Illum previous editions

illum 3 May 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

24 illum | Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 Kif dħalt f 'din id-dinja tal- ispettakklu? Kif tħajjart? Minn dejjem kelli għal qalbi l-kant u d-drama u ta' sitt snin il- genituri tiegħi daħħluni fl-ewwel kor: 'Cantores Sancti Juliani' dak iz-zmien kien magħruf bħala 'The Children's choir of the European Union' fejn kelli bosta avvenimenti kemm hawn Malta kif ukoll barra minn xtutna ma' dan istess kor. Imbgħad bdejt nieħu l-lezzjonijiet tal- kant, dħalt f 'iktar korijiet u l-esperjenzi minn dak iż-zmien 'l hawn ma waqfu qatt. Wara bdejt nieħu d-drama aktar bis- serjetà qisu minn mindu kelli 10 snin sal-lum il-ġurnata. Xi rwol tħoss li għandha l-mużika f 'ħajtek? L-ewwel u qabel xejn il-muzika tatni u għadha ttini sodisfazzjon kbir, nemmen li l-mużika hija importanti ħafna f 'ħajti għall- fatt li ġegħlitni nikber, laqgħatni ma' tipi ta' nies differenti u għalkemm fadalli x'naqdef nemmen li diġà wettaqt ħafna ħolm li kelli f 'moħħi grazzi għal dawk li emmnu u għadhom jemmnu fijja - fosthom insemmi diretturi ta' korijiet, kompożituri u awturi li ħdimt magħhom. Nixtieq ukoll nirringrazzja lill- għalliema vokali tiegħi Pamela Bezzina minn VocalBooth Studios. Ikollok tagħżel bejn il-kant u l-irrextar, jirnexxielek tagħżel? Għaliex? It-tnejn huma għal qalbi ħafna u t-tnejn li huma kbirt fihom. Żgur li ma nistax nagħżel bejniethom għall-fatt li l-kant itini sodisfazzjon mod u d-drama mod ieħor. Il-kant iġiegħlni nesprimi ruħi u nuri emozzjonijiet diversi u d-drama ġiegħlni ninterpreta ħafna karattri differenti u nidħol fiż-żarbun ta' tipi ta' individwi differenti li nsibu fis-socjetà, illum il-ġurnata wkoll qed inkompli nistħarreġ fit-tagħlim grazzi għal 'Free Spirit'. Li kieku kellek tagħżel li taħdem parti partikolari f 'serjè jew musical, liem tagħżel? Għaliex? Min jafni jaf li l-musicals huma għal qalbi ħafna. Hemm ammont kbir ta' musicals li rajt u li narahom kemm narahom qisni qatt ma nkun rajtom qabel. Il-lista ta' karattri li nixtieq ninterpreta ma tispiċċa qatt però karattru favorit li vera nixtieq nagħmel hu l-karattru ta' Fantine minn Les Miserables. Parti oħra li nixtieq ninterpreta u li dejjem kienet f 'moħħi hija l-parti tal- Madonna f 'wieħed mid-drammi tal-Ġimgħa l-Kbira - karattru sabiħ immens. X'tagħmel aktar barra dak li tagħmel fuq it-tv u l-palk? Jien naħdem bħala Learning Support Assistant ġo skola primarja. Ix-xogħol tiegħi hu għal qalbi ħafna. Li nara t-tfal jitgħallmu u juru interess itini ħafna sodisfazzjon. Minn mindu bdejt naħdem bħala LSA sirt nemmen iktar minn qatt qabel li kull persuna tista' tasal. L-edukazzjoni xi tfisser għalik? Pilastru importanti immens fis-socjetà li aħna lkoll nagħmlu parti minnha. Edukazzjoni tajba nemmen li għandha tibda mid-dar biex l-individwu jkun preparat hekk kif jibda jintegra man-nies. Nemmen li l-edukazzjoni taffettwa l-karattru u l-mod ta' kif persuna jġib u jesprimi ruhu b'modi differenti. U l-politika? Il-politika hija parti mill-ħajja ta' kuljum u kulħadd jinteressa ruħu b'mod differenti. Jien inhobb inżomm ruħi aġġornata kemm mal-politika lokali kif ukoll dik barranija. Sajf jew xitwa? Għaliex? It-tnejn fihom is-sabiħ tagħhom però nippreferi s-sajf għax nqatta' ħafna aktar ħin mal-familja u ħbieb, fejn nattendu għal bosta avvenimenti lokali sajfin fosthom il-festi li magħhom iġibu ħafna talent lokali. Jien waħda minn dawk li naprezza kull xogħol speċjalment xogħol volontarju li jsir minn diversi nies biex il- kultura Maltija tibqa' ħajja. Ġurnata ideali għalik xi tkun? Ikolli nagħżel ġurnata ideali għalija tkun li nqatta' ħin prezzjuż ma' dawk li jagħmluni kuntenta għal kwiet fil- kampanja. Onestament minix imxenqa minn dawn il-ġranet għall-fatt li kull nhar ta' Ħadd jew f 'xi festi pubbliċi dejjem nipprovaw inzommu din it- tradizzjoni. Ġurnata ideali oħra li jkolli nagħżel hija ġurnata ġewwa Londra nara l-musicals. U ġurnata tipika? Il-ġurnata tipika tiegħi ġeneralment tkun imballata, nibdiha mal-kollegi u mat-tfal l-iskola, insib il-platt lest hekk kif nasal id-dar, u wara nieħu ftit te mal-familja biex niddiskutu ftit. Imbagħad skont xi jkolli pjanat fil-gurnata: jew xi lezzjoni tal-kant jew tad-drama, filming jew rehearsals, inkella xi qadjiet u żjara lin-nanniet ma tonqosx. Il-ħbieb għalija huma... Nies speċjali, illum il-ġurnata aktar minn qatt qabel tgħallimt ngħożż dawk il-ħbieb li sinċerament iriduli l-ġid u jtuni appoġġ kontinwu. Il-familja għalija hija… Imħabba. Nirringrazzja 'l Alla li tani familja li ttini appoġġ kontinwu. Il-familja tiegħi b'mod speċjali l-ġenituri dejjem tawni appoġġ f 'kull deċiżjoni li tkun ser isservini ta' ġid. Wissewni wkoll li xi deċizjonijiet oħra li kont ser nieħu ma kinux konvinċenti. L-għaxqa tiegħi nkun imdawra b'dawn il-persuni tant prezzjużi f 'ħajti. X'tixtieq tagħmel fil-futur? Fil-futur nixtieq inkompli ingawdi l-familja u l-ħbieb, ikolli l-familja tiegħi, kif ukoll inkompli nwettaq il-ħolm. Jiena persuna li nħobb nosserva u nara kulturi differenti u għalhekk nixtieq indur kemm jista' jkun u pajjiżi kif ukoll inkompli nitħarreġ fix-xogħol tiegħi biex nara li l-istudenti bid-determinazzjoni tagħhom u bl-għajnuna tiegħi jwettqu x-xewqat u jirnexxu fl-abilitajiet tagħhom. jew f 'xi festi pubbliċi dejjem nipprovaw inzommu din it- tradizzjoni. Ġurnata ideali oħra li jkolli nagħżel hija ġurnata ġewwa Londra nara l-musicals. U ġurnata tipika? Il-ġurnata tipika tiegħi ġeneralment tkun imballata, nibdiha mal-kollegi u mat-tfal Ħames Minuti l-iskola, insib il-platt lest hekk ġewwa Londra nara l-musicals. ġeneralment tkun imballata, nibdiha mal-kollegi u mat-tfal Michela Dalli Ħames Minuti Michela Dalli L-Għanja tal- Poplu, Ħbieb u Għedewwa, u ħolma li tkompli tgħin lit-tfal b'xogħolha bħala LSA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 May 2015