Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/506100
Il-Ħadd 03 ta' Mejju 2015 | illum 25 Student Placement Programme 2015 L-istudenti tal-lum huma l-impjegati tal-gejjieni Applika issa billi zzur mita.gov.mt/spp jew cemplilna fuq 2599 2474 ghal aktar informazzjoni ATTN: LIL MIN IHADDEM IDEAT INNOVATIVI haddiema entuzjasti parteCIPAZZJONI ATTIVA Is-Settur Privat Jibbenifika minn 50% ko-finanzjament tas-salarju meta jimpjega studenti permezz ta' din l-iskema. matul ix-xhur tas-sajf Mod finanzjarjament effettiv biex timpjega talent zaghzugh addattat ghall-htigijiet tal-industrija. PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR COMPETITIVENESS AND ECONOMIC GROWTH . - . - . . . - - - . . . - . GO tinvesti €50 miljun biex tniedi l-internet tal-futur GO se tniedi Fibre-To-The- Home (FTTH) fil-ġimgħat li ġejjin meta, din is-sena stess, għall-ewwel darba ser tkun qed tagħti l-opportunità li jibdew jesperjenzaw il-ġenerazzjoni l-ġdida ta' servizzi tal-internet lil aktar minn 33,000 dar f 'Malta. Aktar minn 17,000 residenza, l-aktar f 'tas-Sliema, San Ġiljan u Ħal Lija diġà se jkun jista' jkollhom aċċess għall- konnessjonijiet tal-FTTH. Dawn se jtejbu b'mod qawwi ħafna kemm il-veloċità, kif ukoll l-ammont tal-kapaċità għaż-żamma tad-data. Dan se jwassal biex jinħolqu għadd ta' possibilitajiet ġodda u ferm attraenti f 'oqsma bħalma huma Ultra High Definition TV, cloud services, u high-end gaming. Matul perjodu ta' ħames snin, GO se tkun qed tinvesti aktar minn €50 miljun fl-infrastruttura tal-FTTH biex b'hekk twassal is-servizzi tal-fibre ta' GO madwar Malta u Għawdex. Yiannos Michaelides, Kap Eżekuttiv ta' GO plc, qal, "L-FTTH ta' GO, li se jseħħ fil-ġimgħat li ġejjin, se jimmarka l-bidu ta' qabża ogħla ta' kwalità fil-mod ta' kif nużaw l-internet. Is-servizzi tal-internet li GO toffri diġà qed jittrasformaw il-mod kif ngħixu ħajjitna. Il-konnessjonijiet tal-internet b'veloċità qawwija ħafna permezz tal-fibre issa se jkunu jfissru li persuna tkun tista' tuża l-internet b'modi li s'issa konna noħolmuhom biss. Il-possibiltajiet ta' konnessjoni għall-internet li titwassal kompletament sar-residenza permezz tal-fibre huma tassew rivoluzzjonarji, u se jwettqu bidla għall-aħjar f 'ħajjitna, kemm għal skop kummerċjali kif ukoll għal dawk li jridu l-aqwa esperjenza possibbli f 'dawk li huma TV u gaming fil-kumdità ta' djarhom stess." Lidl se tisponsorja l-edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol ta' Puttinu Cares LIDL, wieħed mis- supermarkets ewlenin f 'Malta b'sebat iħwienet, hu l-isponsor tal-11-il edizzjoni tal-Maratona tal-Futbol ta' 60 siegħa organizzata minn Puttinu Cares li se ssir bejn it-8 u l-10 ta' Mejju fiċ-Ċentru Sportiv tal-KMS fil- Marsa. Minbarra l-futbol, din se tkun attività ta' tmiem il-ġimgħa ta' gost u armonija għat-tfal bil- parteċipazzjoni ta' buffi, jugglers u magicians fuq il-palk prinċipali. Lidl huma kburin ħafna li huma l-isponsor ewlieni ta' din l-inizjattiva għall- karità u tant eċċitanti għat-tfal. "Aħna onorati li se nahdmu flimkien ma' Puttinu Cares bħala msieħba attivi soċjalment responsabbli. Għall- kumpanija tagħna dejjem kienet premessa indiskuttibli sabiex nappoġġjaw dawn it-tip ta' inizjattivi għaliex aħna nemmnu bis-sħiħ li dawn l-avvenimenti huma strumentali biex joħolqu valur għall-komunità lokali u lis-soċjetà li noperaw fiha," qal rappreżentant fil- kwartieri ġenerali ta' Lidl Malta. Din mhix l-ewwel darba li Lidl Malta qed tappoġġja dan l-avveniment u l-kumpanija hija mpenjata biex tattira l-attenzjoni tal-aktar numru ta' nies possibbli u biex tippromwovi dan l-istess avveniment fost il-klijenti tagħha. Din l-attività sa mill- 2005 bdiet tiġi organizzata fuq livell nazzjonali bil-għan li jinġabru flus għal Puttinu Cares Support Group u biex toffri għajnuna sħiħa li tinkludi kollox għal dawk il-familji bit-tfal li jbatu mill-kanċer. Il-Maratona tal-Futbol ta' Puttinu hija organizzata bl-appoġġ mill- ogħla membri tal-Istat li jieħdu l-opportunità li jżuru l-maratona. Is-sena l-oħra din il- maratona ġabret kważi €1.4 miljun biex b'hekk intlaħaq l-għan tal-organizzaturi. Matul il-maratona ta' din is-sena, Puttinu Cares se jkunu qed jiżvelaw il-proġetti tagħhom għall-futur. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT