Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 I t-traġedja li seħħet ftit ġimgħat ilu xi 100 kilometru 'l barra mix-xtut libiċi reġgħet tefgħet l-attenzjoni tal-opinjoni pubblika fuq it-traġedji li l-fenomenu tal-immigrazzjoni rregolari invarjabilment iġib. Mhux magħruf kemm mietu eżatt imma huwa ċert li d-dgħajsa kienet mimlija sa ruħ ommha b'nies iddisprati sabiex jaqsmu lejn l-Ewropa. Fost it-28 li kienu tassew ixxurtjati li salvaw, hemm min semma' 400 vittma, min 700 u min 950. Intqal li l-immigranti kienu sfurzati fuq din id-dgħajsa (u anke fuq dgħajjes oħra) bl-ixkubetti u bid-daqqiet tal-bastun. Jidher ukoll li l-maġġoranza kienet maqfula fl-istiva għax minkejja l-isforzi li saru, 24 katavru biss inġabru, katavri li nġabu Malta mentri l-ħajjin baqgħu sejrin Sqallin. Ktibna diversi drabi dwar dan is- suġġett (ara per eżempju "L-Iħirsa ta' Ħirsi" tal-1 t'April 2012 u "Déjà Vu" tas-7 ta' Lulju 2013) imma llum ma tantx aħna aktar għorrief minn qabel. Il-verità hi li ma hemmx soluzzjonijiet faċli. Anzi ta' min jażżarda u jgħid li dan hu fenomenu mingħajr soluzzjoni waħdanija. Tant li l-prijorità tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea - imma mhux biss - għandha tkun li jiġi evitat it-telf ta' ħajja umana u l-eliminazzjoni tal-kuntrabandu ta' ħajja umana. It-traffikanti qed jimmonopolizzaw l-flussi migratorji u bil-prattiċi industrijali li qed jadottaw sabiex jaqilgħu aktar flus, qed jikkawżaw ħafna mwiet. Ħaġa ċerta issa nafu: il-waqfien tal- operazzjoni Taljana Mare Nostrum f 'Ottubru li għadda bl-ebda mod ma' skoraġġjat lill-eluf li qed jippruvaw jaqsmu mit-Tramuntana tal-Afrika għax-xtut tan-Nofsinhar tal-Ewropa. Bosta gvernijiet Ewropej kif ukoll partiti xenofobi tal-lemin oġġezzjonaw għall-operazzjoni Taljana peress li ħassew li kienet qed tiffaċilita l-ħajja tal-kuntrabandisti u tirrendi l-vjaġġ fil-Mediterran anqas perikoluż. Skond dawn it-talin, bil-vapuri taljani ftit mili barra mill-ibħra territorjali libiċi, aktar nies kienu jitħajru jazzardaw il-vjaġġ ferm riskjuż lejn l-art imwiegħda. Il- fatti ta' dawn ix-xhur wrew kemm din it-teorija hija bla bażi. L-awtoritajiet Taljani rrapurtaw li sad-19 t'April li għadda kienu daħlu irregolarment bil-baħar mill-bidu tas-sena 23,556 ruħ kontra l-20,800 fl-istess perjodu tas-sena ta' qabel. Mhix xi qabża drammatika xħin wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni internazzjonali. Imma n-numru ta' mwiet żdied sew: sal- aħħar t'April tas-sena l-oħra 96 ruħ biss kienu rrapurtati mejta kontra 954 din is-sena - u dan qabel l-aħħar traġedja li "xxukjat" l-opinjoni pubblika. Donnu sabiex l-opinjoni pubblika u min imexxina jagħtu kas dak li qed jiġri fil-baħar Mediterran, hemm bżonn ta' traġedja ta' dimensjonijiet bibbliċi.Wieħed jixtieq jiftakar li l-operazzjoni Mare Nostrum twieldet wara traġedja simili ftit il-barra minn Lampedusa imma f 'ibħra li jiġu fiż- żona ta' tfittxija u salvataġġ (SAR) Maltija f 'Ottubru 2013. Tabib Sirjan li kien fuq dik id-dgħajsa rrakkonta kif iċ-ċentru ta' salvataġġ ta' Ruma tah in-numru taċ-ċentru Malti u minkejja li kien hemm mezzi Taljani fil-qrib, id- dgħajsa Maltija waslet fuq il-post wara li d-dgħajsa mimlija immigranti kienet għerqet. Din it-traġedja li fiha mietu 366 ruħ skussat l-opinjoni pubblika u l-gvern Taljan dak iż-żmien immexxi minn Enrico Letta nieda l-operazzjoni Mare Nostrum li salvat aktar minn 150,000 ruħ u waslet għall-arrest ta' 330 kuntrabandist. Din l-operazzjoni kienet ċertament ta' benefiċċju għal pajjiżna għax ħabta u sabta l-wasla ta' immigranti rregolari waqfet ħesrem. Għal gvern li kienu għadu kemm twaqqaf mill- Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem milli jibgħat żewġ ajruplani ta' immigranti rregolari lura l-Libja, ċertament naqqsietlu l-pressjoni minn elementi xenofobi li l-Partit Laburista qatt ma rażżan adekwatament (kif anke rajna din il-ġimgħa mill- kummenti fuq il-Facebook ta' eks ministru Laburist). Jekk kienx hemm xi ftehim, formali jew le, mal-Italja mhux magħruf imma wieħed jawgura li dan l-arranġament li qed jissarraf fid-difna tal-katavri f 'Malta mentri l-ħajjin jispiċċaw l-Italja ma għandux xi quid pro quo ekonomiku jew politiku. Ċertament Malta spiċċat ferm obbligata lejn l-Italja u t-Taljani mhumiex magħrufin għar-rigali li jagħtu. F'Ottubru li għadda, l-Italja ddeċidiet li ma tistax issostni l-ispiża u Il-Ħtija Tagħna Lkoll JOE ELLIS L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri JOSEPH CREMONA MSSP QIEGĦED nikteb din l-ittra sabiex nesprimi l-apprezzament tiegħi lejn il- Mission Fund għall-appoġġ tagħhom u l-kontribuzzjoni finanzjarja li taw lill-José Depiro Formation Centre biex jitlesta l-bini tas-sala, li se tkun ta' għajnuna għall-attivitajiet differenti, organizzati mill-gruppi differenti li jattendu ċ-Ċentru tagħna u wkoll għat-tfal u żgħażagħ li jiffurmaw parti minn José Depiro Kabataan Orkestra (Youth Orchestra). Jiena qassis missjunarju li naħdem fil-Paroċċa ta' Santa Katarina ta' Alexandra ġewwa Bataan, il-Filippini. José Depiro Formation Centre huwa bbażat fuq l-istruzzjoni u l-formazzjoni tal-familja kollha, b'aktar attenzjoni tingħata lit-tfal u ż-żgħażagħ. Permezz tal-appoġġ tagħkom, għeżież benefatturi, waqqafna skola tal-mużika biex jgħinu lit-tfal u ż-żgħażagħ li jkunu fit-toroq jekk xi ħadd ma jagħtihomx direzzjoni fil-ħajja u jgħinhom biex jiżviluppaw it-talenti tagħhom u għaldaqstant l-użu tajjeb tal- ħin liberu tagħhom. Permezz tal-iskola tal-mużika tagħna aħna qed ngħinu diversi subien u bniet fil-tagħlim tat-teorija tal- mużika u l-prattika f 'diversi instrumenti mużikali. Fil- futur, aħna nixtiequ nestendu l-proġett tagħna bi żfin, drama u teatru, għalkemm bħalissa għadna bla għalliema għal dawn is-suġġetti. Għal darb'oħra aħna nirringrazzjaw lill-Mission Fund u l-benefatturi għall- appoġġ u nitolbu wkoll lill-pubbliku biex jibgħat bolol użati u donazzjonijiet li bihom il-Mission Fund jistgħu jkunu ta 'għajnuna ghall-missjunarji Maltin fil- pajjiżi tat-Tielet Dinja. Donazzjonijiet jistgħu jsiru online jew permezz ta' trasferiment bankarju dirett għal wieħed mill-kontijiet li ġejjin: HSBC (ACC. Ebda. 061 197 448 050), Bank of Valletta (ACC. Ebda. 163 007 980 19), APS (ACC. Ebda. 200 008 207 62) jew Banif (ACC. Ebda. 000 879 631 01). Aktar informazzjoni dwar Mission Fund huwa disponibbli fuq www.missionfund.org.mt Apprezzament lejn il-Mission Fund Korruzzjoni Organizzata? MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA ILKULLANA ta' korruzzjoni li whistleblower kixef li saret f Ghawdex fi zmien gvern Nazzjonalista, ġabet reazzjoni mil-partit li titfa dubji koroh fuq il-klassi politika Maltija kollha. Skont ir-rapporti tal-uffiċjali għolja tal-PN ilhom sena jafu bid-dettallji ta xogħlijiet li saru fi propjetajiet privati bl-ordni tal-Ministeru ta' Għawdex bi spejjeż tal-Gvern. Il-whistleblower sejħilhom "xogħol għall-voti". L-uffiċjali mhux biss ma rrapportawx il-kazi lill-awtorità, imma talli jidher li qegħdin jiddefendu l-azzjoni korrotta billi jgħidu li għadu jsir l-istess sal-lum, bla ma jittieħdu passi kontra l-gvern preżenti Laburista. Jekk veru jafu b'korruzzjoni li qed ssir ilium, għaliex ma jmexxux il-każ għall- investigazzjoni? Jew qegħdin joħorġu bi stejjer bl-iskop li jtaffu l-pressjoni tal-għadab tan-nies minn fuq il-partit? Is-segretarju ma ssodisfanix billi qal li "il-pożizzjoni tal-PN tibqa' li fejn kien hemm lok ta' korruzzjoni huwa ħażin". Qishom qegħdin jippruvaw jiġġustifikaw il-korruzzjoni ta' żmienhom billi juru li lesti jibqgħu jikkritikaw lil ħaddieħor verbalment fl- ajru, waqt li jkomplu jagħlqu għajnejhom għall- korruzzjoni li lilhom tħammrilhom wiċċhom. Il-kap innifsu tana impressjoni li jiġġustifika il-prattika korrotta wkoll bid-dikjarazzjoni inkwetanti li "l-korruzzjoni tal-PL saret kmieni wisq fil- legiżlatura". Dan ifisser li anke fuq in-naħa Laburista hemm il-korrotti? Agħar minn hekk, dik id-dikjarazzjoni timplika li l-korruzzjoni li tidħol u tikber maż-żmien fil-poter, hija normali u ġustifikata għall-kap tal-PN? Dan it-tħassib jikber bil- kumplikazzjoni li dik il- korruzzjoni politika ndrat tant li saret parti mil-kultura ta pajjiżna, kif fil-fatt jidher ċar minn dik is-sensiela ta' abbużi f Għawdex. Huwa rrapportat li l-każi seħħew f 'lokalitajiet differenti quddiem għajnejn għadd kbir ta' nies minn ħafna oqsma tal-ħajja. Fi tmien snin ħadd qatt ma tkellem dwar xi każ minnhom. Tgħid kulħadd kien imbeżża' mill-organizzaturi tal-korruzzjoni, jew kienu rikattati mill-poter politiku li għal xi żmien impona setgħa dittatorjali ? Jew jista' jkun ukoll li ċ-ċittadini esperjenzaw l-abbużi b'mod regolari fil-ħajja ta' kuljum, tant li saru qishom parti normali mill-kultura tagħna ? Daqstant ippenetrat fil-fond is-susa ta' din il-misħuta korruzzjoni politika. Dan it-tħassib flimkien mal-ammissjoni tal-istess politici li jakkużaw lil xulxin b'korruzzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-politika Maltija, qegħdin jiskreditaw il-klassi politika kollha u jipperikolaw id- demokrazija parlamentari. Fi-interess tal-poplu u tal- politiċi indaf, dan it-tħassib missu jiġi investigati bl-akbar serjetà u jinstab rimedju malajr, qabel ma jkomplu jmermru lis-socjetà Maitija u jherru l-istat demokratiku b'mod irreparabbli.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015