Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 13 Il-mod kif hi mqassma din il-mitħna hi xi ħaġa ta' meravilja fejn il-fetħa tagħha jgħaddi trakk minnu biex ikun jista' jgħabbi d-dqiq u anke jirriversja biex joħroġ komdu mill- mitħna. Kienu diversi Maltin u Għawdxin u anke turisti li l-Ġimgħa kienu mdawrin mal-mitħna (li l-makkinarju tiegħu ngħata il-ħajja minn inġiniera Għawdxin), mis-segretarju tal-Kunsill Anthony Grech li bil- paċenzja kollha f 'ġurnata ta' festa pubblika qagħad ifiehem u jdawwar lil bosta nies li ġew jarawha fejn kollha ġew milqugħa mis-sindku Karmena Said li fuq wiċċha kien jidher is- sodisfazzjon li dak li 60 sena ilu kienet lokalità sigrieta għall-popolazzjoni, illum hu miftuħ għal pubbliku li mar bi ħġaru. L-entratura hi ta' madwar €3 b'riduzzjoni għall- anzjani, residenti u tfal u meta tkun qed taħdem il-prezz jogħla b'xi €2 oħra. Mal-entratura wieħed għandu bħal telefon li minnu jisma' l-istorja ta' kif inbniet din il-mitħna u kif il-qamħ jindires u jsir dqiq li minnu jsir il-ħobż. Din il-mitħna tirrapreżenta wieħed mill-aħjar eżempji ta' wirt industrijali fil-gżira Għawdxija. Din l-inizjattiva ser issostni bil-qabda l-isforzi biex Għawdex ikompli jistabilixxi ruħu bħala destinazzjoni turistika distinta. Kienet esperjenza oħra li tani Għawdex u li jien qed naqsam magħkom - teżori moħbija li llum permezz ta' ħidma mill- gvernijiet bl-għajnuna tal- fondi Ewropej huma teżori li jista' jgawdihom kulħadd. Il-pagi baxxi Biex jiddedika Jum il-Ħaddiem u l-pagi baxxi Simon Busuttil mar iżur il-Betsson fejn il- ħaddiema jaqilgħu pagi li tant huma kbar li kieku Jum il-Ħaddiem jiġi ċċelebrat kuljum. Imbgħad Xmun imur jikteb li l-ħaddiema barranin qed jiġu Malta minħabba l-pagi baxxi. Ma nifhmux. Michelle u l-Grand Cross Kemm ħa pjaċir Joseph Muscat li l-Kavallier Gran Mastru Ingliż dak ismu ma ddurlix li għandu żaqq ta' porku ta l-unur tal-Grand Cross of the Order "pro merito melitensi" lil Michelle Muscat. F'kumment qasir u f 'waqtu lill-Poodle, il-Prim qalilna: "Jiena naqbel li Michelle the love of my life, tingħata il-Salib il-Kbir tal-ordni." U wara nfaqa' jidħak. Ola, olla, s-salib il-kbir, olla olla, olla, oooollllaaa. Ole! Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil- mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … l-art fix-Xlendi Il-post fejn jindires il-qamħ Is-sindku Karmena Said fil-post fejn jidħlu t-trakkijiet biex jgħabbu l-qamħ illum@mediatoday.com.mt Jekk nitqanżaħ ftit ieħor ħa nagħmel taħti jew jixpakka l-qalziet! Din il-mitħna tirrapreżenta Kemm hi aħjar Sqallija mal- ħbieb tiegħi Irranġani Simon, nsaħħan is-siġġu ġabni Il-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar Simon, nsaħħan is-siġġu ġabni Jien l-eks sindku by the name of Shirley Kathmandu tal-Mosta, minn hawn nixtieq ngħidilkom li nħossni onorata li wara li ħallejt tebgħa kbira fuqi u fuq il-Mosta qed nistieden il-Edwin li jieħu posti u z-zokk li ħallejtlu Imnalla kien Lawrence, għax kieku għadna f 'dik il-kamra mortwarja L-MP George Pullicino, Tonio Fenech u Clyde Puli Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil Il-Kavallier Gran Mastru fil-laqgħa tiegħu mal-PM Shirley Farrugia