Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 I ltqajt ma' Anton fid- dar tiegħu fi pjazza San Franġisk, faċċata tal-post fejn twieled u serva bħala ministru għal madwar 10 snin. Huma fil-fatt ftit li jafu li l-Ministeru għal Għawdex snin ilu kien sptar u li fuq l-isptar, fejn hemm is-segretarjat u fejn iservi l-Ministru għal Għawdex, dak iż-żmien, kien appartament fejn kien joqgħod ir-Resident Medical Officer (RMO) tal-isptar, li kien missier Anton, it-tabib Anton Tabone magħruf aktar bħala l-Prinċipal. Is-sular fejn Anton u ħutu twieldu kellu jispiċċa bħala parti mill-uffiċċju fejn serva bħala Ministru għal madwar 10 snin. Anton twieled f 'dak li kellu jkun l-ewwel uffiċċju tal-ewwel Ministru ta' Għawdex u spiċċa jgħix faċċata tiegħu. Anton trabba fil-politika hekk kif missieru, barra li kien tabib u supretendent mediku tal-Isptar ta' Għawdex, kien ukoll membru parlamentari. Eżatt qabel l-elezzjoni tal-1966, missieru ħassu ma jiflaħx u kien ħażin ħafna. Anton kellu pressjoni qawwija mill-PN biex joħroġ hu, għax kien beda jinstema' diskors min-nies li ma joħorġux jivvutaw jekk ma jkunx hemm xi ħadd minn tal-Prinċipal. Fil- fatt Anton għażel li jikkontesta l-elezzjoni u tela' fil-Parlament flok missieru, li wara rkupra saħħtu. "Dan jista' jfisser li kieku missieri ħassu ma jiflaħx xahar wara l-elezzjoni, x'aktarx stajt ma kontx nitħajjar inkun fil-Parlament", u forsi jien ma kontx inkun qed nintervistah. Anton qalli wkoll li malli tela' fil-Parlament, il-Bank Nazzjonali ta' Malta, fejn hu kien jaħdem, waqqfuh mix-xogħol. Ma tistax tiltaqa' ma bniedem li kien Ministru għal Għawdex u kien membru tal-Kunsill Ċiviku għal Għawdex u ma titkellimx fuq il- viżjoni tiegħu għal Għawdex. "Prijorità hi l-irwol li Għawdex għandu jkollu fl-Arcipelagu Malti - Għawdex mhux estensjoni ta' Malta. Hemm baħar jifred u jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer u dan ta lil Għawdex identità distinta. Din ir-realtà rridu niddefenduha. Wasal il-mument li dan kollu jiġi rikonoxxut b'mod uffiċjali." beda jgħid Anton Tabone. "Għawdex x'inhu għal Malta? Din hi l-mistoqsija li wieħed għandu jistaqsi. Skont l-istess natura tiegħu Għawdex hu gżira reġjun ta' Malta - iżda jrid jiġi meqjus bħala reġjun mhux bid-diskors biss jew bil-kitba biss, imma bil-liġijiet tal- pajjiż, biex il-Gvern ċentrali ikun obbligat japplika politika reġjonali u speċifika għal Għawdex. U dan fis-sustanza mhux qed isir. Qabel kien hawn Kunsill Ċiviku li fl- 1973 ġie abbolit wara li kien sar referendum u kien hemm direttiva biex l-Għawdxin jibojkottjaw ir- referendum għal raġunijiet validi. Nemmen li f 'Għawdex għandu jkun hawn kunsill reġjonali li jmexxi fuq dak il-livell. Fl-istess waqt ikollu wkoll il-ministeru tiegħu li jmexxi fuq livell nazzjonali. Ma tistax iżżarma ministeru għax inkella tkun qed tattakka l-istess kunċett għall-ħolqien tiegħu. Għalhekk ma naqbilx li tneħħiet is-Saħħa u l-Edukazzjoni minn taħtu. Ministeru u Kunsill Reġjonali għandhom ikunu awtonomi imma kumplimentari u jistgħu jservu ta' checks & balances. Nemmen li anke f 'Malta għad jista' jasal iz- zmien li jinbidel il-kunċett ta' ħafna kunsilli, u jagħmel wisa' għal ħames reġjuni, erba' f 'Malta u gżira reġjun f 'Għawdex, minflok 67 kunsill lokali." Meta Malta saret membru tal- Unjoni Ewropea, il-Gvern Malti rabat b'addenda b'mod unilaterali Dikjarazzjoni fuq Għawdex li fiha John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Anton Tabone - 10 snin speaker Twieled u għex ir-Rabat għal dawn l-aħħar 77 sena Miżżewweġ lill-Marguerite Stivala u missier 3 subien, Anton, Mark u Robert Inħatar l-ewwel Ministru għal Għawdex fl-1987 u reġa' ngħata l-istess ħatra fl-1992 Bejn l-1998 u l-2008 kien speaker tal- kamra tad-deputati Anton Tabone