Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 15 sejjaħlu "gżira reġjun", u fejn qabel kull baġit tal-Unjoni, l-Gvern Malti għandu il-fakultà li jipproponi lill- Kummissjoni tagħmel rapport bil- għan li dan jindirizza d-differenzi ekonomiċi u soċjali li jeżistu bejn Malta u Għawdex bħal prodott domestiku gross, u jindika miżuri biex b'hekk jitnaqqsu d-diverġenzi. Din il-fakultà tidher li ma tħaddmitx, għalkemm f 'Ottubru ta' qabel l-elezzjoni tpoġġa rapport tal-Kummissjoni fuq il-mejda tal-Kamra. Anton Tabone qal li l-addenda tad-Dikjarazzjoni għadha teżisti, valida u applikabbli. Innutajt li meta Anton Tabone jitkellem fuq il-Parlament jagħmel hekk b'entużjazmu – riżultat ta 42 sena bħala parti minn din l-istituzzjoni. "Meta kont speaker, il-prijorità tiegħi kienet li l-Parlament isir awtonomu mill-Gvern. Iżjed u iżjed meta l-ombudsman u l-awditur ġenerali, li t-tnejn huma awtonomi, jinsabu taħt parlament li mhux awtonomu. Ħadd mhu kontra li l-parlament għandu jkun awtonomu. Niftakar li dak iż-żmien kien sa sar abbozz ta' leġiżlazzjoni dwar dan. Nemmen li fil-futur immedjat hekk isir." "Meta ġejt maħtur speaker innutajt li kont għadni fl-istess ambjent bid-differenza li flok inpoġġi fuq naħa jew oħra tal- Kamra, inpoġġi fin-nofs. Iżda nnutajt ukoll li wara 30 sena nparla u nargumenta mal-kollegi Parlamentari spiċċajt bla kliem. Darba kont għidt li 'when you become a speaker you become speechless' fil-kamra. Din kienet trawma għalija fil-bidu u nistqarr li ma kienx mument faċli." Mistoqsi kif ħassu li kien ġej minn partit u bħala speaker ried ikun newtrali, Anton qalli li l-ispeaker għandu rwol importanti fil-Parlament u fil-pajjiż, "Anke bħala protokoll l-ispeaker jiġi wara l-Prim Ministru u għandu wkoll il-casting vote u dan jagħtih responsabilità kbira. Trid tkun kapaċi tiddixxiplina lilek nnifsek u tkun kapaċi tieħu d-distanza mill- politika partiġġjana fejn tidħol l-ordni fil-kamra." Tkellimt miegħu dwar it-tfigħ ta' tajn li ħafna drabi nisimgħu lill- parlamentari jitfgħu lejn xulxin, li forsi jnaqqas mir-rispett tal-poplu lejn il-parlamentari. "Hu ħażin jekk l-istima lejn il- parlament titnaqqas, għax il-poplu jrid jagħraf li l-parlament hu l-ogħla istituzzjoni li mingħajru l-pajjiż ma jimxix 'il quddiem. Il-Parlament hu tal-poplu li hu sovran. Il-pajjiż tagħna jimxi permezz tas-sistema ta' demokrazija parlamentari. Anton Tabone serva meta l-Parlament kien fis-sala tal-Arazzi u anke fejn kien sal-lum. "Kien fl-1976 li mis-sala tal-Arazzi morna fil-Parlament li kien hemm sal-lum. Kien evidenti li xi darba jkun hemm parlament għalih waħdu. Nemmen li l-Parlament jixraqlu palazz għalih, binja għalih u niftakar li konna ilna snin niddiskutu fejn għandu jsir il- palazz jew id-dar tal-Parlament." Staqsejtu x'jidhirlu mill-palazz il- ġdid tal-Parlament, "Bħal kull ħaġa oħra meta jgħaddu s-snin jieqfu l-paraguni u ħadd ma jibqa' jsemmi jekk għoġbux jew le." Id-diskors waqa fuq mumenti speċjali meta kien speaker tal- kamra u hawn Anton Tabone jiftakar bi kburija meta Malta ingħaqdet fl-Unjoni Ewropea, "It- tranżizzjoni minn parlament ta' gżira ċkejkna għal parlament ta' Stat Membru ma kinitx faċli. Xogħli kien li niffaċilita kemm jista' jkun il-proċess, u nista' ngħid li f 'dak il-mument kruċjali l-membri tal- Parlament kif ukoll il-membri ta' l-Istaff għamlu sforz straordinarju u konċertat biex minkejja il- limitazzjonijiet f 'riżorsi umani u finanzjarji daħħalna l-Parlament Malti fl-UE mingħajr skossi. Malta sabet postha fejn kien jixriqilha." Qabel tlaqt staqsejtu jekk għadux attiv issa li rtira u fil-pront weġibni, "l-impjegat jirtira biż-żmien. Il- politiku u l-bniedem pubbliku ma jirtira qatt. Għax jibqa' jiċċirkola fl-istess ambjenti, jiltaqa' mal-istess nies u fejn imur in-nies tkellmu u tiddiskuti xi jkun għaddej. Jibqa' jiġi mistieden f 'diversi attivitajiet soċjali. Qatt ma joħroġ mill-ħajja pubblika. Id-differenza hi li jnaqqas mir-ritmu ta' qabel. Barra hekk mhux għeluq sninek li jirtirak mill- Parlament imma huma l-voti tan-nies jirtirawk. Dik hi id-differenza bejn tirtira minn impieg u tintemm ħajja parlamentari, sintendi sakemm tibqa' jikkontesta l-elezzjonijiet u tistieden fuqek il-ġudizzju tal-elettorat. Meta tieqaf tikkontesta tkun irtirajt mill- ħajja parlamentari imma mhux minn dik pubblika. Is-sular fejn Anton u ħutu twieldu kellu jispiċċa bħala parti mill- uffiċċju fejn serva bħala Ministru għal madwar 10 snin u 32 sena deputat Parlamentari Fis-sena 2008 sar membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fi grad ta' Kumpann