu s-sit tiegħu, 'il bogħod mill- Palazz tal-President tar-Repubblika kienet ilha tinħass, iżda l-fehmiet kienu diversi dwar il-post adatt. Daqshekk ieħor u ferm aktar snin kien ilu jiġi diskuss il-proġett ta' Bieb il-Belt, u fl-2010 ttieħdet deċiżjoni pjuttust kontroversjarja li dan il- proġett jinkorpora wkoll il-bini tal- Parlament Malti. Ir-riżultat aħħari jixhed żewġ binjiet sbieħ mibnija fuq stil arkitettoniku li hu kontemporarju f 'Belt mibnija fi żmien l-Ordni ta' San Ġwann, u b'nefqa ta' 45 miljun iffinanzjata mill-privat. Internament, għalkemm eleganti ħafna fis-sempliċità tat-tqassim u l-inkorporazzjoni tal-mina tat- tramm, ikollna nammettu li ma jaqdix għal kollox il-funzjonijiet prattiċi tal-ħidma parlamentari minħabba nuqqas ta' spazju. Per eżempju, m'hemmx kmamar allokati għas- Segretarji Parlamentari u ċ-chairpersons tal- Kumitati Permanenti fejn qabel, fil-Palazz, kien hemm. Allura se jkollna naqsmu l-ħin. Min-naħa l-oħra, l-ħsieb wara d-disinn hu għani, jiġifieri li l-poplu jkollu l-akbar aċċess madwar il-binja fid-daħla ta' beltna, u li l-binjiet b'għamla ta' forti min-naħa ta' ġenb minnhom biex jikkumplimentaw lil San Ġakbu, huma trasparenti għal kollox min-naħat l-oħra. Iżda jekk l-għan tad-development brief kien il-kunċett ta' ftuħ, dan żbilanċja l-isfida tal-ħarsien tas-sigurtà, għax in-nuqqas ta' ħsieb f 'dan ir- rigward hi xi ħaġa li tħassbek. Ninnota wkoll li l-bini tal- Parlament Malti u d-dekor tiegħu hu wieħed ta' energy saving u din hi xi ħaġa ferm pożittiva. Minn dan l-aspett, fuq inizjattiva tal-Gvern u bi qbil mal-Oppożizzjoni, l-abozz li se niddiskutu fil-kamra fil-ftuħ se jkun dwar il-ħarsien tal-klima. M'hemmx dubju li dan il-ftuħ, hu opportunità li se jnissel tiġdid, aktar trasparenza permezz tat- tagħmir elettroniku modern li se jsaħħaħ ir-relazzjoni ta' din l-istituzzjoni rappreżentattiva tal- poplu mal-istess poplu." "Binja fil-belt kapitali li turi l-importanza li pajjiżna jagħti lil din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż" -David Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015